Mogħdija tan-navigazzjoni

Għodod addizzjonali

Ivverifika r-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott

Ivverifika r-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott

Id-Direttivi dwar l-Approċċ il-Ġdid għall-marka CE ġew imfassla mill-Unjoni Ewropea b’tali mod li jkopru, fi ħdan l-ambitu rispettiv tagħhom, ir-rekwiżiti kollha għal prodotti minn kull wieħed mill-oqsma li ġew imsemmija.

Madankollu, jista’ jagħti l-każ li għall-istess prodott tapplika aktar minn Direttiva waħda dwar l-Approċċ il-Ġdid. Barra minn hekk, jistgħu japplikaw ukoll leġiżlazzjonijiet oħra (bħal pereżempju leġiżlazzjoni orizzontali dwar is-sustanzi kimiċi jew dwar l-ambjent).

Id-Direttiva 90/385/KEE dwar tagħmir mediku attiv li jista’ jkun impjantat (AIMDD bl-Ingliż) tispeċifika r-rekwiżiti ġenerali li l-prodott għandu jissodisfa qabel ma l-manifattur ikun jista’ jwaħħal il-marka CE. Dawn huma l-hekk imsejħa Rekwiżiti Essenzjali li huma mniżżla fl-Anness tal-AIMDD. Il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali għandha tiġi murija permezz ta’ evalwazzjoni klinika b’konformità mal-Anness 7 tad-Direttiva 90/385/KEE.

Ivverifika r-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott

Id-Direttivi dwar l-Approċċ il-Ġdid għall-marka CE ġew imfassla mill-Unjoni Ewropea b’tali mod li jkopru r-rekwiżiti kollha għal prodotti minn kull wieħed mill-oqsma li ġew imsemmija.

Għalhekk, prodott jista’ jkun soġġett għal aktar minn waħda mid-Direttivi dwar l-Approċċ il-Ġdid (u anki għal leġiżlazzjonijiet armonizzati oħra).

Il-GAD tispeċifika b’mod dettaljat ir-rekwiżiti essenzjali relatati mal-użu tal-gass bħala karburant li l-prodott għandu jissodisfa sabiex il-manifattur ikunu jista’ jwaħħal fuqu l-marka CE.

Id-Direttiva 2009/142/KE tkopri tagħmir li jużaw karburanti gassużi li jintuża għat-tisjir, għat-tisħin, għall-produzzjoni tal-ilma sħun, għat-tkessiħ, għad-dawl jew għall-ħasil. Hija tkopri wkoll fittings, li huma definiti bħala mezzi ta’ sigurtà, apparat li jikkontrolla jew apparat li jirregola u subassemblaġġi li jkunu ġew iddisinjati biex jiġu inkorporati f’apparat.

Ir-rekwiżiti bażiċi għat-tqegħid fis-suq Ewropew ta’ tagħmir li jaqa’ taħt il-GAD, skont kif stipulat fl-Anness I tal-GAD, jeħtieġu li t-tagħmir ikun iddisinjat u mibni b’mod li jaħdem b’mod sikur u li ma joħloq l-ebda periklu, li jkollu miegħu struzzjonijiet tekniċi għal min jinstallah kif ukoll struzzjonijiet għall-użu u l-manutenzjoni għall-utent, u li jkollu miegħu jew li juri avviżi ta’ twissija li għandhom jidhru wkoll fuq l-imballaġġ. L-istruzzjonijiet u l-avviżi ta’ twissija għandhom ikunu fil-lingwa(i) uffiċjali tal-Istat Membru fejn ikun qed jinbiegħ il-prodott.

Ir-rekwiżiti japplikaw ukoll għal fittings fejn jeżisti r-riskju korrispondenti. Fittings li huma maħsuba biex ikunu parti minn tagħmir għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b’tali mod li jissodisfaw l-għan tagħhom sew meta jiġu inkorporati skont kif indikat fl-istruzzjonijiet għall-installazzjoni.

Aktar dettalji dwar il-kontenut u l-mod kif inhuma mqassma l-istruzzjonijiet, kif ukoll ir-rekwiżiti essenzjali dwar id-disinn u l-kostruzzjoni jistgħu jinkisbu mill-Anness I tad-Direttiva.

Wara li tniżżel id-Direttiva 2009/142/KE, jekk jogħġbok studja d-dokument b’attenzjoni sabiex jiġi żgurat li l-prodott tiegħek ikun jista’ jkun konformi, fiż-żmien li jkun se jitpoġġa fis-suq, mar-rekwiżiti essenzjali kollha tad-Direttiva. Jekk jogħġbok ivverifika wkoll jekk japplikawx Direttivi oħra għall-prodott tiegħek.

Ivverifika r-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott

Id-Direttivi dwar l-Approċċ il-Ġdid għall-marka CE ġew imfassla mill-Unjoni Ewropea b’tali mod li jkopru r-rekwiżiti kollha għal prodotti minn kull wieħed mill-oqsma li ġew imsemmija.

Id-Direttiva 2000/9/KE tiddefinixxi ‘installazzjonijiet ta’ funikular iddisinjati għall-ġarr ta’ persuni’ bħala “installazzjonijiet magħmula minn diversi komponenti, iddisinjati, immanifatturati, immuntati u mqiegħda fis-servizz bl-iskop tal-ġarr ta' persuni”. Dawn jistgħu jkunu, pereżempju, linji tal-funikular, gondoli, chair lifts jew drag lifts. L-Artikolu 1, punt 6 jsemmi l-installazzjonijiet li mhumiex koperti mid-Direttiva

Il-ħtiġiet essenzjali dwar is-sigurtà huma mniżżla fl-Anness II tad-Direttiva.

Ivverifika r-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott

Jekk jogħġbok ikkonsulta http://ec.europa.eu/enterprise/sectors/construction/index_mt.htm.

