Mogħdija tan-navigazzjoni

Għodod addizzjonali

Identifika jekk tkunx meħtieġa evalwazzjoni ndipendenti tal-konformità minn Korp Notifikat.

L-involviment ta’ Korp Notifikat huwa obbligatorju għal kull tagħmir mediku attiv li jista’ jkun impjantat.

Biex issir taf liema huma l-Korpi Notifikati li ġew maħtura mill-Istati Membri biex iwettqu evalwazzjonijiet tal-konformità, jekk jogħġbok uża NANDO – id-dejtabejż tal-Organizzazzjonijiet Notifikati u Maħturin taħt l-Approċċ il-Ġdid. Tista’ tfittex il-Korpi Notifikati skont id-Direttiva jew skont il-pajjiż permezz tal-homepage ta’ NANDO.

Identifika jekk tkunx meħtieġa evalwazzjoni ndipendenti tal-konformità minn Korp Notifikat.

Qabel ma tkompli bil-proċedura ta’ evalwazzjoni, huwa importanti li jiġi ddeterminat jekk inti, bħala l-manifattur, tistax tevalwa l-prodott tiegħek stess, jew jekk għandekx bżonn tinvolvi Korp Notifikat.

Meta jkun qed jiġi ttrattat tagħmir li jkun kopert mid-Direttiva dwar tagħmir li juża karburanti gassużi, l-involviment ta’ Korp Notifikat huwa obbligatorju.

Il-Korp Notifikat jivverifika l-konformità ta’ prodott billi jwettaq evalwazzjoni tal-konformità. Dan jiżgura wkoll li d-dokumentazzjoni teknika tappoġġja l-konformità tal-prodott b’mod sodisfaċenti. Fil-qafas tal-GAD, Korp Notifikat għandu dejjem jiġi involut anki fil-fażi tal-kontroll tal-produzzjoni, u n-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu għandu dejjem isegwi l-marka CE.

Wara li l-Korp Notifikat jevalwa l-konformità tat-tip tal-prodott u t-tip jissodisfa d-dispożizzjonijiet applikabbli, dan joħroġ ċertifikat tal-eżami tat-tip KE bħala konferma. Wara li titlesta l-evalwazzjoni tal-konformità għall-fażi tal-produzzjoni, il-manifattur għandu jfassal id-Dikjarazzjoni ta’ Konformità (DtK) biex jiddikjara r-responsabbiltà unika tiegħu rigward il-fatt li l-prodott huwa konformi mad-Direttiva rilevanti. L-istabbiliment ta’ DtK huwa obbligu legali.

Biex issir taf liema huma l-Korpi Notifikati li ġew maħtura mill-Istati Membri biex iwettqu evalwazzjonijiet tal-konformità, jekk jogħġbok irreferi għal NANDO – id-dejtabejż tal-Organizzazzjonijiet Notifikati u Maħturin taħt l-Approċċ il-Ġdid.

Tista’ tfittex il-Korpi Notifikati skont id-Direttiva jew skont il-pajjiż permezz tal-homepage ta’ NANDO.

Identifika jekk tkunx meħtieġa evalwazzjoni ndipendenti tal-konformità minn Korp Notifikat.

Qabel ma tkompli bil-proċedura ta’ evalwazzjoni, huwa importanti li jiġi ddeterminat jekk inti, bħala l-manifattur, tistax tevalwa l-prodott tiegħek stess, jew jekk għandekx bżonn tinvolvi Korp Notifikat.

Fil-każ ta installazzjonijiet ta’ funikular iddisinjati għall-ġarr ta’ persuni, l-assistenza ta' Korp Notifikat hija obbligatorja.

Il-Korp Notifikat jivverifika l-konformità ta’ sottosistemi u ta’ komponenti relatati mas-sigurtà billi jwettaq evalwazzjoni tal-konformità. Dan jiżgura wkoll li d-dokumentazzjoni teknika tappoġġja l-konformità tal-prodott b’mod sodisfaċenti.

Wara li l-Korp Notifikat jikkonvinċi ruħu li l-prodott huwa konformi, dan joħroġ ċertifikat ta’ konformità bħala konferma. Il-manifattur imbagħad għandu jfassal id-Dikjarazzjoni ta’ Konformità (DtK) biex jiddikjara r-responsabbiltà unika tiegħu għall-konformità mad-Direttiva rilevanti. L-istabbiliment ta’ DtK huwa obbligu legali.

Id-Dikjarazzjoni ta' Konformità għandha tinkludi d-dettalji tal-manifattur bħall-isem u l-indirizz, il-karatteristiċi essenzjali li l-prodott huwa konformi magħhom, kwalunkwe standards Ewropej u dejta dwar il-prestazzjoni, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-Korp Notifikat kif ukoll firma legalment vinkolanti f’isem l-organizzazzjoni. Għal aktar dettalji jekk jogħġbok ikkonsulta d-Direttiva speċifika tiegħek.

Biex issir taf liema huma l-Korpi Notifikati li ġew maħtura mill-Istati Membri biex iwettqu evalwazzjonijiet tal-konformità, jekk jogħġbok uża NANDO – id-dejtabejż tal-Organizzazzjonijiet Notifikati u Maħturin taħt l-Approċċ il-Ġdid. Tista’ tfittex il-Korpi Notifikati skont id-Direttiva jew skont il-pajjiż permezz tal-homepage ta’ NANDO.

Identifika jekk tkunx meħtieġa evalwazzjoni ndipendenti tal-konformità minn Korp Notifikat.

Jekk jogħġbok ikkonsulta http://ec.europa.eu/enterprise/sectors/construction/index_mt.htm.

Identifika jekk tkunx meħtieġa evalwazzjoni ndipendenti tal-konformità minn Korp Notifikat.

Qabel ma tkompli bil-proċedura ta’ evalwazzjoni, huwa importanti li tiċċara jekk inti, bħala l-manifattur, tistax tevalwa l-prodott tiegħek stess, jew jekk għandekx bżonn tinvolvi Korp Notifikat.

