Mogħdija tan-navigazzjoni

Ħarsa ġenerali lejn is-settur industrijali taż-żraben

Is-settur taż-żraben huwa industrija diversa li tkopri varjetà wiesgħa ta' materjali (tessuti, plastik, gomma u ġilda) u prodotti minn tipi differenti ta' żraben għall-irġiel, nisa u tfal għal prodotti aktar speċjalizzati bħal bwiez tal-bords tas-silġ u żraben protettivi. Id-diversità tal-prodotti finali tikkorrispondi għal varjetà ta' proċessi industrijali, intrapriżi u strutturi tas-suq.

L-azzjoni tal-UE għandha l-għan li tippromwovi l-innovazzjoni, l-kompetittività u l-kompetizzjoni bejn kumpaniji involuti fis-settur, tiġġieled kontra l-frodi u l-falsifikazzjoni, u tħares is-saħħa tal-konsumaturi u l-ambjent.

Fl-2006, is-settur taż-żraben kien jinkludi 26,600 intrapriża, fejn iġġenera €26.2 biljun fi dħul u €6.9 biljun f'valur miżjud (0.5% tal-manifattura totali tal-Unjoni Ewropea), u kien jimpjega direttament 388,000 persuna. Żewġ terzi mill-produzzjoni ta' żraben totali tal-UE fil-fatt tinstab fi tliet pajjiżi: l-Italja, Spanja u l-Portugall, bl-Italja li tipproduċi madwar 50% tal-produzzjoni tal-UE.

L-industrija taż-żraben Ewropea tikkonsisti f'għadd kbir ta' intrapriżi żgħar (b'madwar 20 impjegat), bosta minnhom jinstabu f'reġjuni fejn hemm ftit diversità industrijali. Madankollu, jeżistu differenzi bejn Stat Membru u ieħor: in-negozji Franċiżi u Ġermaniżi jimpjegaw madwar 100 ħaddiem, waqt li n-negozji Spanjoli u Taljani jimpjegaw madwar tużżana. L-Istati Membri l-oħra qegħdin bejn dawn iż-żewġ estremi.

Aqsam: FacebookGoogle+LinkedInIbgħat din il-paġna lil sħabek

Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'200 fil-mijaStampa din il-paġna