Ivverifika r-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott

Id-Direttivi dwar l-Approċċ il-Ġdid għall-marka CE ġew imfassla mill-Unjoni Ewropea sabiex ikopru r-rekwiżiti kollha fil-qasam tagħhom ta’ applikazzjoni għal prodotti minn kull wieħed mill-oqsma li ġew imsemmija. [link għal-lista ta’ oqsma]

Id-Direttiva dwar l-Ekodisinn (2009/125/KE) hija qafas li tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-ekodisinn relatati mal-parametri ambjentali li l-manifatturi għandhom jissodisfaw sabiex tkun tista’ titwaħħal fuqhom il-marka CE.

Id-Direttiva 2009/125/KE tkopri prodotti li għandhom impatt fuq il-konsum tal-enerġija waqt l-użu, inkluż prodotti li jużaw, jiġġeneraw, jittrasferixxu jew ikejlu l-enerġija, prodotti oħra relatati mal-enerġija bħal twieqi, materjali għall-insulazzjoni, jew ċertu prodotti li jikkunsmaw l-ilma, li lkoll kemm huma jistgħu jikkontribwixxu għal iffrankar sinifikanti ta’ enerġija waqt l-użu.

Il-mira tad-Direttiva hija li tnaqqas l-impatt ġenerali tal-prodotti fuq l-ambjent, inkluż il-konsum tar-riżorsi u l-emissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu, billi tiffoka fuq il-prinċipji ta’ żvilupp sostenibbli tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja ta’ prodott.

L-ambitu addizzjonali tad-Direttiva huwa li jiġi żgurat il-moviment ħieles tal-prodotti kkonċernati fis-suq intern Ewropew. Id-Direttiva ma tapplikax għal mezzi ta’ trasport li jintużaw għall-ġarr ta’ persuni jew ta’ merkanzija.

Il-metodoloġija u l-proċeduri biex jiġu stabbiliti rekwiżiti għall-ekodisinn huma speċifikati fid-Direttiva (jiġifieri fl-Annessi 1 u 2 għall-iddisinjar speċifiku tal-prodotti u rekwiżiti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni).

Ivverifika r-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott

Id-Direttivi dwar l-Approċċ il-Ġdid għall-marka CE ġew imfassla mill-Unjoni Ewropea b’tali mod li jkopru r-rekwiżiti kollha għal prodotti minn kull wieħed mill-oqsma li ġew imsemmija.

Id-Direttiva 2004/108/KE dwar il-kompatibilità elettromanjetika tispeċifika b’mod dettaljat ir-rekwiżiti essenzjali li l-prodott għandu jissodisfa qabel ma l-manifattur ikun jista’ jwaħħal il-marka CE.

Id-Direttiva 2004/108/KE hija maħsuba biex jiġi żgurat li tagħmir li jista’ jiġġenera jew li jista’ jiġi affettwat minn interferenzi elettromanjetiċi jkun jista’ jintuża fl-ambjent elettromanjetiku li jkun ġie ddisinjat għalih mingħajr ma jikkawża interferenzi lil tagħmir ieħor jew mingħajr ma jiġi affettwat hu stess minn dawk l-interferenzi. Id-Direttiva tal-2004 aġġornat u ssostitwixxiet id-Direttiva 89/336/KEE, li qabel kienet tirregola dan il-qasam.

Ir-rekwiżiti essenzjali dwar kompatibilità elettromanjetika tat-tagħmir huma stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva.

Id-Direttiva EMC tkopri apparat li jinbiegħ lill-konsumaturi bħala unita’ funzjonali waħdanija li jew jistgħu jiġġeneraw interferenzi elettromanjetiċi, jew li l-prestazzjoni tagħhom tista’ tiġi affettwata minn interferenzi elettromanjetiċi. Din ma tkoprix tagħmir li huwa speċifikament maħsub biex jiġi inkorporat f’installazzjonijiet fissi u li għaldaqstant mhuwiex disponibbli fuq livell kummerċjali.

Id-Direttiva EMC ma tapplikax għal tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjonijiet, minħabba li dan huwa kopert mid-Direttiva 1999/5/KE. Anki prodotti ajrunawtiċi u tagħmir tar-radju li jintuża minn dilettanti tar-radju huma esklużi mill-ambitu tad-Direttiva.

Ivverifika r-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott

Id-Direttivi dwar l-Approċċ il-Ġdid għall-marka CE ġew imfassla mill-Unjoni Ewropea b’tali mod li jkopru r-rekwiżiti kollha għal prodotti minn kull wieħed mill-oqsma li ġew imsemmija.

Id-Direttiva 94/9/KE ATEX dwar tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplożivi tispeċifika b’mod dettaljat ir-rekwiżiti essenzjali li l-prodott għandu jissodisfa sabiex il-manifattur ikun jista’ jwaħħal il-marka CE.

Apparti li tapplika għal tagħmir u għal sistemi ta’ protezzjoni , id-Direttiva tapplika wkoll għal apparat tas-sigurtà, għal apparat ta’ kontroll u għal apparat li jirregola għall-użu barra minn atmosferi potenzjalment esplożivi, iżda li huma meħtieġa għall-funzjonament sikur ta’ tagħmir u ta’ sistemi ta’ protezzjoni ATEX. Id-Direttiva ma tapplikax għal apparat mediku, għal mezzi ta’ trasport, għal bastimenti li jintużaw għat-tbaħħir jew għal tagħmir għall-protezzjoni personali li huma koperti mid-Direttiva 89/686/KEE. Ma tapplikax ukoll għal tagħmir u għal sistemi ta’ protezzjoni fejn il-periklu jista’ jirriżulta biss mill-preżenza ta’ sustanzi splussivi jew ta’ sustanzi kimiċi li mhumiex stabbli, jew minn tnixxiegħ aċċidentali ta’ gass karburant.

Għal aktar dettalji dwar il-prodotti koperti, jekk jogħġbok ara l-Kapitolu I, Artikolu 1 tad-Direttiva 94/9/KE ATEX.

