Mogħdija tan-navigazzjoni

Kimiċi

L-industriji tal-kimiċi, tal-plastik u tal-gomma huma fost l-akbar setturi u fost l-aktar setturi industrijali dinamiċi fl-UE. Flimkien jiġġeneraw madwar 3.1 miljun post tax-xogħol f'madwar 83 000 kumpanija. Fl-2012, il-bejgħ tal-kimiċi fl-UE ammonta għal €539 biljun li jfisser madwar 20 % tal-bejgħ tal-kimiċi globali. Ir-regolamentazzjoni għandha impatt sinifikanti fuq l-industrija tal-kimiċi. Din hija r-raġuni l-għala l-kwalità tal-leġiżlazzjoni, l-implimentazzjoni korretta u l-infurzar xieraq mhumiex biss ta' sinifikat għoli għall-ilħuq tal-miri tas-saħħa u ambjentali, iżda wkoll għall-kompetittività tal-industrija tal-kimiċi.

Għall-awtoritajiet u l-industrija, l-isfidi regolatorji ewlenin huma l-implimentazzjoni korretta ta' REACH Deutsch (de) English (en) français (fr) (Reġistrazzjoni, Evalwazzjoni, Awtorizzazzjoni u Restrizzjoni ta' Kimiċi) u CLP Deutsch (de) English (en) français (fr) (Regolamentazzjoni fuq il-klassifikazzjoni, tikkettar u imballaġġ ta' sustanzi u taħlitiet). Barra minn hekk, DĠ Intrapriża u Industrija huwa inkarigat mil-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur fuq il-kimiċi (eż. fertilizzanti, deterġenti, eċċ.) fl-UE.

Dawn il-paġni elettroniċi (Intrapriża u Industrija/Kimiċi) joffru aktar informazzjoni lill-qarrej interessat dwar il-leġiżlazzjoni dwar il-kimiċi u dwar ix-xogħol bla waqfien fuq kwistjonijiet relatati mal-kompetittività. Links għax-xogħol ta' servizzi oħrajn tal-Kummissjoni u/jew partijiet interessati oħrajn huma offruti fejn disponibbli u applikabbli. Hemm bosta servizzi tal-Kummissjoni Ewropea li jikkontribwixxu għax-xogħol bla waqfien f'dan il-qasam. L-atturi ewlenin huma Intrapriża u Industrija, AmbjentEnglishdanskDeutschελληνικάespañolfrançaisitalianoNederlandsportuguêssuomisvenska, Ċentru ta' Riċerka KonġuntaEnglish, Protezzjoni tas-Saħħa u tal-Konsumatur, Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Opportunitajiet Indaqs  u Trasport English (en) . L-għan ġenerali huwa li s-settur jiġi pprovdut bil-kundizzjonijiet ta' qafas meħtieġa għall-iżgurar ta' żvilupp sostenibbli u għall-kontribut għall-ilħuq tal-miri ta' Liżbona.

 

Kontenut ewlieni

  • REACH Deutsch (de)English (en)français (fr)
  • CLP/GHS - Classification, labelling and packaging of substances and mixtures Deutsch (de)English (en)français (fr)
  • CLP legislation, guidance and archives English (en)
  • Review of annexes of REACH English (en)
  • REACH legislation English (en)

Aqsam: FacebookGoogle+LinkedInIbgħat din il-paġna lil sħabek

Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'200 fil-mijaStampa din il-paġna