Il-ħtieġa li jiġi involut Korp Notifikat hija ddeterminata fil-Miżuri speċifiċi dwar l-implimentazzjoni adottati skont id-Direttiva 2009/125/KE dwar l-Ekodisinn.

Il-Korp Notifikat jivverifika l-konformità ta’ prodott billi jwettaq evalwazzjoni tal-konformità. Dan jiżgura wkoll li d-dokumentazzjoni teknika tappoġġja l-konformità tal-prodott b’mod sodisfaċenti. Jekk il-Korp Notifikat huwa involut fil-fażi ta’ kontroll tal-produzzjoni, in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu għandu jidher wara l-marka CE.

Wara li l-Korp Notifikat jikkonferma l-konformità tal-prodott, joħroġ ċertifikat ta’ konformità. Il-manifattur għandu jfassal id-Dikjarazzjoni ta’ Konformità (DtK) biex jiddikjara r-responsabbiltà unika tiegħu għall-konformità mad-Direttiva rilevanti. L-istabbiliment ta’ DtK huwa obbligu legali.

Id-Dikjarazzjoni ta' Konformità għandha tinkludi d-dettalji tal-manifattur bħall-isem u l-indirizz, il-karatteristiċi essenzjali li l-prodott huwa konformi magħhom, kwalunkwe standards Ewropej u dejta dwar il-prestazzjoni, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-Korp Notifikat kif ukoll firma legalment vinkolanti f’isem l-organizzazzjoni. Għal aktar dettalji jekk jogħġbok ikkonsulta d-Direttiva speċifika tiegħek.

Biex issir taf liema huma l-Korpi Notifikati li ġew maħtura mill-Istati Membri biex iwettqu evalwazzjonijiet tal-konformità, il-manifattur għandu jikkonsulta d-dejtabejż NANDO – l-Organizzazzjonijiet Notifikati u Maħturin taħt l-Approċċ il-Ġdid. Tista’ tfittex il-Korpi Notifikati skont id-Direttiva jew skont il-pajjiż, permezz tal-homepage ta’ NANDO.

Identifika jekk tkunx meħtieġa evalwazzjoni ndipendenti tal-konformità minn Korp Notifikat.

Skont il-proċeduri ta’ evalwazzjoni tal-konformità, il-manifattur huwa obbligat li jwettaq evalwazzjoni dwar il-kompatabilita’ elettromanjetika għat-tagħmir. Id-Direttiva EMC ma teħtieġx l-intervent ta’ Korp Notifikat. Madankollu, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fil-Komunità jista’ jippreżenta dokumentazzjoni teknika lil Korp Notifikat, li imbagħad janalizza d-dokumentazzjoni teknika u jqis jekk id-dokumentazzjoni teknika turix jekk ikunux ġew sodisfatti r-rekwiżiti tad-Direttiva. Jekk dan ikun il-każ, il-Korp Notifikat joħroġ dikjarazzjoni bħala konferma. Id-dikjarazzjoni għandha tkun parti mid-dokumentazzjoni teknika.

Il-manifattur imbagħad għandu jfassal id-Dikjarazzjoni ta’ Konformità (DtK) biex jiddikjara r-responsabbiltà unika tiegħu għall-konformità mad-Direttiva rilevanti. L-istabbiliment ta’ DtK huwa obbligu legali.

Id-Dikjarazzjoni ta’ Konformità għandha tinkludi:

  • referenza għad-Direttiva,
  • identifikazzjoni tal-apparat,
  • id-dettalji tal-manifattur, bħal pereżempju l-isem u l-indirizz,
  • referenza datata tal-ispeċifikazzjonijiet li skonthom tkun ġiet iddikjarata l-konformità,
  • id-data tad-dikjarazzjoni,
  • l-identità u l-firma tal-persuna awtorizzata li torbot lill-manifattur jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

Biex issir taf liema huma l-Korpi Notifikati li ġew maħtura mill-Istati Membri biex iwettqu evalwazzjonijiet tal-konformità, il-manifattur għandu jikkonsulta d-dejtabejż NANDO – l-Organizzazzjonijiet Notifikati u Maħturin taħt l-Approċċ il-Ġdid. Tista’ tfittex il-Korpi Notifikati skont id-Direttiva jew skont il-pajjiż, permezz tal-homepage ta’ NANDO.

Identifika jekk tkunx meħtieġa evalwazzjoni ndipendenti tal-konformità minn Korp Notifikat.

Qabel ma tkompli bil-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-konformità, huwa importanti li jiġi ddeterminat jekk inti, bħala l-manifattur, tistax tevalwa l-prodott tiegħek stess, jew jekk għandekx bżonn tinvolvi Korp Notifikat.

Fil-każ ta’ tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplożivi, jiddependi fuq il-prodott speċifiku jekk l-evalwazzjoni tal-konformità mwettqa minn Korp Notifikat hijiex obbligatorja jew le. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ara d-Direttiva 94/9/KE.

Korp Notifikat jivverifika l-konformità ta’ prodott billi jwettaq evalwazzjoni tal-konformità. Dan jiżgura wkoll li d-dokumentazzjoni teknika tappoġġja l-konformità tal-prodott b’mod sodisfaċenti. Jekk il-Korp Notifikat huwa involut fil-fażi ta’ kontroll tal-produzzjoni, in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu għandu jidher wara l-marka CE.

Wara li l-Korp Notifikat jikkonvinċi ruħu dwar il-konformità tal-prodott, joħroġ ċertifikat ta’ konformità bħala konferma. Il-manifattur imbagħad għandu jfassal id-Dikjarazzjoni ta’ Konformità (DtK) biex jiddikjara r-responsabbiltà unika tiegħu għall-konformità mad-Direttiva rilevanti. L-istabbiliment ta’ DtK huwa obbligu legali.

Id-Dikjarazzjoni ta’ Konformità għandha tinkludi d-dettalji tal-manifattur bħall-isem u l-indirizz tiegħu, il-karatteristiċi essenzjali u r-rekwiżiti li l-prodott huwa konformi magħhom, kwalunkwe standards armonizzati Ewropej u dejta dwar il-prestazzjoni, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-Korp Notifikat kif ukoll firma legalment vinkolanti f’isem l-organizzazzjoni. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ara d-Direttiva, b’mod partikolari l-Anness II tagħha.