Ir-rekwiżiti essenzjali dwar is-saħħa u s-sigurtà – kif stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva – jipprevedu, fost affarijiet oħra, li l-prodotti għandhom ikunu ddisinjati b’mod li jipprovdu sigurtà integrata kontra l-isplużjonijiet . Dawn jistgħu jiġu mmanifatturati biss wara li ssir analiżi xierqa rigward nuqqasijiet possibbli relatati mal-operat, sabiex sitwazzjonijiet perikolużi jiġu evitati kemm jista' jkun. F’dan is-sens, il-prodotti għandhom ikollhom magħhom struzzjonijiet u għandhom ikunu mmarkati b’mod li jinqara u li ma jitħassarx, b’lista ta’ dettalji minimi bħall-isem u l-indirizz tal-manifattur, l-isem tas-serje jew tat-tip, il-marka speċifika tal-protezzjoni kontra splużjonijiet li warajha għandhom jintwerew is-simbolu tal-grupp u l-kategorija tat-tagħmir u oħrajn.

Barra minn hekk, fejn meħtieġ, għandhom ikunu immarkati wkoll bl-informazzjoni kollha meħtieġa għall-użu sigur tagħhom.

Rigward l-għażla ta’ materjali, id-Direttiva teħtieġ għażla speċjali ta’ materjali li jnaqqsu r-riskju, skont kif stabbilit fl-Anness II, 1.1. L-Anness II ikopri r-rekwiżiti addizzjonali dwar id-disinn u l-kostruzzjoni, sorsi possibbli ta’ tqabbid ta’ nar, perikli kkawżati minn effetti esterni, rekwiżiti li jirrigwardaw mezzi relatati mas-sigurtà u l-integrazzjoni tar-rekwiżiti tas-sigurtà relatati mas-sistema. Għal ħarsa ġenerali sħiħa, jekk jogħġbok ikkonsulta mill-qrib l-Anness II.

Ikkonsulta b’attenzjoni wkoll id-Direttiva 94/9/KE, biex jiġi żgurat li l-prodott tiegħek huwa konformi mar-rekwiżiti essenzjali kolha dwar is-saħħa u s-sigurtà.

Ivverifika r-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott

Id-Direttivi dwar l-Approċċ il-Ġdid għall-marka CE ġew imfassla mill-Unjoni Ewropea b’tali mod li jkopru r-rekwiżiti kollha għal prodotti minn kull wieħed mill-oqsma li ġew imsemmija.

Id-Direttiva 93/15/KEE dwar esplożivi ċivili tispeċifika b’mod dettaljat ir-rekwiżiti essenzjali li l-prodott għandu jissodisfa qabel ma l-manifattur ikun jista’ jimmarkah bil-marka CE.

Id-Direttiva tirreferi għal esplożivi li huma definiti bħala ‘il-materjali u l-merkanzija hekk meqjusa fir-rakommandazzjonijet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-trasport ta' merkanzija perikolużi u li jaqgħu fil-Klassi 1 ta’ dawk ir-rakommandazzjonijiet’. Din ma tapplikax għal esplożivi maħsuba għal użu militari jew għal użu mill-pulizija , għal oġġetti pirotekniċi jew għal munizzjon , ħlief fir-rigward ta’ proċeduri għat-trasferiment sigur tagħhom fl-Unjoni.

Ir-rekwiżiti bażiċi speċifikati fl-Anness I tad-Direttiva jinkludu r-rekwiżiti minimi u r-regoli dwar is-sigurtà li għandhom jikkonformaw magħhom id-disinn u l-kostruzzjoni tal-prodott, kif ukoll, fl-aħħar nett, il-prodott finali. Fost affarijiet oħra, ir-regoli jimplikaw li kull mezz splussiv għandu jkun ta’ tip li jista’ jintrema b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt fuq l-ambjent. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ara l-Anness Im b’mod ġenerali, jekk jogħġbok ikkonsulta b’attenzjoni wkoll id-Direttiva 93/15/KE , biex jiġi żgurat li l-prodott tiegħek huwa konformi mar-rekwiżiti essenzjali kollha.

Ivverifika r-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott

It-23 Direttiva dwar l-Approċċ il-Ġdid għall-marka CE ġew imfassla mill-Unjoni Ewropea b’tali mod li jkopru r-rekwiżiti kollha għal prodotti minn kull wieħed mill-oqsma li ġew imsemmija.

Id-Direttiva 92/42/KEE dwar il-kaldaruni tal-misħun ġodda li jaħdmu b’karburanti likwidi jew gassużi tispeċifika b’mod dettaljat il-ħtiġijiet essenzjali li l-prodott għandu jissodisfa qabel ma l-manifattur ikun jista’ jimmarkah bil-marka CE.

Ir-rekwiżiti bażiċi speċifikati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva jinkludu rekwiżiti utli dwar l-effiċjenza. Skont dawn ir-rekwiżiti, il-kaldaruni għandhom ikunu konformi ma' ċertu rekwiżiti dwar l-effiċjenza waqt produzzjoni nominali u temperatura medja tal-ilma fil-kaldarun ta' 70°Ċ u b’30% tagħbija parzjali u temperatura medja tal-ilma fil-kaldarun li tvarja skont it-tip tal-kaldarun.

Jekk jogħġbok ikkonsulta d-Direttiva 92/42/KEE b’attenzjoni sabiex tiżgura li l-prodott tiegħek ikun konformi mar-rekwiżiti essenzjali kollha.

Ivverifika r-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott

Id-Direttivi dwar l-Approċċ il-Ġdid għall-marka CE ġew imfassla mill-Unjoni Ewropea b’tali mod li jkopru, fi ħdan l-ambitu rispettiv tagħhom, ir-rekwiżiti kollha għal prodotti minn kull wieħed mill-oqsma li ġew imsemmija. [link għal-lista ta’ oqsma]

Madankollu, jista’ jagħti l-każ li għall-istess prodott tapplika aktar minn Direttivi waħda dwar l-Approċċ il-Ġdid. Barra minn hekk, jistgħu japplikaw ukoll leġiżlazzjonijiet oħra (bħal pereżempju leġiżlazzjoni orizzontali dwar is-sustanzi kimiċi jew dwar l-ambjent).

