Is-suq uniku tal-prodotti

Is-Suq Uniku għall-prodotti hu waħda mill-prijoritajiet l-aktar importanti u kontinwa tal-Unjoni li l-għan tagħha hu li jinħoloq ambjent li faċli jintuża għan-negozji u l-konsumaturi.
L-għan prinċipali tad-Direttorat Ġenerali għall-Intrapriżi u l-Industrija hu li jikkontribwixxi fit-tfassil, l-implimentazzjoni u t-titjib tal-politika regolatorja biex is-Suq Uniku jiffunzjona aħjar billi jitneħħew l-ostakoli għall-kummerċ u billi jiġi evitat il-ħolqien ta’ oħrajn ġodda.
Ħidmiet speċifiċi għandhom l-għan li
- ma jħallux ostakoli tekniċi għall-kummerċ billi jimmonitorjaw il-proposti leġiżlattivi ġodda magħmulin mill-Istati Membri u billi jikkontribwixxu fl-istess waqt għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar l-Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ tad-WTO;
- jiżguraw fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet ta’ armonizzazzjoni u abbażi tal-Artikoli 34 sa 36 tat-TFEU li l-Istati Membri ma joħolqux jew ma jżommux ostakoli għall-kummerċ intra-UE;
- jgħaddu regoli speċifiċi għal ċerti prodotti (inklużi Metodu tradizzjonali, Metodu Ġdid, Qafas Leġiżlattiv Ġdid) jew dwar kwistjonijiet orizzontali bħall-ittrattar ta’ pagament mhux fil-ħin għal tranżazzjonijiet kummerċjali u t-talba għal kumpens għad-danni kkawżati minn prodotti difettużi;
- jimmonitorjaw l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE.
Dawn l-inizjattivi kollha jippromwovu kummerċ u suq uniku li faċli jintuża mill-konsumaturi, ibbażat fuq regoli trasparenti, sempliċi u konsistenti li joffru ċertezza u ċarezza legali li permezz tagħhom in-negozji (irrispettivament mid-daqs tagħhom) u l-konsumaturi jistgħu jibbenefikaw bl-istess mod. Barra minn hekk, il-kummerċ Ewropew ikun f'qagħda aħjar biex jikkompeti fis-swieq dinjin u biex jiffaċċja l-isfidi li jinsabu quddiemu.
Kontenut ewlieni
-
Fighting late payments


- Il-marka CE
-
Internal market for products


Kuntratti u għotjiet
-
Żmien ta’ skadenza: 30/06/2014
Economist Visitors Programme to support the work of the Competitiveness Report (2011-2014)



