Mogħdija tan-navigazzjoni

Intrapriżi ta’ daqs zgħir u medju (SME)

X'inhi SME?

"SME" huma intraprizi zghar u ta' daqs medju - kif iddefiniti mill-ligi tal-UE: ir-rakkomandazzjoni tal-UE 2003/361.

Il-fatturi ewlenin li jistabbilixxu jekk kumpanija hiex SME huma:

  1. l-ghadd ta' impjiegati u
  2. jew il-fatturat jew it-total tal-karta tal-bilanc.

Kategorija tal-kumpanija

Impjiegati

Fatturat

jew

Total tal-karta tal-bilanc

Ta' daqs medju

< 250

= € 50 m

= € 43 m

Zghar

< 50

= € 10 m

= € 10 m

Mikro

< 10

= € 2 m

= € 2 m

Dawn il-limiti japplikaw ghall-figuri ta' intraprizi individwali biss. Intrapriza li taghmel parti minn grupp jista' jkun hemm bzonn li tinkludi dejta dwar l-impjiegati/ il-fatturat/ il-karta tal-bilanc mill-grupp ukoll.

Ghad-dettalji ta' kif jahdem dan, ara:

X'ghanjuna tista' tiehu SME?

Hemm zewg tipi ta' beneficcji potenzjali ghal kumpanija jekk jilhaq il-kriterji:

  • eligibbiltà ghall-appogg under many programmi ta' appogg ghan-negozji tal-UE immirati specifikament ghall-kumpanija ta' dan il-daqs: Ez. fondi ghar-ricerka, fondi ghall-kompettività u l-innovazzjoni u programmi nazzjonali ta' appogg simili li f'sitwazzjoni ohra jista ma jinghatax billi jirrizulta f'appogg governattiv ingust ("ghajnuna mill-istat" - ara ir-regolament dwar ezenzjoni generali English).
  • inqas htigijiet jew tariffi imnaqqsa ghall-konformità amministrattiva tal-UE.

Sorveljar tal-implimentazzjoni tad-definizzjoni ta' SME

DĠ Intrapriża u Industrija jwettaq sorveljanza regolari tal-implimentazzjoni tad-definizzjoni ta' SME. Ibbażat fuq ir-riżultati ta’ valutazzjonijiet imwettqa fl-2006 u l-2009, sar studju indipendenti fl-2012, li ffoka fuq kif taħdem fil-prattika d-Definizzjoni tal-SME, fil-fażi tal-implimentazzjoni.
Fid-dawl tal-iżvilupp tad-demografija tal-SME mill-2003 ’l hawn, id-diżordni li tista’ tinqala’ minħabba kwalunkwe bidla sinifikanti, il-politika ta’ “anqas għajnuna mill-Istat u mmirata aħjar” u l-opinjonijiet tal-maġġoranza tal-partijiet interessati, l-istudju tal-2012 kkonkluda li bħalissa ma hemmx ħtieġa għal reviżjoni sostanzjali tad-Definizzjoni ta’ SME. Aġġornament eventwali tad-Definizzjoni biex jaġġusta skont l-inflazzjoni, il-produttività tax-xogħol u tibdiliet fir-rata ta' fatturat mat-total tal-karta tal-bilanċ mhuwiex urġenti u jista' jiġi inkorporat f'reviżjoni futura.  Il-Viċi-President Tajani qabel mal-konklużjonijiet tal-istudju li għalissa m’hemmx ħtieġa għal reviżjoni tad-Definizzjoni ta’ SME.

Fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu, l-istudju ssuġġerixxa li nikkjarifikaw l-applikazzjoni ta' ċerti regoli fir-Rakkomandazzjoni eżisteni, pereżempju permezz ta' gwida aktar fil-fond jew bl-aġġornament tal-Gwida tal-Utent dwar id-Definizzjoni ta' SME.  Għal dan il-għan, saret evalwazzjoni tal-gwida tal-utent fl-2013-2014. Il-konklużjonijiet u suġġerimenti pprovduti fir-rapport aħħari se jkunu l-bażi għal reviżjoni tal-gwida tal-utent, li għandu jkun lest bl-ilsna kollha sa Marzu 2015.

 

 

Aqsam: FacebookGoogle+LinkedInIbgħat din il-paġna lil sħabek

Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'200 fil-mijaStampa din il-paġna