Dan is-sit ġie arkivjat (02/02/2015)
02/02/2015

Mogħdija tan-navigazzjoni

This website is no longer being updated.

Please visit the new Internal Market, Industry, Entrepreneurship and SMEs website.

Inġinerija elettrika

L-inġinerija elettrika tammonta għal 3% tal-produzzjoni, valur miżjud u impjiegi tal-UE25. Fl-2004, 9,615-il intrapriża tal-inġinerija elettrika b'20 impjegat jew aktar ipproduċew apparat u tagħmir elettriku għall-valur ta' €192 biljun, filwaqt li impjegaw 1,237,000 persuna.

Bħala fornitur maġġuri għal setturi oħrajn, l-Inġinerija Elettrika hjia sensittiva ħafna għaċ-ċikli.

Is-suq tal-inġinerija elettrika tal-UE huwa meqjus bħala l-ikbar wieħed tad-dinja (€181 biljun), segwit minn dak tal-US u tal-Ġappun (€96 biljun u €84 biljun).

Hemm żewġ Direttivi Ewropej prinċipali li japplikaw għal apparat elettriku u elettroniku fir-rigward tas-saħħa, sigurtà u prestazzjoni:

  • Id-Direttiva dwar il-Vultaġġ Baxx (LVD) 2006/95/KE
  • Id-Direttiva dwar il-Kompatibilità Elettromanjetika (EMC) 2004/108/KE.

Dawn huma bbażati fuq il-prinċipji tal-hekk imsejjħa "Strateġija Ġdida", li jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni. Huma jippreskrivu rekwiżiti essenzjali, l-użu volontarju ta' standards, u l-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità li għandhom jiġu applikati. In-nuqqas kważi totali ta' intervent minn parti terza fil-valutazzjoni tal-konformità jnaqqas bil-kbir il-piż fuq il-fabbrikant. Huwa meqjus bħala mudell għal blokok kummerċjali oħrajn. Permezz ta' dan kollu, kif ukoll l-applikazzjoni tal-marka KE, dawn id-Direttivi kkontribwew direttament u sostanzjalment għas-Suq Uniku għal prodotti tal-elettriku u elettroniċi.

Jista' jkun hemm bżonn li jiġu applikati rekwiżiti ambjentali addizzjonali (eż. RoHS, WEEE, Direttivi dwar rekwiżiti tal-effikaċja fl-enerġija 2000/55/KE u 1996/57/KE). Lista mhux kompluta ta' Leġiżlazzjoni tal-UE li taffettwa l-prodotti tal-elettriku English (en) hija disponibbli għal aktar informazzjoni.

Kontenut ewlieni

  • Electrical Safety: Low Voltage Directive (LVD) Deutsch (de)English (en)français (fr)
  • Electromagnetic Compatibility (EMC) Deutsch (de)English (en)français (fr)
  • Low Voltage Directive (LVD) 2006/95/EC (*) English (en)
  • Electromagnetic Compatibility (EMC) Legislation: Directive 2004/108/EC English (en)

Aqsam: FacebookGoogle+LinkedInIbgħat din il-paġna lil sħabek

Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'200 fil-mijaStampa din il-paġna