Id-Direttiva 98/79/KEE dwar tagħmir mediku dijanjostiku in vitro (IVD) tispeċifika r-rekwiżiti ġenerali li l-prodott għandu jissodisfa qabel ma l-manifattur jwaħħal fuqu l-marka CE. Dawn ir-rekwiżiti, imsejħa Rekwiżiti Essenzjali, huma mniżżla fl-Anness I tad-Direttiva IVD.

Għal deskrizzjoni dettaljata, jekk jogħġbok ara d-Direttiva 98/79/KE.

Ivverifika r-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott

Id-Direttivi dwar l-Approċċ il-Ġdid għall-marka CE ġew imfassla mill-Unjoni Ewropea b’tali mod li jkopru r-rekwiżiti kollha għal prodotti minn kull wieħed mill-oqsma li ġew imsemmija.

Id-Direttiva 95/16/KEE dwar il-Lifts tispeċifika b’mod dettaljat ir-rekwiżiti essenzjali li l-prodott għandu jissodisfa qabel ma l-manifattur ikun jista’ jwaħħal il-marka CE fuqu.

Id-Direttiva tkopri lifts installati f’bini kif ukoll dawk li jintużaw f’attivitajiet relatati mal-kostruzzjoni. Tapplika wkoll għall-komponenti ta’ sigurtà maħsuba biex jintużaw fit-tipi ta’ lifts imniżżla fl-Anness IV.

Id-Direttiva ma tkoprix tagħmir għall-irfigħ li għandu veloċità ta’ mhux aktar minn 0.15 m/s; paranki għall-użu fuq siti ta’ kostruzzjoni; funikulari, linji tal-funikular; lifts iddisinjati u mibnija għal skopijiet militari jew għall-użu mill-pulizija; tagħmir għall-irfigħ li jista’ jsir ix-xogħol minn fuqu; tagħmir li jintuża fil-minjieri; tagħmir għall-irfigħ maħsub biex jerfa’ lill-artisti waqt spettakli artistiċi; tagħmir għall-irfigħ immuntat fuq mezzi ta’ trasport; tagħmir għall-irfigħ li jitqabbad ma’ makkinarju u li huwa intiż esklussivament għall-aċċess għal postijiet tax-xogħol inkluż punti ta’ manutenzjoni u ta’ spezzjoni fuq il-makkinarju; treni b’ingranaġġ u fus bis-snien; skalaturi u mogħdijiet mekkaniċi.

Lifts koperti minn din id-Direttiva għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali dwar is-saħħa u s-sigurtà stabbiliti fl-Anness I.

Jekk jogħġbok ikkonsulta d-Direttiva 95/16/KE sabiex tiżgura li l-prodott tiegħek ikun konformi mar-rekwiżiti essenzjali kollha.

Ivverifika r-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott

Id-Direttivi dwar l-Approċċ il-Ġdid għall-marka CE ġew imfassla mill-Unjoni Ewropea b’tali mod li jkopru r-rekwiżiti kollha għal prodotti minn kull wieħed mill-oqsma li ġew imsemmija.

Id-Direttiva 2006/95/KE dwar tagħmir elettriku ta’ vultaġġ baxx tispeċifika b’mod dettaljat ir-rekwiżiti essenzjali li l-prodott għandu jissodisfa qabel ma l-manifattur ikun jista’ jwaħħal il-marka CE.

Id-Direttiva 2006/95/KE hija maħsuba biex tneħħi l-ostakoli għall-bejgħ ta’ tagħmir elettriku ta’ vultaġġ baxx fl-UE, filwaqt li fl-istess ħin tiżgura li dawn joffru l-ogħla livell possibbli ta' sikurezza.

‘Tagħmir elettriku ta’ vultaġġ baxx’ huwa ddefinit bħala ‘kull tagħmir iddisinjat għall-użu ma’ skala tal-vultaġġ ta’ bejn il-50 u l-1000 V għall-kurrent alternant u bejn il-75 u l-1500 V għall-kurrent dirett’ . L-Anness II tad-Direttiva fih lista ta’ tagħmir li mhuwiex kopert mid-Direttiva, inkluż komponenti tal-elettriku li jintużaw fil-lifts, f’meters tal-elettriku, fil-plakek u s-socket outlets għall-użu domestiku.

Id-Direttiva 2006/95/KE tispeċifika li l-apparat ma għandux jipperikola s-sigurtà ta’ persuni, annimali domestiċi jew proprjetà ‘meta jkun installat u miżmum sewwa u użat għal skopijiet li għalihom kien magħmul’. L-objettivi essenzjali dwar is-sigurtà li jirrigwardaw l-apparat li huwa kopert mid-Direttiva huma mniżżla fl-Anness I tad-Direttiva.

Sabiex jiġi żgurat li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżiti essenzjali, huwa meħtieġ li tiġi kkonsultata d-Direttiva.

Ivverifika r-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott

Id-Direttivi dwar l-Approċċ il-Ġdid għall-marka CE ġew imfassla mill-Unjoni Ewropea b’tali mod li jkopru bis-sħiħ ir-rekwiżiti kollha għal prodotti minn kull wieħed mill-oqsma li ġew imsemmija.

Id-Direttiva 2006/42/KE dwar il-Makkinarju tispeċifika r-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sigurtà li għandu jissodisfa l-prodott sabiex il-manifattur ikun jista’ jwaħħal il-marka CE.

Id-Direttiva 2006/42/KE tkopri makkinarju, tagħmir interkambjabbli, komponenti tas-sigurtà, aċċessorji tal-irfigħ, ktajjen, ħbula u ċineg u apparat li jista’ jitneħħa għat-trażmissjoni mekkanika. Tinkludi wkoll rekwiżiti għal makkinarju parzjalment komplut.