Biex issir taf liema huma l-Korpi Notifikati li ġew maħtura mill-Istati Membri biex iwettqu evalwazzjonijiet tal-konformità, jekk jogħġbok uża NANDO – id-dejtabejż tal-Organizzazzjonijiet Notifikati u Maħturin taħt l-Approċċ il-Ġdid. Tista’ tfittex il-Korpi Notifikati skont id-Direttiva jew skont il-pajjiż permezz tal-homepage ta’ NANDO.

Identifika jekk tkunx meħtieġa evalwazzjoni ndipendenti tal-konformità minn Korp Notifikat.

Fil-manifattura ta’ esplożivi ċivili, l-involviment ta’ Korp Notifikat huwa obbligatorju.

Il-Korp Notifikat jivverifika l-konformità ta’ prodott billi jwettaq evalwazzjoni tal-konformità. Dan jiżgura wkoll li d-dokumentazzjoni teknika tappoġġja l-konformità tal-prodott b’mod sodisfaċenti. Jekk il-Korp Notifikat huwa involut fil-fażi ta’ kontroll tal-produzzjoni, in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu għandu jidher wara l-marka CE.

Wara li l-Korp Notifikat jikkonvinċi ruħu dwar il-konformità tal-prodott, joħroġ ċertifikat ta’ konformità bħala konferma. Il-manifattur imbagħad għandu jfassal id-Dikjarazzjoni ta’ Konformità (DtK) biex jiddikjara r-responsabbiltà unika tiegħu għall-konformità mad-Direttiva rilevanti. L-istabbiliment ta’ DtK huwa obbligu legali.

Id-Dikjarazzjoni ta’ Konformità għandha tinkludi d-dettalji tal-manifattur bħall-isem u l-indirizz, il-karatteristiċi essenzjali li l-prodott huwa konformi magħhom, kwalunkwe standards Ewropej u dejta dwar il-prestazzjoni, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-Korp Notifikat kif ukoll firma legalment vinkolanti f’isem l-organizzazzjoni. Għal aktar dettalji jekk jogħġbok ikkonsulta d-Direttiva speċifika tiegħek.

Biex issir taf liema huma l-Korpi Notifikati li ġew maħtura mill-Istati Membri biex iwettqu evalwazzjonijiet tal-konformità, jekk jogħġbok uża NANDO – id-dejtabejż tal-Organizzazzjonijiet Notifikati u Maħturin taħt l-Approċċ il-Ġdid. Tista’ tfittex il-Korpi Notifikati skont id-Direttiva jew skont il-pajjiż permezz tal-homepage ta’ NANDO.

Identifika jekk tkunx meħtieġa evalwazzjoni ndipendenti tal-konformità minn Korp Notifikat.

Qabel ma tkompli bil-proċedura ta’ evalwazzjoni, huwa importanti li jiġi ddeterminat jekk inti, bħala l-manifattur, tistax tevalwa l-prodott tiegħek inti stess, jew jekk għandekx bżonn tinvolvi Korp Notifikat.

Meta jkunu qed jiġu ttrattati kaldaruni tal-misħun, jiddependi fuq il-prodott speċifiku jekk evalwazzjoni tal-konformità mwettqa minn Korp Notifikat hijiex obbligatorja jew le. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ara d-Direttiva 92/42/KEE.

Il-Korp Notifikat jivverifika l-konformità ta’ tip ta’ prodott billi jwettaq evalwazzjoni tal-konformità. Dan jiżgura wkoll li d-dokumentazzjoni teknika tappoġġja l-konformità tal-prodott b’mod sodisfaċenti. Jekk il-Korp Notifikat huwa involut fil-fażi ta’ kontroll tal-produzzjoni, in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu għandu jidher wara l-marka CE.

Wara li l-Korp Notifikat jevalwa l-konformità tat-tip tal-prodott, joħroġ ċertifikat ta’ konformità bħala konferma. Il-manifattur imbagħad għandu jfassal id-Dikjarazzjoni ta’ Konformità (DtK) biex jiddikjara li t-tagħmir li jkun tqiegħed fis-suq huwa konformi mat-tip approvat mill-Korp Notifikat, u li b’hekk dan huwa konformi wkoll mad-Direttiva. Din hija r-responsabbiltà unika tal-manifattur, u l-istabbiliment ta’ DtK huwa obbligu legali.

Id-Dikjarazzjoni ta’ Konformità għandha tinkludi d-dettalji tal-manifattur bħall-isem u l-indirizz, il-karatteristiċi essenzjali li l-prodott huwa konformi magħhom, kwalunkwe standards Ewropej u dejta dwar il-prestazzjoni, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-Korp Notifikat kif ukoll firma legalment vinkolanti f’isem l-organizzazzjoni. Għal aktar dettalji jekk jogħġbok ikkonsulta d-Direttiva speċifika tiegħek.

Biex issir taf liema huma l-Korpi Notifikati li ġew maħtura mill-Istati Membri biex iwettqu evalwazzjonijiet tal-konformità, jekk jogħġbok uża NANDO – id-dejtabejż tal-Organizzazzjonijiet Notifikati u Maħturin taħt l-Approċċ il-Ġdid. Tista’ tfittex il-Korpi Notifikati skont id-Direttiva jew skont il-pajjiż permezz tal-homepage ta’ NANDO.

Identifika jekk tkunx meħtieġa evalwazzjoni ndipendenti tal-konformità minn Korp Notifikat.

Qabel ma titkompla l-proċedura ta’ evalwazzjoni, huwa importanti li jiġi ddeterminat jekk inti, bħala l-manifattur, għandekx bżonn tinvolvi Korp Notifikat.

