Mogħdija tan-navigazzjoni

Ngħollu l-livell għall-industrija tal-ikel tal-Ewropa

L-industrija tal-ikel u x-xorb hija waħda mis-setturi industrijali l-aktar importanti u dinamiċi tal-Ewropa. Din tinkludi madwar 310 000 kumpanija, u tipprovdi impjieg għal aktar minn 4 miljun persuna.

Bi dħul annwali ta' aktar minn €900 biljun, dan is-settur divers huwa esportatur sod u huwa responsabbli għal bosta prodotti fi swieq estremament kompetittivi kemm domestiċi u kemm internazzjonali. Iżda għad hemm titjib x'isir.

Burokrazija żejda, nuqqas ta' finanzjament, nuqqas ta' opportunitajiet għar-R&Ż u diffikultajiet ta' aċċess għal materja prima huma ftit mill-ostakli prinċipali li jridu jitneħħew jekk l-UE trid issaħħaħ il-pożizzjoni tagħha fuq is-swieq dinjija.

L-iżvilupp ta' skema kummerċjali li tpoġġi lin-negozji Ewropej fuq l-istess livell ma' kompetituri barranin u t-twaqqif ta' ftehim preferenzjali biex l-industrija tal-ikel tal-UE tingħata aktar aċċess għas-swieq barranin huma fost il-miżuri l-aktar importanti li l-Kummissjoni Ewropea trid timplimenta sabiex issolvi l-problemi ta' hawn fuq.

Matul il-proċess sħiħ tat-tfassil u l-infurzar tar-regolamenti, il-Kummissjoni tipprova toħloq bilanċ bejn is-sikurezza u l-kompetittività filwaqt li tnaqqas il-burokrazija żejda.

L-Unità tal-Industrija tal-Ikel tal-Kummissjoni tmexxi l-politika billi tuża għadd ta' strumenti li jinkludu:

  • L-iskema tar-rimborż għall-esportazzjoni English (en) u l-faċilità ta' pproċessar intern, li huma speċifiċi għal prodotti agrikoli pproċessati, bħaċ-ċikkulata, il-ħelu, xorb ħelu, gallettini, eċċ.
  • Negozjati kummerċjali English (en) biex itejbu l-aċċess tad-ditti Ewropej għal swieq dinjija
  • Kontribuzzjoni għat-tfassil u l-infurzar ta' leġiżlazzjoni English (en) rilevanti għall-industrija tal-ikel.

Kontenut ewlieni

  • EU food market overview Deutsch (de)English (en)français (fr)
  • Forum for a Better Functioning Food Supply Chain English (en)
  • Competitiveness of the European Food Industry English (en)français (fr)
  • Reference documents English (en)français (fr)

Aqsam: FacebookGoogle+LinkedInIbgħat din il-paġna lil sħabek

Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'200 fil-mijaStampa din il-paġna