L-ewwel pass li manifattur għandu jieħu biex jiżgura li magna tkun tikkonforma mad-Direttiva huwa li jwettaq proċedura ta’ valutazzjoni, fir-rigward tar-rekwiżiti essenzjali. Dan jinkludi wkoll kontroll ta’ liema Standards Ewropej Armonizzati huma applikabbli, bħala mezz sabiex tinkiseb preżunzjoni tal-konformità. Lista ta’ standards armonizzati għall-makkinarju tinstab fuq is-sit elettroniku dwar l-Intrapriża u l-Industrija tal-Kummissjoni Ewropea.

L-Anness I għad-Direttiva 2006/42/KE jistabbilixxi fid-dettall ir-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sigurtà għall-prodotti koperti.

Fl-2009 kien hemm qbil biex id-Direttiva tiġi emendata sabiex jiddaħħlu rekwiżiti għal makkinarju għall-applikazzjoni ta’ pestiċidi, li d-disinn u l-manifattura tiegħu kellhom ikunu b’mod li jiġi minimizzat it-tixrid mhux ippjanat ta’ pestiċidi fl-ambjent.

Din l-emenda tidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Diċembru 2011.

Jekk jogħġbok ikkonsulta d-Direttiva sabiex tiżgura li l-prodott tiegħek jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali kollha. Tista’ wkoll tniżżel gwida ta’ spjegazzjonipdf Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel  estensiva dwar id-Direttiva, li ġiet ippubblikata f’Ġunju tal-2010.

Ivverifika r-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott

Id-Direttivi dwar l-Approċċ il-Ġdid għall-marka CE ġew imfassla mill-Unjoni Ewropea b’tali mod li jkopru r-rekwiżiti kollha għal prodotti minn kull wieħed mill-oqsma li ġew imsemmija.

Id-Direttiva 2004/22/KE dwar l-istrumenti tal-kejl tispeċifika b’mod dettaljat ir-rekwiżiti essenzjali li l-prodott għandu jissodisfa qabel ma l-manifattur ikun jista’ jwaħħal bil-marka CE.

Id-Direttiva tkopri l-mezzi u s-sistemi tal-kejl li ġejjin: arloġġi tal-ilma, arloġġi tal-gass u l-mezzi li jaqilbu l-volum, arloġġi attivi tal-enerġija elettrika, arloġġi tas-sħana, sistemi tal-kejl għall-kejl kontinwu u dinamiku ta’ kwantitajiet ta’ likwidi oħra għajr l-ilma, strumenti awtomatiċi tal-kejl, tassimetri, miżuri materjali, miżuri tal-kejl tad-dimensjonijiet u analizzaturi tal-gassijiet tat-tubi tal-emissjoni.

Ir-rekwiżiti ġenerali legali armonizzati tal-metroloġija huma elenkati fl-Anness I tad-Direttiva, filwaqt li rekwiżiti addizzjonali għal kull tip ta’ strument tal-kejl huma ppreżentati fl-10 annessi speċifiċi għas-settur (MI-001 sa MI-010).

Ivverifika r-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott

Id-Direttivi dwar l-Approċċ il-Ġdid għall-marka CE ġew imfassla mill-Unjoni Ewropea b’tali mod li jkopru, fi ħdan l-ambitu rispettiv tagħhom, ir-rekwiżiti kollha għal prodotti minn kull wieħed mill-oqsma li ġew imsemmija. [link għal-lista ta’ oqsma]

Madankollu, jista’ jagħti l-każ li għall-istess prodott tapplika aktar minn Direttiva waħda dwar l-Approċċ il-Ġdid. Barra minn hekk, jistgħu japplikaw ukoll leġiżlazzjonijiet oħra (bħal pereżempju leġiżlazzjoni orizzontali dwar is-sustanzi kimiċi jew dwar l-ambjent).

Id-Direttiva 93/42/KEE dwar tagħmir mediku (MDD) tispeċifika r-rekwiżiti ġenerali li l-prodott għandu jissodisfa qabel ma l-manifattur ikun jista’ jwaħħal il-marka CE. Dawn huma l-hekk imsejħa Rekwiżiti Essenzjali li huma mniżżla fl-Anness I tal-MDD. Il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali għandha tiġi murija permezz ta’ evalwazzjoni klinika b’konformità mal-Anness X tad-Direttiva 93/42/KEE.

Ivverifika r-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott

Id-Direttivi dwar l-Approċċ il-Ġdid għall-marka CE ġew imfassla mill-Unjoni Ewropea b’tali mod li jkopru r-rekwiżiti kollha għal prodotti minn kull wieħed mill-oqsma li ġew imsemmija.

Id-Direttiva 2000/14/KE dwar l-emissjoni tal-ħoss fl-ambjent minn tagħmir għall-użu barra tispeċifika rekwiżiti essenzjali dwar il-qawwa permissibbli ta’ ħoss ta’ tagħmir speċifiku li l-prodott għandu jissodisfa qabel ma l-manifattur ikun jista’ jwaħħal il-marka CE.

Id-Direttiva 2000/14/KE tkopri tagħmir bħal magni għall-użu fil-kostruzzjoni jew għal użi relatati mal-ġardinaġġ, fost affarijiet oħra. L-Artikolu 12 jelenka t-tagħmir li huwa soġġett għal limiti ta’ ħoss, l-Artikolu 13 jelenka l-tagħmir li huwa soġġett għall-ittikkettar dwar il-ħoss u l-Anness I jelenka t-tipi kollha ta' tagħmir li tirreferi għalihom id-Direttiva. F’dan ir-rigward, ċertu tagħmir huwa soġġett għal limiti permissibbli ta’ ħoss, filwaqt li tagħmir ieħor huwa soġġett biss għal immarkar dwar il-ħoss. Il-livell dettaljat permissibbli ta’ ħoss għat-tagħmir rispettiv huwa mniżżel ukoll fl-Artikolu 12.

