Mogħdija tan-navigazzjoni

Kostruzzjoni

Ir-Regolament dwar il-Prodotti ta' Kostruzzjoni (UE) Nru 305/2011 English (en) jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti ta' kostruzzjoni.

Bħala parti mill-inizjattiva għat-Titjib tar-Regolamentazzjoni, ir-RPK jikkjarifika aħjar il-kunċetti u l-użu tal-marka CE English (en) ; jintroduċi proċeduri simplifikati, li se jnaqqsu l-ispejjeż li jġarrbu l-intrapriżi, b'mod partikolari l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (SMEs).

Bl-impożizzjoni ta' kriterji ġodda u aktar stretti fir-rigward tan-nomina tal-entitatjiet involuti fil-valutazzjoni u l-verifikazzjoni tal-prodotti ta' kostruzzjoni, ir-RPK jżid ukoll il-kredibbiltà u l-affidabbiltà tas-sistema kollha kemm hi.

Il-moviment liberu tad-disinjaturi, l-inġiniera ċivili, u s-servizzi ta' kostruzzjoni, issa huwa ffaċilitat wara l-pubblikazzjoni u l-implimentazzjoni madwar l-UE kollha kemm hi ta' standards tekniċi Ewropej komuni għad-disinn strutturali:il-Eurocodes English (en) .

L-attivitajiet ta' appoġġ fil-qasam tat-titjib tal-kompetittività tas-settur, il-politiki speċifiċi, ir-riċerka tal-isfond English (en) u l-metodi tekniċi ta' valutazzjoni English (en) qegħdin iżidu l-kundizzjonijiet ugwali għall-manifatturi, l-inġiniera ċivili u l-kuntratturi.

Kontenut ewlieni

  • Explore Construction with CrIP English (en)
  • Construction Products Regulation English (en)
  • FAQs on CPR English (en)
  • European Standards English (en)
  • Competitiveness English (en)

Aqsam: FacebookGoogle+LinkedInIbgħat din il-paġna lil sħabek

Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'200 fil-mijaStampa din il-paġna