Mogħdija tan-navigazzjoni

Intrapriżi ta’ daqs zgħir u medju (SME)

Premju Ewropew għall-Promozzjoni tal-Intrapriża

Premju Ewropew għall-Promozzjoni tal-Intrapriża

Dwar il-Premju Ewropew għall-Promozzjoni tal-Intrapriża

Il-Premju Ewropew għall-Promozzjoni tal-Intrapriżi ilu mill-2006 jirrikonoxxi l-eċċellenza fil-promozzjoni tal-intraprenditorija u tan-negozji żgħar fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali. Minn mindu tnieda l-premju, ġew ippreżentati aktar minn 2 800 proġett, li flimkien appoġġjaw il-ħolqien ta' aktar minn 10 000 kumpanija ġdida.

Ir-rebbieħa tal-Premju Ewropew għall-Promozzjoni tal-Intrapriża jitħabbru f’ċerimonja tal-Premjazzjoni fl-Assemblea SME Deutsch (de) English (en) français (fr) italiano (it) , li hija parti mill-Ġimgħa SME Ewropea.

L-għanijiet tal-Premju huma:

  • Li jidentifika u jirrikonoxxi attivitajiet ta’ suċċess u inizjattivi mwettqa biex jippromwovu l-intrapriża u l-intraprenditorija
  • Li juri u jaqsam eżempji tal-aħjar politiki u prattiċi ta’ intraprenditorija
  • Li joħloq għarfien akbar dwar ir-rwol li għandhom l-intraprendituri fis-soċjetà
  • Li jinkoraġixxi u jispira intraprendituri potenzjali

Agħti ħarsa lejn min kienu r-rebbieħa tal-PEPI – 2012 , 2013

L-aħħar Aħbarijiet u Fehmiet

Kategoriji ta' premji

Is-sitt kategoriji tal-premju huma:

  1. Promozzjoni tal-ispirtu intraprenditorjali - Dan jirrikonoxxi inizjattivi fuq livell nazzjonali, reġjunali jew lokali li jippromwovu mentalità intraprenditorjali speċjalment fost iż-żgħażagħ u n-nisa.
  2. Investiment fil-ħiliet intraprenditorjali - Dan jirrikonoxxi inizjattivi fil-livell nazzjonali, reġjunali jew lokali biex jittejbu l-ħiliet intraprenditorjali u maniġerjali.
  3. Titjib tal-ambjent kummerċjali - Dan jirrikonoxxi politiki innovattivi fuq livell nazzjonali, reġjunali jew lokali li jippromwovu t-twaqqif u t-tkabbir ta’ intrapriża, li jissimplifikaw proċeduri leġiżlattivi u amministrattivi għan-negozji kif ukoll jimplimentaw il-prinċipju “Aħseb fuq Skala Żgħira l-Ewwel” (Think Small First) favur l-intrapriżi ta’ daqs żgħir jew medju.
  4. Appoġġ għall-internazzjonalizzazzjoni tan-negozju - Dan jirrikonoxxi politiki u inizjattivi li jinkoraġġixxu intrapriżi fil-livell nazzjonali, reġjunali jew lokali u b’mod partikolari negozji ta’ daqs żgħir u medju sabiex jibbenefikaw aktar mill-opportunitajiet offruti mis-swieq kemm ġewwa kif ukoll barra l-Unjoni Ewropea.
  5. Appoġġ tal-iżvilupp ta’ swieq ħodor u effiċjenza ta’ riżorsi - Għarfien ta’ politiki u inizjattivi fil-livell nazzjonali, reġjunali jew lokali li jappoġġjaw aċċess ta’ SME għal swieq ħodor u jgħinu fit-titjib tal-effiċjenza fir-riżorsi, permezz, pereżempju, ta’ żvilupp ta’ ħiliet ħodor u tlaqqigħ kif ukoll finanzjament.
  6. Intraprenditorija responsabbli u inklużiva - Din tirrikonoxxi inizjattivi nazzjonali, reġjunali jew lokali mill-awtoritajiet jew sħubiji pubbliċi/privati li jippromwovu r-responsabbiltà soċjali fost l-impriżi żgħar u medji. Din il-kategorija ser tirrikonoxxi wkoll sforzi bħall-promozzjoni tal-intraprenditorija fost gruppi żvantaġġati bħal dawk qiegħda, speċjalment dawk li ilhom ħafna qiegħda, migranti legali, persuni b’disabbiltà jew nies minn nimoranzi etniċi.