L-ewwel pass li manifattur għandu jagħmel biex jiżgura li t-tagħmir huwa konformi mad-Direttiva huwa li jwettaq proċedura ta’ evalwazzjoni, fir-rigward tar-rekwiżiti essenzjali. Id-Direttiva tistipula proċeduri ta’ evalwazzjoni differenti għal dak il-għan: l-evalwazzjoni tal-kontroll intern tal-produzzjoni bi proċeduri ta’ kontroll li jsiru kull tant żmien, proċeduri ta’ verifika ta’ unità jew il-proċedura ta’ żgurar tal-kwalità. Id-dettalji dwar dawn il-proċeduri jinsabu fl-Annessi V sa VIII tad-Direttiva (ara l-Artikolu 14).

Sabiex jiġi żgurat li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżiti essenzjali, huwa meħtieġ li tiġi kkonsultata d-Direttiva.

Ivverifika r-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott

Id-Direttivi dwar l-Approċċ il-Ġdid għall-marka CE ġew imfassla mill-Unjoni Ewropea b’tali mod li jkopru r-rekwiżiti kollha għal prodotti minn kull wieħed mill-oqsma li ġew imsemmija.

Id-Direttiva tiddefinixxi strument tal-użin mhux awtomatiku bħala ‘strument ta’ kejl li jservi sabiex jistabbilixxi l-massa ta’ oġġett billi juża l-azzjoni tal-gravità fuq dak l-oġġett’ u li ‘għandu bżonn l-intervent ta’ operatur waqt l-użin’.

Fir-rigward tal-marka CE, id-Direttiva tapplika għal strumenti maħsuba biex jintużaw biex tiġi stabbilita l-massa fis-sitwazzjonijiet li ġejjin: transazzjonijiet kummerċjali; għall-kalkolu ta’ nollijiet, tariffi, taxxi, bonusijiet, penali, rimunerazzjoni jew indennizzi; f'kuntest legali jew regolatorju; f’kuntest mediku, għall-użin ta' pazjenti; f'kuntest farmaċewtiku, għall-preparazzjoni ta’ preskrizzjonijiet; jew biex jiġi stabbilit prezz fuq il-bażi tal-massa għal bejgħ dirett lill-pubbliku.

Id-Direttiva 2009/23/KE dwar tagħmir tal-użin mhux awtomatiku tispeċifika b’mod dettaljat ir-rekwiżiti essenzjali li l-prodott għandu jissodisfa qabel ma l-manifattur ikun jista’ jimmarkah bil-marka CE.

Ir-rekwiżiti armonizzati essenzjali għal strumenti tal-użin mhux awtomatiċi maħsuba għall-użi msemmija hawn fuq huma stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva.

Ivverifika r-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott

Hemm 23 Direttiva dwar l-Approċċ il-Ġdid li jipprevedu li l-marka CE titwaħħal fuq il-prodotti. Meta l-prodotti jkunu soġġetti għal għadd ta’ direttivi differenti, li kollha kemm huma jipprevedu t-twaħħil tal-marka CE, il-marka tindika li l-prodotti huma meqjusa bħala li huma konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi kollha li jkopru l-oqsma rispettivi tagħhom.

Id-Direttiva 89/686/KEE dwar PPE tispeċifika l-ħtiġijiet essenzjali li l-prodott għandu jissodisfa qabel ma l-manifattur ikun jista’ jwaħħal il-marka CE.

Id-Direttiva tiddefinixxi tagħmir protettiv personali (PPE) bħala kwalunkwe prodott jew tagħmir disinjat li jintlibes jew jinżamm minn persuna għall-protezzjoni personali tagħha kemm fid-dar, fuq ix-xogħol u f’postijiet ta’ divertiment. Fi kliem ieħor: prodotti li jiżguraw is-sigurtà u s-saħħa tal-utent f'ċirkostanzi speċifiċi. Il-prodotti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali dwar is-saħħa u s-sigurtà stabbiliti fl-Anness II.

Id-Direttiva tagħmel distinzjoni bejn PPE b’‘disinn sempliċi’, b’‘disinn kumpless’u l-ebda waħda minn dawn, bl-aħħar waħda meqjusa bħala kategorija terza. Filwaqt li d-Direttiva ma tiddefinixxix lil dawn it-tlett gruppi bħala Kategoriji b'mod espliċitu, huwa normali li jintużaw it-termini kategorija I, III u II rispettivament. Il-kategorija I hija mniżżla fl-Artikolu 8.3 u tikkonsisti minn prodotti maħsuba biex jipproteġu lill-utent kontra riskji gradwali jew li mhumiex ta’ natura eċċezzjonali. Fost affarijiet oħra, dawn jinkludu nuċċalijiet tax-xemx, kif ukoll ingwanti u ħoloq li jintużaw għall-ġardinaġġ. Il-kategorija III hija mniżżla fl-Artikolu 8.4 u tinkludi pereżempju tagħmir ta' emerġenza li jintuża f’temperaturi għoljin ħafna jew baxxi ħafna, tagħmir għat-teħid tan-nifs u tagħmir għall-protezzjoni kontra waqgħat mill-għoli. Il-kategorija PPE II tinkludi PPE li mhuwiex inkluż fiż-żewġ Artikoli msemmija hawn fuq.

Id-Direttiva ma tapplikax għal PPE ddisinjat biex jintuża mill-forzi armati jew mill-pulizija, għal skopijiet ta’ awtodifiża jew għal operazzjonijiet ta’ salvataġġ li jsiru fuq ajruplani jew vapuri. Ma tapplikax ukoll għal elmi u għal viżieri maħsuba biex jintużaw minn utenti ta’ vetturi bil-magna b’żewġ roti jew bi tliet roti, jew għal PPE sempliċi għal użu privat bħal umbrelel jew ingwanti għall-ħasil tal-platti.

Dan ifisser li l-armonizzazzjoni hija limitata għal rekwiżiti essenzjali, filwaqt li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi biex ikun hemm konformità ma rekwiżiti bħal dawn huma stabbiliti bħala parti minn standards Ewropej armonizzati volontarji. Id-Direttiva dwar PPE hija Direttiva skont l-Approċċ il-Ġdid.