L-involviment ta’ Korp Notifikat huwa meħtieġ għat-tip ta’ tagħmir mniżżla fl-Anness II tad-Direttiva 98/79/KE u għat-tip ta’ tagħmir għall-użu mill-pazjent stess. Biex issir taf liema huma l-Korpi Notifikati li ġew maħtura mill-Istati Membri biex iwettqu evalwazzjonijiet tal-konformità, jekk jogħġbok uża NANDO – id-dejtabejż tal-Organizzazzjonijiet Notifikati u Maħturin taħt l-Approċċ il-Ġdid. Tista’ tfittex il-Korpi Notifikati skont id-Direttiva jew skont il-pajjiż, permezz tal-homepage ta’ NANDO.

Identifika jekk tkunx meħtieġa evalwazzjoni ndipendenti tal-konformità minn Korp Notifikat.

Min jinstalla lifts jew il-manifattur tal-komponenti ta’ sigurtà għal lifts għandu dejjem jinvolvi Korp Notifikat fil-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-konformità.

Fil-każ tal-evalwazzjoni tal-konformità għal lifts, l-involviment ta’ Korp Notifikat huwa obbligatorju.

Il-Korp Notifikat jivverifika l-konformità ta’ prodott billi jwettaq evalwazzjoni tal-konformità. Dan jiżgura wkoll li d-dokumentazzjoni teknika tappoġġja l-konformità tal-prodott b’mod sodisfaċenti. Jekk il-Korp Notifikat huwa involut fil-fażi ta’ kontroll tal-produzzjoni, in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu għandu jidher wara l-marka CE.

Wara li l-Korp Notifikat jivverifika l-konformità tal-prodott, joħroġ ċertifikat ta’ konformità bħala konferma. Min jinstalla lifts jew il-manifattur tal-komponenti ta' sigurtà għal-lifts għandu jfassal id-Dikjarazzjoni ta’ Konformità (DtK) biex jiddikjara r-responsabbiltà unika tiegħu għall-konformità mad-Direttiva rilevanti. L-istabbiliment ta’ DtK huwa obbligu legali.

Id-Dikjarazzjoni ta’ Konformità għandha tinkludi d-dettalji ta’ min jinstalla l-lifts jew tal-manifattur tal-komponenti ta’ sigurtà għal-lifts bħall-isem u l-indirizz, il-karatteristiċi essenzjali li l-prodott huwa konformi magħhom, kwalunkwe standards Ewropej u dejta dwar il-prestazzjoni, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-Korp Notifikat kif ukoll firma legalment vinkolanti f’isem l-organizzazzjoni. Għal aktar dettalji jekk jogħġbok ikkonsulta d-Direttiva speċifika.

Biex issir taf liema huma l-Korpi Notifikati li ġew maħtura mill-Istati Membri biex iwettqu evalwazzjonijiet tal-konformità, jekk jogħġbok ikkonsulta NANDO – id-dejtabejż tal-Organizzazzjonijiet Notifikati u Maħturin taħt l-Approċċ il-Ġdid. Tista’ tfittex il-Korpi Notifikati skont id-Direttiva jew skont il-pajjiż, permezz tal-homepage ta’ NANDO.

Identifika jekk tkunx meħtieġa evalwazzjoni ndipendenti tal-konformità minn Korp Notifikat.

Il-manifattur jista’ jitlob l-opinjoni ta’ Korp Notifikat, iżda l-manifattur dejjem għandu r-responsabbiltà li jiżgura u jiddikjara li l-prodotti huma konformi mar-rekwiżiti leġiżlattivi applikabbli.

Identifika jekk tkunx meħtieġa evalwazzjoni ndipendenti tal-konformità minn Korp Notifikat.

Qabel tibda l-proċedura ta’ valutazzjoni, huwa rilevanti li tiċċara jekk inti, bħala manifattur, tistax tevalwa l-prodott tiegħek waħdek jew jekk għandekx tinvolvi Korp Notifikat.

Id-Direttiva 2006/42/KE dwar il-Makkinarju tipprevedi l-involviment ta’ Korp Notifikat jekk il-prodott li għandu jiġi vvalutat ikun jaqa’ f’waħda mit-23 kategorija elenkati taħt l-Anness IV u ma jkunx jikkonforma mal-Istandard Ewropew Armonizzat li jkopri r-rekwiżiti rilevanti kollha dwar is-saħħa u s-sigurtà. F’dan il-każ, il-manifattur għandu jfittex l-għajnuna ta’ Korp Notifikat. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-manifattur stess iwettaq il-kontrolli interni fuq il-prodott.

Korp Notifikat jivverifika l-konformità ta’ prodott billi jwettaq valutazzjoni tal-konformità. Huwa jiżgura wkoll li d-dokumentazzjoni teknika tkun tappoġġja biżżejjed il-konformità tal-prodott. Jekk il-Korp Notifikat ikun involut fil-fażi tal-kontroll tal-produzzjoni, in-numru tal-identifikazzjoni tiegħu għandu jsegwi l-marka CE.

Meta l-Korp Notifikat ikun konvint dwar il-konformità tal-prodott, dan joħroġ ċertifikat biex jikkonferma dan. Imbagħad il-manifattur jagħmel id-Dikjarazzjoni ta’ Konformità (DoC) biex jiddikjara il-konformità mad-Direttiva rilevanti taħt ir-responsabbiltà esklussiva tiegħu. Id-DoC hija legalment vinkolanti.

Id-Dikjarazzjoni ta’ Konformità għandha tinkludi d-dettalji tal-manifattur, bħall-isem u l-indirizz, il-karatteristiċi essenzjali li l-prodott ikun jikkonforma magħhom, kull standard Ewropew u d-dejta dwar il-prestazzjoni u n-numru tal-identifikazzjoni tal-Korp Notifikat kif ukoll firma legalment vinkolanti f’isem l-organizzazzjoni, jekk rilevanti. Għal aktar dettalji jekk jogħġbok ikkonsulta d-Direttiva speċifika tiegħek.

Biex issib Korpi Notifikati maħturin mill-Istati Membri sabiex iwettqu l-valutazzjoni tal-konformità, m’għandekx għalfejn tfittex lil hinn mid-dejtabejż ta’ NANDO – Organizzazzjonijiet Notifikati u Maħturin taħt l-Approċċ Ġdid. Tista’ tfittex għall-Korpi Notifikati skont id-Direttiva jew skont il-pajjiż permezz tas-sit elettroniku ta’ NANDO.

