Dan is-sit ġie arkivjat (02/02/2015)
02/02/2015

Mogħdija tan-navigazzjoni

This website is no longer being updated.

Please visit the new Internal Market, Industry, Entrepreneurship and SMEs website.

Suq Waħdieni għal oġġetti

Ġlieda Kontra Ħlas Tard

negozji jreġġgħu lura l-ħin © Andres Rodriguez - Fotolia.com

Ħafna mill-ħlas fi tranżazzjonijiet kummerċjali bejn l-intrapriżi jew bejn l-intrapriżi u l-awtoritajiet pubbliċi jsiru ħafna aktar tard milli jkun miftiehem. Dan jiswa ħafna flus għan-negozji. Id-Direttiva tal-UE dwar il-Ħlas Tard 2011/7/EU български (bg) czech (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) Français (fr) Gaeilge (ga) hrvatski (hr) italiano (it) latviešu (lv) lietuvių (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv) issaħħaħ id-drittijiet tan-negozji biex jgħaġġlu l-ħlas.

Id-Direttiva dwar il-Ħlas Tard 2011/7/UE

Dispożizzjonijiet prinċipali:

  • L-armonizazzjoni tal-perjodi tal-ħlas mill-awtoritajiet pubbliċi lin-negozji: L-awtoritajiet pubbliċi għandhom iħallsu għall-oġġetti u s-servizzi li jakkwistaw fi żmien 30 jum jew, f'ċirkostanzi verament eċċezzjonali, fi żmien 60 jum.
  • Il-libertà kuntrattwali fit-tranżazzjonijiet kummerċjali tan-negozji: L-intrapriżi għandhom iħallsu l-fatturi tagħhom fi żmien 60 jum, sakemm dawn ma jiftehmux espressament mod ieħor u jekk dan ma jkunx inġust għall-aħħar.
  • In-negozji huma awtomatikament intitolati li jitolbu l-imgħax għal ħlas tard u huma jistgħu wkoll jiksbu ammont fiss minimu ta’ €40 bħala kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru. Dawn jistgħu jitolbu kumpens għall-ispejjeż raġonevoli kollha tal-irkupru li jifdal.
  • Ir-rata tal-imgħax statutorja għal ħlas tard fl-Istati Membri għandha tiżdied sa mill-inqas 8 punti perċentwali ogħla mir-rata ta' referenza tal-Bank Ċentrali Ewropew. L-awtoritajiet pubbliċi mhumiex awtorizzati li jiffissaw rata tal-imgħax inferjuri għal ħlas tard.

L-Istati Membri jistgħu jkomplu jżommu jew idaħħlu fis-seħħ liġijiet u regolamenti li huma aktar favorevoli għall-kreditur mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva.

Tabella tar-rata ta' interess statutorja għal ħlas tard fl-Istati Membri EN - DE - FR

Id-Direttiva 2011/7/UE tissostitwixxi d-Direttiva dwar il-Ħlas Tard 200/35/KE ta' qabel, u tagħti lin-negozji drittijiet aktar b'saħħithom.

Il-gvernijiet tal-UE kienu meħtieġa jġibu l-liġijiet nazzjonali tagħhom f’konformità mad-Direttiva 2011/7/UE sas-16 ta’ Marzu 2013. S’issa, 27 minn 28 pajjiż tal-UE għamlu dan.

Id-Direttiva dwar il-Ħlas Tard 2011/7/UE български (bg) czech (cs) dansk (da) Deutsch (de) eesti (et) ελληνικά (el) English (en) español (es) Français (fr) Gaeilge (ga) hrvatski (hr) italiano (it) latviešu (lv) lietuvių (lt) magyar (hu) Nederlands (nl) polski (pl) português (pt) română (ro) slovenčina (sk) slovenščina (sl) suomi (fi) svenska (sv)

Kampanja ta’ informazzjoni dwar il-ħlas tard

 

Il-kampanja (sa Diċembru 2014) se tinkludi avvenimenti mal-UE kollha li jenfasizzaw id-drittijiet tan-negozji skont id-Direttiva tal-2011, tipprovdi forum għall-iskambju tal-aħjar prattiki u tgħin lin-negozji biex jindirizzaw kwistjonijiet dwar ħlasijiet tard.

Il-kampanja se tiffoka fuq negozji żgħar u ta’ daqs medju, peress li huma l-aktar affettwati mill-mentalità ta’ ħlas tard mal-UE kollha.

Aktar dwar il-kampanja ta’ informazzjoni dwar il-ħlas tard Deutsch (de) English (en) français (fr) italiano (it) português (pt)

Sib avveniment qrib tiegħek English (en)

E-desk tal-Ħlas Tard

Jekk jogħġbok toqgħodx lura milli tikkuntattjana (ENTR-LATE-PAY-E-DESK@ec.europa.eu) kemm għal aktar informazzjoni dwar il-kampanja dwar il-ħlas tard, kif ukoll dwar l-informazzjoni u l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-ħlas tard fi 28 Stat Membru.

Il-Kummissjoni tistieden ukoll lill-kumpaniji u liċ-ċittadini biex jaqsmu informazzjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva f’pajjiżhom stess, u li jibagħtu kwalunkwe evidenza ta’ problemi esperjenzati meta japplikaw id-drittijiet ġodda mogħtija bid-Direttiva. (ENTR-LATE-PAY-E-DESK@ec.europa.eu).

Websajts nazzjonali dwar ħlas tard

Il-Ġermanja

Franza

L-Irlanda

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Ir-Renju Unit

Aktar qari

Kuntatt

ENTR SME POL DEVT AND SMALL BUS ACT

Aqsam: FacebookGoogle+LinkedInIbgħat din il-paġna lil sħabek

Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'200 fil-mijaStampa din il-paġna