Ivverifika r-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott

Id-Direttivi dwar l-Approċċ il-Ġdid għall-marka CE ġew imfassla mill-Unjoni Ewropea b’tali mod li jkopru r-rekwiżiti kollha għal prodotti minn kull wieħed mill-oqsma li ġew imsemmija.

Id-Direttiva 97/23/KE dwar l-Apparat ta’ Pressjoni tispeċifika r-rekwiżiti essenzjali li l-prodott għandu jissodisfa qabel ma l-manifattur ikun jista’ jwaħħal il-marka CE.

Id-Direttiva tiddefinixxi apparat ta’ pressjoni bħala tankijiet, pajping, aċċessorji ta’ sigurtà u aċċessorji ta’ pressjoni u tapplika għad-disinn, il-manifattura u l-evalwazzjoni ta’ konformità ta’ apparat ta’ pressjoni u ta’ assemblaġġi bi pressjoni PS massima permessa ogħla minn 0.5 bar.

L-apparat ta’ pressjoni kopert mid-Direttiva huwa soġġett għar-rekwiżiti essenzjali mniżżla fl-Anness I tad-Direttiva. Ir-rekwiżiti jiffokaw fuq it-tnaqqis tal-periklu, japplikaw protezzjoni xierqa mill-periklu fejn dan ma jkunx jista’ jiġi evitat u jinformaw dwar kwalunkwe periklu li ma jistax jiġi eliminat.

Ivverifika r-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott

Id-Direttivi dwar l-Approċċ il-Ġdid għall-marka CE ġew imfassla mill-Unjoni Ewropea b’tali mod li jkopru r-rekwiżiti kollha għal prodotti minn kull wieħed mill-oqsma li ġew imsemmija. [link għal-lista ta’ oqsma]

Id-Direttiva 2007/23/KE dwar Oġġetti Pirotekniċi tispeċifika rekwiżiti essenzjali dwar il-livelli għolja ta’ protezzjoni tal-konsumatur u s-sigurtà tal-protezzjoni pubblika u ambjentali li l-prodott għandu jissodisfa qabel ma l-manifattur ikun jista’ jwaħħal il-marka CE.

Id-Direttiva 2007/23/KE tkopri tagħmir bħal logħob tan-nar, oġġetti pirotekniċi teatrali u oġġetti pirotekniċi maħsuba għal skopijiet tekniċi, bħal ġeneraturi tal-gass użati għall-airbags jew għall-pretensioners taċ-ċinturini tas-sikurezza ġo vetturi.

Id-direttiva ma tkoprix tagħmir li jaqa’ fl-ambitu tad-Direttiva 96/98/KE dwar it-tagħmir marittimu, u ma tkopri lanqas oġġetti pirotekniċi maħsuba għall-użu fl-industrija aerospazjali u kapsijiet ta' perkussjoni maħsuba speċifikament għall-ġugarelli (f’dan il-każ tapplika d-Direttiva 2009/48/KE). Barra minn hekk, munizjonijiet, kif ukoll splussivi li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 93/15/KEE dwar Esplożivi Ċivili, mhumiex soġġetti għad-Direttiva dwar l-oġġetti pirotekniċi.

Sabiex jiġi żgurat li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżiti essenzjali, jenħtieġ li jiġi kkonsultat l-Anness I tad-Direttiva.

Ivverifika r-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott

Id-Direttiva 1999/5/KE dwar tagħmir terminali ta’ radju komunikazzjoni u telekomunikazzjoni (R&TTE bl-Ingliż) tispeċifika b’mod dettaljat ir-rekwiżiti essenzjali li l-prodott għandu jissodisfa qabel ma l-manifattur ikun jista’ jwaħħal il-marka CE.

L-oqsma tar-Radju u tat-Telekomunikazzjonijiet jinkludu l-prodotti kollha li jużaw l-ispettru tal-frekwenzi tar-radju (bħal telefons ċellulari, mezzi biex jinfetħu gradi b’mod awtomatiku jew trasmettituri għax-xandir) kif ukoll tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet bħal modems jew telefons.

Ir-rekwiżiti essenzjali stipulati fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 1999/5/KE jistipulaw li għandha tiġi żgurata s-saħħa u s-sigurtà tal-utenti, u jistabbilixxu wkoll ir-rekwiżiti dwar il-protezzjoni rigward il-kompatibilità elettromanjetika, u użu effiċjenti tal-ispettru sabiex tiġi evitata interferenza li tista’ tikkawża ħsara. Rekwiżiti essenzjali oħra bħall-protezzjoni tal-privatezza u tad-dejta personali, aċċess għal servizzi ta’ emerġenza u servizzi għal utenti b'diżabilità jistgħu japplikaw ukoll jekk ikunu ġew adottati Deċiżjonijiet speċifiċi tal-Kummissjoni.

Ivverifika r-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott

Id-Direttivi dwar l-Approċċ il-Ġdid għall-marka CE ġew imfassla mill-Unjoni Ewropea b’tali mod li jkopru r-rekwiżiti kollha għal prodotti minn kull wieħed mill-oqsma li ġew imsemmija.

Id-Direttiva 94/25/KE dwar inġenji tal-baħar li jintużaw għar-rikreazzjoni tispeċifika b’mod dettaljat ir-rekwiżiti essenzjali li l-prodott għandu jissodisfa qabel ma l-manifattur ikun jista’ jwaħħal il-marka CE.

Id-Direttiva tiddefinixxi inġenji tal-baħar li jintużaw għar-rikreazzjoni bħala kull dgħajsa ta’ kull xorta, ikun xi jkun il-mezz tal-propulsjoni, bit-tul tal-buq minn 2.5 sa 24 m, imkejjel skont l-istandards armonizzati, maħsuba għall-iskopijiet ta’ sport u rikreazzjoni. Dgħajjes li jistgħu jiġu wżati għall-kiri jew għat-taħriġ fl-użu tad-dgħajjes għar-rikreazzjoni wkoll jaqgħu taħt din id-Direttiva meta jitqiegħdu fis-suq għal skopijiet ta’ rikreazzjoni. Id-Direttiva tapplika wkoll għal inġenji tal-baħar personali definiti bħala inġenji tal-baħar ta’ tul ta’ inqas minn 4 metri li jużaw magna ta’ kombustjoni interna b’pompa water jet bħala s-sors primarju ta’ propulsjoni u li huma maħsuba sabiex jitħaddmu minn persuna jew persuni li jkunu bilqiegħda, bilwieqfa jew għarkupptejhom fuq il-buq, minflok ikunu ristretti li jogħqodu fil-buq.