Identifika jekk tkunx meħtieġa evalwazzjoni ndipendenti tal-konformità minn Korp Notifikat.

Qabel ma tkompli bil-proċedura ta’ evalwazzjoni, huwa importanti li jiġi ddeterminat jekk inti, bħala l-manifattur, tistax tevalwa l-prodott tiegħek stess, jew jekk għandekx bżonn tinvolvi Korp Notifikat.

Meta jkunu qed jiġu ttrattati strumenti tal-kejl, il-manifattur jista’ jagħżel bejn żewġ proċeduri ta’ evalwazzjoni li huma stipulati fl-Anness A tad-Direttiva:

  • il-manifattur jevalwa l-konformità permezz ta’ kontroll intern tal-produzzjoni kif speċifikat fl-Anness A
  • Korp Notifikat iwettaq kontroll intern tal-produzzjoni flimkien ma’ test tal-prodott, kif speċifikat fl-Anness A1

Il-Korp Notifikat jivverifika l-konformità ta’ prodott billi jwettaq evalwazzjoni tal-konformità. Dan jiżgura wkoll li d-dokumentazzjoni teknika tappoġġja l-konformità tal-prodott b’mod sodisfaċenti. Jekk il-Korp Notifikat huwa involut fil-fażi ta’ kontroll tal-produzzjoni, in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu għandu jidher wara l-marka CE.

Wara li l-Korp Notifikat jikkonvinċi ruħu dwar il-konformità tal-prodott, joħroġ ċertifikat ta’ konformità bħala konferma. Il-manifattur imbagħad għandu jfassal Dikjarazzjoni ta’ Konformità (DtK) biex jiddikjara r-responsabbiltà unika tiegħu għall-konformità mad-Direttiva rilevanti. L-istabbiliment ta’ DtK huwa obbligu legali.

Id-Dikjarazzjoni ta’ Konformità għandha tinkludi d-dettalji tal-manifattur, bħall-isem u l-indirizz, il-karatteristiċi essenzjali li l-prodott huwa konformi magħhom, kwalunkwe standards Ewropej u dejta dwar il-prestazzjoni, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-Korp Notifikat kif ukoll firma legalment vinkolanti f’isem l-organizzazzjoni. Għal aktar dettalji jekk jogħġbok ikkonsulta d-Direttiva speċifika tiegħek.

Biex issir taf liema huma l-Korpi Notifikati li ġew maħtura mill-Istati Membri biex iwettqu evalwazzjonijiet tal-konformità, jekk jogħġbok uża NANDO – id-dejtabejż tal-Organizzazzjonijiet Notifikati u Maħturin taħt l-Approċċ il-Ġdid. Tista’ tfittex il-Korpi Notifikati skont id-Direttiva jew skont il-pajjiż permezz tal-homepage ta’ NANDO.

Identifika jekk tkunx meħtieġa evalwazzjoni ndipendenti tal-konformità minn Korp Notifikat.

Qabel ma tkompli bil-proċedura ta’ evalwazzjoni, huwa importanti li jiġi stabbilit jekk inti, bħala l-manifattur, tistax tevalwa l-prodott tiegħek stess, jew jekk għandekx bżonn tinvolvi Korp Notifikat.

Fid-Direttiva, tagħmir mediku jiġi klassifikat skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness IX tal-MDD bħala tagħmir mediku klassi I (ta’ riskju baxx), tagħmir mediku klassi IIa jew IIb (ta’ riskju medju) jew bħala tagħmir mediku klassi III (ta’ riskju għoli). L-involviment ta’ Korp Notifikat mhuwiex meħtieġ għal tagħmir mediku klassi I sakemm dawn ma jkollhomx funzjoni ta’ kejl jew ma jitqiegħdux fis-suq f’kundizzjoni sterili.

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, Korp Notifikat jivverifika biss il-ġestjoni tal-kwalità tal-manifattur. Għat-tagħmir mediku kollu klassi III, u għal tagħmir mediku li jaqgħu fi klassi IIa u IIb fuq bażi rappreżentattiva, id-disinn tat-tagħmir mediku u l-konformità tiegħu mar-Rekwiżiti essenzjali għandhom jiġu eżaminati minn Korp Notifikat. Il-Korp Notifikat għandu joħroġ ċertifikat li jindika x’ġie vverifikat billi jirreferi għal wieħed mill-Annessi II sa VI tad-DMM.

Biex issir taf liema huma l-Korpi Notifikati li ġew maħtura mill-Istati Membri biex iwettqu evalwazzjonijiet tal-konformità, jekk jogħġbok ikkonsulta NANDO – id-dejtabejż tal-Organizzazzjonijiet Notifikati u Maħturin taħt l-Approċċ il-Ġdid. Tista’ tfittex il-Korpi Notifikati skont id-Direttiva, skont il-pajjiż jew skont in-numru tal-Korp Notifikat (muri ħdejn il-marka CE) permezz tal-homepage ta’ NANDO.

Identifika jekk tkunx meħtieġa evalwazzjoni ndipendenti tal-konformità minn Korp Notifikat.

Qabel ma tkompli bil-proċedura ta’ evalwazzjoni, huwa importanti li jiġi ddeterminat jekk inti, bħala l-manifattur, tistax tevalwa l-prodott tiegħek stess, jew jekk għandekx bżonn tinvolvi Korp Notifikat.

Id-Direttiva 2000/14/KE dwar Emissjoni tal-Ħoss fl-Ambjent tipprevedi l-involviment ta’ Korp Notifikat (ħlief fil-każ tal-proċedura stabbilita fl-Anness V).

Il-Korp Notifikat jivverifika l-konformità ta’ prodott billi jwettaq evalwazzjoni tal-konformità. Dan jiżgura wkoll li d-dokumentazzjoni teknika tappoġġja l-konformità tal-prodott b’mod sodisfaċenti. Jekk il-Korp Notifikat huwa involut fil-fażi ta’ kontroll tal-produzzjoni, in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu għandu jidher wara l-marka CE.

