Mogħdija tan-navigazzjoni

Inqarrbu l-ispazju lejn id-dinja

L-Ewropa għandha bżonn politika tal-ispazju effettiva li tippermetti lill-UE li ssir il-mexxej globali f'ċerti oqsma magħżula ta' politika strateġika. L-ispazju jista' jipprovdi l-għodda biex jiġu indirizzati ħafna mill-isfidi globali li jaffaċjaw lis-soċjetà fis-seklu wieħed u għoxrin: sfidi li l-Ewropa għandha tieħu rwol ta' mexxej biex tindirizzahom.

Sistemi ta' spazju u teknoloġiji bbażati fuq l-ispazju huma parti fundamentali mill-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini u n-negozji kollha Ewropej. Mit-telekomunikazzjoni għat-televiżjoni, mit-tbassir tat-temp għal sistemi finanzjarji globali, bosta mis-servizzi ewlenin li kollha kemm aħna drajnihom fid-dinja moderna jiddependu fuq l-ispazju sabiex jaħdmu kif suppost.

Attivitajiet ta' riċerka u żvilupp huma koordinati fil-qafas tal-Politika Spazjali Ewropea, fejn jikkumplimentaw l-isforzi ta' pajjiżi membri u ta' partijiet interessati oħra ewlenin, inkluż l-Aġenzija Spazjali Ewropea.

Fil-futur, l-ispazju ser isir dejjem aktar importanti u joffri opportunitajiet ġodda għan-negozji kif ukoll is-servizzi għaċ-ċittadini. Pożizzjonijiet imtejba u sistemi ta' ħin flimkien ma' monitoraġġ globali tal-ambjent għandhom jipprovdu oqsma għal kumpaniji innovattivi biex jikbru billi joffru servizzi ġodda. L-ispazju huwa kritiku wkoll f'termini ta' konsiderazzjonijiet ambjentali, ta' sikurezza u ta' bidla fil-klima.

L-Ewropa hija d-dar ta' industrija aerospazjali kbira u ta' livell teknoloġiku għoli li tipprovdi parti sinifikanti mill-ħtiġijiet kummerċjali tad-dinja għall-manifattura ta' satelliti, varar u servizzi. L-industrija Ewropea wriet li hija tassew kompetittiva f'suq diffiċli.

Sistemi ta' spazju huma tassew assi strateġiċi li juru indipendenza u l-kapaċità li jittieħdu responsabilitajiet globali. Biex wieħed jieħu l-massimu possibbli mill-benefiċċji u l-opportunitajiet li dawn jistgħu jipprovdu lill-Ewropa issa u fil-futur, huwa importanti li jkollna strateġija attiva u koordinata, flimkien ma' Politika Spazjali Ewropea.

Kontenut ewlieni

  • New Commission proposal for a Directive on Earth observation satellite data English (en)
  • Copernicus enables early action during Balkans Floods English (en)
  • European Space Expo English (en)
  • Copernicus - The European Earth Observation Programme English (en)

Aqsam: FacebookGoogle+LinkedInIbgħat din il-paġna lil sħabek

Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'200 fil-mijaStampa din il-paġna