Il-Premju l-Kbir tal-Ġurija jista’ jkun minn kwalunkwe kategorija u jingħata lill-parteċipazzjoni li titqies li hija l-aktar inizjattiva intraprenditorjali kreattiva u li toħloq ispirazzjoni fl-Ewropa.

Kif wieħed jista' jipparteċipa

Huma mistiedna jieħdu sehem awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali jew sħubijiet pubbli ċi-privati mill-Istati Membri kollha tal-UE, inklużi l Islanda, in-Norveġja, it-Turkija u s-Serbja.

Entitajiet eliġibbli jistgħu jkunu organizzazzjonijiet nazzjonali, bliet, reġjuni u komunitajiet, kif ukoll sħubijiet pubbliċi-privati bejn awtoritajiet pubbliċi u intraprendituri, programmi edukattivi u organizzazzjonijiet fin-negozju.

Inizjattivi transkonfinali ikunu aċċettati sakemm ikunu nominati mill-pajjiżi kollha involuti flimkien.

Il-kompetizzjoni fiha żewġ stadji; l-applikanti l-ewwel iridu jikkompetu fil-livell nazzjonali imbagħad ikunu eliġibbli biex jikkompetu fil-livell Ewropew. Għall-kompetizzjoni nazzjonali, kull pajjiż ser jagħżel żewġ parteċipazzjonijiet biex jiġu nnominati għall-kompetizzjoni Ewropea.

Il-ġurija Ewropea ser tagħżel lista finali ta' persuni nominati. Il-persuni nominati kollha mill-kompetizzjonijiet nazzjonali u Ewropej ser jiġu mistiedna biex jattendu ċ-ċerimonja tal-premjazzjoni fl-Assemblea SME, li hija parti mill-Ġimgħa SME Ewropea. Iċ-ċerimonja tirrikonoxxi r-rebbieħa għall-isforzi tagħhom u tagħtihom l-opportunità jippreżentaw ruħhom f’ambjent pan-Ewropew.

Id-data tal-għeluq għal parteċipanti għall-għażla nazzjonali tkun stabbilita minn kull pajjiż.

In-nominati sejrin jintgħażlu fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

  • Originalità u fattibbiltà
  • L-impatt li għandhom fuq l-ekonomija lokali
  • It-titjib tar-relazzjonijiet bejn il-persuni lokali li għandhom interess
  • It-trasferibbiltà tal-proġett lejn reġjuni oħra fl-Ewropa

Għal aktar informazzjoni dwar kif tiġi involut fil-futur ikuntattja lir-rappreżentant nazzjonali tiegħek:

Belgique , België , Belgien България Česká republika Danmark
Deutschland Eesti Ireland Ελλάδα
España France Hrvatska Italia
Κύπρος Latvija Lietuva Luxembourg , Luxemburg
Magyarország Malti Nederland Österreich
Polska Portugal România Slovenija
Slovensko Suomi Sverige United Kingdom
Iceland Norway Serbia Turkey

Kuntatt tas-Segretarjat

L-Uffiċċju tal-Istampa tal-Premju Ewropew għall-Promozzjoni tal-Intrapriża u s-Segretarjat jistgħu jiġu kkuntattjati jew bl-imejl jew bit-telefown.

eu.enterprise.promotion.awards@hanovercomms.com

+44 (0)20 7400 8995

Tista’ ssegwi wkoll il-Premju fuq Twitter bl-Ingliż, bil-Franċiż, bl-Ispanjol, bil-Ġermaniż u bit-Taljan, fuq Facebook, fuq Youtube bl-Ingliż, bil-Franċiż, bl-Ispanjol, bil-Ġermaniż u bit-Taljan, kif ukoll fuq Flickr u Scribd.

Tista’ taqra wkoll il-blog uffiċjali Promozzjoni tal-Intrapriża .

Aqsam: FacebookGoogle+LinkedInIbgħat din il-paġna lil sħabek

Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'200 fil-mijaStampa din il-paġna