Wara li l-Korp Notifikat jivverifika l-konformità tal-prodott, joħroġ ċertifikat ta’ konformità bħala konferma. Il-manifattur imbagħad għandu jfassal id-Dikjarazzjoni ta’ Konformità (DtK) biex jiddikjara r-responsabbiltà unika tiegħu għall-konformità mad-Direttiva rilevanti. L-istabbiliment ta’ DtK huwa obbligu legali.

Id-Dikjarazzjoni ta’ Konformità għandha tinkludi d-dettalji tal-manifattur bħall-isem u l-indirizz, il-karatteristiċi essenzjali li l-prodott huwa konformi magħhom, kwalunkwe standards Ewropej u dejta dwar il-prestazzjoni, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-Korp Notifikat kif ukoll firma legalment vinkolanti f’isem l-organizzazzjoni. Għal aktar dettalji jekk jogħġbok ikkonsulta d-Direttiva speċifika tiegħek.

Biex issir taf liema huma l-Korpi Notifikati li ġew maħtura mill-Istati Membri biex iwettqu evalwazzjonijiet tal-konformità, il-manifattur għandu jikkonsulta d-dejtabejż NANDO – l-Organizzazzjonijiet Notifikati u Maħturin taħt l-Approċċ il-Ġdid. Tista’ tfittex il-Korpi Notifikati skont id-Direttiva jew skont il-pajjiż, permezz tal-homepage ta’ NANDO.

Identifika jekk tkunx meħtieġa evalwazzjoni ndipendenti tal-konformità minn Korp Notifikat.

Qabel ma tkompli bil-proċedura ta’ evalwazzjoni, huwa importanti li jiġi ddeterminat jekk inti, bħala l-manifattur, tistax tevalwa l-prodott tiegħek stess, jew jekk għandekx bżonn tinvolvi Korp Notifikat.

Fil-każ ta’ tagħmir tal-użin mhux awtomatiku, il-manifattur jista’ jagħżel minn proċeduri ta’ valutazzjoni differenti u b’hekk jista’ wkoll jiddeċiedi jekk għandux għalfejn jinvolvi Korp Notifikat jew le.

Il-Korp Notifikat jivverifika l-konformità ta’ prodott billi jwettaq evalwazzjoni tal-konformità. Dan jiżgura wkoll li d-dokumentazzjoni teknika tappoġġja l-konformità tal-prodott b’mod sodisfaċenti. Jekk il-Korp Notifikat huwa involut fil-fażi ta’ kontroll tal-produzzjoni, in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu għandu jidher wara l-marka CE.

Wara li l-Korp Notifikat jikkonvinċi ruħu dwar il-konformità tal-prodott, joħroġ ċertifikat ta’ konformità bħala konferma. Il-manifattur imbagħad għandu jfassal id-Dikjarazzjoni ta’ Konformità (DtK) biex jiddikjara r-responsabbiltà unika tiegħu għall-konformità mad-Direttiva rilevanti. L-istabbiliment ta’ DtK huwa obbligu legali.

Id-Dikjarazzjoni ta’ Konformità għandha tinkludi d-dettalji tal-manifattur bħall-isem u l-indirizz, il-karatteristiċi essenzjali li l-prodott huwa konformi magħhom, kwalunkwe standards Ewropej u dejta dwar il-prestazzjoni, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-Korp Notifikat kif ukoll firma legalment vinkolanti f’isem l-organizzazzjoni. Għal aktar dettalji jekk jogħġbok ikkonsulta d-Direttiva speċifika.

Biex issir taf liema huma l-Korpi Notifikati li ġew maħtura mill-Istati Membri biex iwettqu evalwazzjonijiet tal-konformità, jekk jogħġbok ikkonsulta NANDO – id-dejtabejż tal-Organizzazzjonijiet Notifikati u Maħturin taħt l-Approċċ il-Ġdid. Tista’ tfittex il-Korpi Notifikati skont id-Direttiva jew skont il-pajjiż, permezz tal-homepage ta’ NANDO.

Identifika jekk tkunx meħtieġa evalwazzjoni ndipendenti tal-konformità minn Korp Notifikat.

Qabel ma tkompli bil-proċedura ta’ evalwazzjoni, huwa importanti li jiġi ddeterminat jekk inti, bħala l-manifattur, tistax tevalwa l-prodott tiegħek stess, jew jekk għandekx bżonn tinvolvi Korp Notifikat.

Meta jkun qed jiġi ttrattat apparat personali protettiv, huma biss il-kategoriji II u III li jeħtieġu l-involviment ta' Korp Notifikat.

Il-Korp Notifikat jivverifika l-konformità ta’ prodott billi jwettaq evalwazzjoni tal-konformità. Dan jiżgura wkoll li d-dokumentazzjoni teknika tappoġġja l-konformità tal-prodott b’mod sodisfaċenti. Jekk il-Korp Notifikat ikun involut fil-fażi ta’ kontroll tal-produzzjoni (fil-każ ta’ PPE kategorija III), in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu għandu jidher wara l-marka CE.

Għal PPE kategorija II, wara li l-Korp Notifikat jivverifika l-konformità tal-prodott, joħroġ ċertifikat ta’ konformità KE bħala konferma. Fil-każ ta’ PPE kategorija III, għandu jitwettaq ukoll kontroll tal-produzzjoni. Il-manifattur imbagħad għandu jfassal id-Dikjarazzjoni ta’ Konformità (DtK) biex jiddikjara r-responsabbiltà unika tiegħu għall-konformità tal-prodott mad-Direttiva rilevanti. L-istabbiliment ta’ DtK huwa obbligu legali.

Id-Dikjarazzjoni ta' Konformità għandha tinkludi d-dettalji tal-manifattur, in-numru taċ-ċertifikat ta’ konformità tal-eżami tal-tip KE (jekk applikabbli), kwalunkwe standards Ewropej u dejta dwar il-prestazzjoni u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-Korp Notifikat, kif ukoll firma legalment vinkolanti f’isem l-organizzazzjoni. Għal aktar dettalji jekk jogħġbok ikkonsulta d-Direttiva speċifika.

