Dan is-sit ġie arkivjat (02/02/2015)
02/02/2015

Mogħdija tan-navigazzjoni

This website is no longer being updated.

Please visit the new Internal Market, Industry, Entrepreneurship and SMEs website.

Industrija tal-karozzi

L-UE hija waħda mill-akbar produtturi ta' vetturi bil-mutur fid-dinja. Għaldaqstant, l-industrija tal-karozzi hija ċentrali għall-prosperità tal-Ewropa. Hija timpjega parti kbira mill-forza tax-xogħol tas-sengħa u hija xprunatur ewlieni ta' għarfien u innovazzjoni. Din tirrappreżenta l-akbar investitur privat tal-Ewropa fir-riċerka u l-iżvilupp (R&D). Hi tagħti wkoll kontribut maġġuri għall-Prodott Gross Domestiku (PGD) tal-UE, u tesporta ferm aktar milli timporta.

L-objettivi ewlenin tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-settur tal-karozzi huma:

1) Li ssaħħaħ il-kompetittività tal-industrija tal-karozzi

L-għan huwa li jiġu identifikati u vvalutati kwistjonijiet politiċi ta' importanza sinifikanti għall-kompetittività tal-industrija tal-karozzi tal-UE u li tissuġġerixxi soluzzjonijiet li jqisu l-objettivi ekonomiċi, soċjali u ambjentali.

2) Li tiffinalizza, tadatta u tissimplifika l-qafas regolatorju tas-Suq Intern

Ix-xogħol fuq it-titjib tas-Suq Intern huwa mibni fuq l-introduzzjoni tas-Sistema ta' Approvazzjoni tat-Tip ta' Vettura Kollha tal-KE li tippermetti lill-fabbrikanti li jkollhom vetturi ta' "tip" approvat f'wieħed mill-Istati Membri u mbagħad li jkunu jistgħu jikkummerċjalizzaw il-vettura fl-Istati Membri l-oħrajn kollha mingħajr aktar testijiet.

3) Li tippromwovi l-globalizzazzjoni tal-qafas regolatorju tekniku permezz ta' UNECE

L-armonizzazzjoni teknika globali hija fattur prinċipali fit-tisħiħ tal-kompetittività tal-industrija tal-karozzi Ewropea madwar id-dinja. L-UE hija Parti Kontraenti għal żewġ ftehimiet tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UNECE): il-Ftehim tal-1958 dwar il-Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi għall-Vetturi, u l-Ftehim Globali tal-1998.

Kontenut ewlieni

  • CARS 2020 English (en)
  • Mobile air-conditioning systems (MACs) English (en)
  • Legislation English (en)
  • UNECE regulations English (en)
  • Directive 2007/46/EC English (en)

Aqsam: FacebookGoogle+LinkedInIbgħat din il-paġna lil sħabek

Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'200 fil-mijaStampa din il-paġna