Fost il-prodotti li mhumiex koperti mid-direttiva hemm inġenji tal-baħar maħsuba għat-tlielaq, kenuri u kajaks, gondoli u pedalos, surfboards bil-qlugħ, surfboards bil-magna, u oħrajn. Għal lista sħiħa ta’ esklużjonijiet, jekk jogħġbok ara l-Artikolu 1, punt 3 tal-Kapitolu I tad-Direttiva.

Ir-rekwiżiti essenzjali fir-rigward tas-sikurezza, is-saħħa, il-protezzjoni ambjentali u l-protezzjoni tal-konsumatur għal inġenji tal-baħar li jintużaw għar-rikreazzjoni huma mniżżla fl-Anness I tad-Direttiva.

Ivverifika r-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott

Jekk jogħġbok ikkonsulta http://ec.europa.eu/environment/waste/rohs_eee/legis_en.htm.

Ivverifika r-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott

Id-Direttivi stabbiliti għall-marka CE ġew imfassla mill-Unjoni Ewropea b’tali mod li jkopru r-rekwiżiti kollha għal prodotti minn kull wieħed mill-oqsma li ġew imsemmija.

Id-Direttiva (2009/48/KE) dwar is-sigurta’ tal-ġugarelli tispeċifika b’mod dettaljat ir-rekwiżiti essenzjali li inti għandek tissodisfa bħala manifattur, importatur jew distributur, biex turi li l-prodott tiegħek huwa konformi mar-regolamenti tal-UE u fl-aħħarnett, biex tkun tista' twaħħal il-marka CE.

Id-Direttiva (2009/48/KE) tapplika fil-pajjiżi kollha taż-ŻEE mill-20 ta’ Lulju 2011. L-unika eċċezzjoni tirrigwarda d-dispożizzjonijiet dwar is-sustanzi kimiċi, li għalihom japplika perjodu ta’ tranżizzjoni addizzjonali - sal-20 ta' Lulju 2013.

Id-Direttiva tal-2009 tissostitwixxi dik li kienet ġiet adottata fl-1998 (88/378/KEE). Ġugarelli li huma konformi mad-Direttiva tal-1988 jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq sad-19 ta’ Lulju 2011, jew sad-19 ta’ Lulju 2013 fil-każ tar-regoli dwar is-sustanzi kimiċi.

Id-Direttiva l-ġdida tiddefinixxi ġugarell bħala “kwalunkwe prodott jew materjal iddisinjat jew maħsub għall-użu fil-logħob minn tfal ta’ età ta’ inqas minn 14-il sena, kemm jekk esklussivament kif ukoll jekk le”.

L-ewwel pass li għandu jagħmel il-manifattur huwa li jiċċekkja jekk il-prodott tiegħu jaqax fl-ambitu tad-Direttiva. Wara, sabiex jiġi żgurat li ġugarell huwa konformi mad-Direttiva, il-manifattur għandu jiċċekkja liema Standards Armonizzati Ewropej huma applikabbli. L-Istandards Ewropej Armonizzati għall-ġugarelli huma mniżżla fuq il-websajt tal-Kummissjoni għall-Intrapriża u l-Industrija.

Fl-Anness I tad-Direttiva hemm lista ta’ prodotti li mhumiex koperti mid-Direttiva, u li ma jitqiesux bħala li huma ġugarelli. Il-lista fiha prodotti bħal puzzles b’iktar minn 500 biċċa u gażażi tat-trabi, li ma jitqiesux bħala li huma ġugarelli iżda li jistgħu faċilment jiġi konfużi bħala tali. Il-lista hija biss lista indikattiva.

L-Anness II tad-Direttiva jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar is-sikurezza li l-prodott irid ikun konformi magħhom. L-Anness V tad-Direttiva jispeċifika li meta jkun xieraq, il-ġugarelli għandhom ikollhom fuqhom twissija li tispeċifika l-età minima għal min jużahom u/jew li jkun hemm bżonn li jiġi żgurat li jintużaw biss taħt is-superviżjoni tal-adulti, fejn xieraq.

Jekk jogħġbok ikkonsulta d-Direttiva biex tara l-katalogu sħiħ tar-rekwiżiti.

Ivverifika r-rekwiżiti speċifiċi għall-prodott

Id-Direttivi dwar l-Approċċ il-Ġdid għall-marka CE ġew imfassla mill-Unjoni Ewropea b’tali mod li jkopru r-rekwiżiti kollha għal prodotti minn kull wieħed mill-oqsma li ġew imsemmija.

Id-Direttiva 2009/105/KE dwar ir-reċipjenti sempliċi taħt pressjoni tispeċifika r-rekwiżiti essenzjali li l-prodott għandu jissodisfa qabel ma l-manifattur ikun jista’ jwaħħal il-marka CE.

Id-Direttiva tiddefinixxi apparat ta’ pressjoni bħala ‘reċipjent iwweldjat soġġett għal pressjoni interna mmarkata li hi aktar minn 0,5 bar li huwa maħsub biex ikollu arja jew nitroġenu u li mhuwiex maħsub li jiġi sparat’. Madankollu, huma biss dawk ir-reċipjenti li għalihom ir-riżultat tal-pressjoni massima operattiva (PS) immultiplikat mal-volum (V) jaqbeż 50 bar li jrid ikollhom il-marka CE fuqhom sabiex jitqiegħdu fis-suq fl-UE. Dawn ir-reċipjenti għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali dwar is-sikurezza stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva.

Aqsam: FacebookGoogle+LinkedInIbgħat din il-paġna lil sħabek