Biex issir taf liema huma l-Korpi Notifikati li ġew maħtura mill-Istati Membri biex iwettqu evalwazzjonijiet tal-konformità, jekk jogħġbok uża NANDO – id-dejtabejż tal-Organizzazzjonijiet Notifikati u Maħturin taħt l-Approċċ il-Ġdid. Tista’ tfittex il-Korpi Notifikati skont id-Direttiva jew skont il-pajjiż permezz tal-homepage ta’ NANDO.

Identifika jekk tkunx meħtieġa evalwazzjoni ndipendenti tal-konformità minn Korp Notifikat.

Qabel ma tkompli bil-proċedura ta’ evalwazzjoni, huwa importanti li jiġi ddeterminat jekk inti, bħala l-manifattur, tistax tevalwa l-prodott tiegħek stess, jew jekk għandekx bżonn tinvolvi Korp Notifikat.

L-apparat ta’ pressjoni li jaqa’ fl-ambitu tad-Direttiva huwa kklassifikat f’kategoriji differenti (li jvarjaw minn I sa IV), skont il-livell ta' periklu b’konformità mal-Anness II tad-Direttiva.

L-involviment ta’ Korp Notifikat huwa obbligatorju għal apparat tal-kategorija II jew ogħla.

Il-Korp Notifikat jivverifika l-konformità ta’ prodott billi jwettaq evalwazzjoni tal-konformità. Dan jiżgura wkoll li d-dokumentazzjoni teknika tappoġġja l-konformità tal-prodott b’mod sodisfaċenti. Jekk il-Korp Notifikat huwa involut fil-fażi ta’ kontroll tal-produzzjoni, in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu għandu jidher wara l-marka CE.

Wara li l-Korp Notifikat jivverifika l-konformità tal-prodott, joħroġ ċertifikat bħala konferma. Il-manifattur imbagħad għandu jfassal id-Dikjarazzjoni ta’ Konformità (DtK) biex jiddikjara r-responsabbiltà unika tiegħu għall-konformità mad-Direttiva rilevanti. L-istabbiliment ta’ DtK huwa obbligu legali.

Id-Dikjarazzjoni ta' Konformità għandha tinkludi d-dettalji tal-manifattur bħall-isem u l-indirizz, il-karatteristiċi essenzjali li l-prodott huwa konformi magħhom, kwalunkwe standards Ewropej u dejta dwar il-prestazzjoni, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-Korp Notifikat kif ukoll firma legalment vinkolanti f’isem l-organizzazzjoni. Għal aktar dettalji jekk jogħġbok ikkonsulta d-Direttiva.

Biex issir taf liema huma l-Korpi Notifikati li ġew maħtura mill-Istati Membri biex iwettqu evalwazzjonijiet tal-konformità, jekk jogħġbok irreferi għal NANDO – id-dejtabejż tal-Organizzazzjonijiet Notifikati u Maħturin taħt l-Approċċ il-Ġdid. Tista’ tfittex il-Korpi Notifikati skont id-Direttiva jew skont il-pajjiż permezz tal-homepage ta’ NANDO.

Identifika jekk tkunx meħtieġa evalwazzjoni ndipendenti tal-konformità minn Korp Notifikat.

Qabel ma tkompli bil-proċedura ta’ evalwazzjoni, huwa importanti li jiġi ddeterminat jekk inti, bħala l-manifattur, tistax tevalwa l-prodott tiegħek stess, jew jekk għandekx bżonn tinvolvi Korp Notifikat.

Id-Direttiva 2007/23/KE dwar Oġġetti Pirotekniċi dejjem tipprevedi l-involviment ta’ Korp Notifikat.

Il-Korp Notifikat jivverifika l-konformità ta’ prodott billi jwettaq evalwazzjoni tal-konformità. Dan jiżgura wkoll li d-dokumentazzjoni teknika tappoġġja l-konformità tal-prodott b’mod sodisfaċenti. Jekk il-Korp Notifikat huwa involut fil-fażi ta’ kontroll tal-produzzjoni, in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu għandu jidher wara l-marka CE.

Wara li l-Korp Notifikat jivverifika l-konformità tal-prodott, joħroġ ċertifikat ta’ konformità bħala konferma. Il-manifattur imbagħad għandu jfassal id-Dikjarazzjoni ta’ Konformità (DtK) biex jiddikjara r-responsabbiltà unika tiegħu għall-konformità mad-Direttiva rilevanti. L-istabbiliment ta’ DtK huwa obbligu legali.

Id-Dikjarazzjoni ta' Konformità għandha tinkludi d-dettalji tal-manifattur, bħall-isem u l-indirizz, il-karatteristiċi essenzjali li l-prodott huwa konformi magħhom, kwalunkwe standards Ewropej u dejta dwar il-prestazzjoni, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-Korp Notifikat kif ukoll firma legalment vinkolanti f’isem l-organizzazzjoni. Għal aktar dettalji jekk jogħġbok ikkonsulta d-Direttiva speċifika tiegħek.

Biex issir taf liema huma l-Korpi Notifikati li ġew maħtura mill-Istati Membri biex iwettqu evalwazzjonijiet tal-konformità, il-manifattur għandu jikkonsulta d-dejtabejż NANDO – l-Organizzazzjonijiet Notifikati u Maħturin taħt l-Approċċ il-Ġdid. Tista’ tfittex il-Korpi Notifikati skont id-Direttiva jew skont il-pajjiż, permezz tal-homepage ta’ NANDO.

Identifika jekk tkunx meħtieġa evalwazzjoni ndipendenti tal-konformità minn Korp Notifikat.

Qabel ma tkompli bil-proċedura ta’ evalwazzjoni, huwa importanti li jiġi ddeterminat jekk inti, bħala l-manifattur, tistax tevalwa l-prodott tiegħek stess, jew jekk għandekx bżonn tinvolvi Korp Notifikat.

Id-direttiva tipprevedi possibbiltajiet differenti ta’ proċeduri ta’ evalwazzjoni, skont it-tip ta’ tagħmir u skont jekk ikunux intużaw standards armonizzati jew le. Meta l-manifattur ma jkunx uża Standards Armonizzati, jew f’każ li dawn ma jeżistux, dan għandu jippreżenta l-fajl tekniku tiegħu lil Korp Notifikat, li għandu jirrevedih.

Il-Korp Notifikat jivverifika l-konformità ta’ prodott billi jwettaq evalwazzjoni tal-konformità. Dan jiżgura wkoll li d-dokumentazzjoni teknika tappoġġja l-konformità tal-prodott b’mod sodisfaċenti. Jekk il-Korp Notifikat huwa involut fil-fażi ta’ kontroll tal-produzzjoni, in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu għandu jidher wara l-marka CE.

Wara li l-Korp Notifikat jivverifika l-konformità tal-prodott, joħroġ ċertifikat ta’ konformità bħala konferma. Il-manifattur imbagħad għandu jfassal id-Dikjarazzjoni ta’ Konformità (DtK) biex jiddikjara r-responsabbiltà unika tiegħu għall-konformità ta’ kull prodott individwali mad-Direttiva rilevanti. L-istabbiliment ta’ DtK huwa obbligu legali.

Id-Dikjarazzjoni ta' Konformità għandha tinkludi d-dettalji tal-manifattur, bħall-isem u l-indirizz, il-karatteristiċi essenzjali li l-prodott huwa konformi magħhom, kwalunkwe standards Ewropej u dejta dwar il-prestazzjoni, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-Korp Notifikat kif ukoll firma legalment vinkolanti f’isem l-organizzazzjoni.

Biex issir taf liema huma l-Korpi Notifikati li ġew maħtura mill-Istati Membri biex iwettqu evalwazzjonijiet tal-konformità, jekk jogħġbok irreferi għal NANDO – id-dejtabejż tal-Organizzazzjonijiet Notifikati u Maħturin taħt l-Approċċ il-Ġdid. Tista’ tfittex il-Korpi Notifikati skont id-Direttiva jew skont il-pajjiż permezz tal-homepage ta’ NANDO.

Identifika jekk tkunx meħtieġa evalwazzjoni ndipendenti tal-konformità minn Korp Notifikat.

Qabel ma tkompli bil-proċedura ta’ evalwazzjoni, huwa importanti li jiġi ddeterminat jekk inti, bħala l-manifattur, tistax tevalwa l-prodott tiegħek stess, jew jekk għandekx bżonn tinvolvi Korp Notifikat.

Fil-każ ta’ inġenji tal-baħar mibnija għal vjaġġi li jsiru qrib ix-xatt u f’ilmijiet imkenna li jkunu ġew immanifatturati b’konformita ma’ Standards Armonizzati Ewropej li jkopru l-aspetti kollha rilevanti dwar is-sikurezza, il-manifattur jista’ jwettaq kontrolli interni fuq il-prodott biex imbagħad ifassal u jiffirma d-Dikjarazzjoni KE ta’ Konformità.
Il-Korp Notifikat għandu jivverifika l-konformità tal-prodott billi jwettaq evalwazzjoni tal-konformità. Dan jiżgura wkoll li d-dokumentazzjoni teknika tappoġġja l-konformità tal-prodott b’mod sodisfaċenti. Jekk il-Korp Notifikat huwa involut fil-fażi ta’ kontroll tal-produzzjoni, in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu għandu jidher wara l-marka CE.

Wara li l-Korp Notifikat jivverifika l-konformità tal-prodott, joħroġ ċertifikat ta’ konformità bħala konferma. Il-manifattur imbagħad għandu jfassal id-Dikjarazzjoni ta’ Konformità (DtK) biex jiddikjara r-responsabbiltà unika tiegħu għall-konformità mad-Direttiva rilevanti. L-istabbiliment ta’ DtK huwa obbligu legali.

Id-Dikjarazzjoni ta' Konformità għandha tinkludi d-dettalji tal-manifattur bħall-isem u l-indirizz, il-karatteristiċi essenzjali li l-prodott huwa konformi magħhom, kwalunkwe standards Ewropej u dejta dwar il-prestazzjoni, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-Korp Notifikat kif ukoll firma legalment vinkolanti f’isem l-organizzazzjoni. Għal aktar dettalji jekk jogħġbok ikkonsulta d-Direttiva speċifika tiegħek.

Biex issir taf liema huma l-Korpi Notifikati li ġew maħtura mill-Istati Membri biex iwettqu evalwazzjonijiet tal-konformità, jekk jogħġbok irreferi għal NANDO – id-dejtabejż tal-Organizzazzjonijiet Notifikati u Maħturin taħt l-Approċċ il-Ġdid. Tista’ tfittex il-Korpi Notifikati skont id-Direttiva jew skont il-pajjiż permezz tal-homepage ta’ NANDO.

Identifika jekk tkunx meħtieġa evalwazzjoni ndipendenti tal-konformità minn Korp Notifikat.

Jekk jogħġbok ikkonsulta http://ec.europa.eu/environment/waste/rohs_eee/legis_en.htm.

Identifika jekk tkunx meħtieġa evalwazzjoni ndipendenti tal-konformità minn Korp Notifikat.

Qabel ma tkompli bil-proċedura ta’ evalwazzjoni, huwa importanti li jiġi stabbilit jekk inti, bħala l-manifattur, tistax tevalwa l-prodott tiegħek stess, jew jekk tistax tevalwa l-prodott biss billi tinvolvi Korp Notifikat.

Fir-rigward tas-sigurta’ tal-ġugarelli fis-suq Ewropew, id-Direttiva (2009/48/KE) dwar is-sigurta’ tal-ġugarelli teħtieġ l-assistenza ta’ Korp Notifikat f’każ li l-ġugarell ikkonċernat mhuwiex konformi b’mod sħiħ (jew b’mod parzjali) mal-istandards armonizzati skont kif stabbilit fl-Artikolu 13 (u għalhekk il-konformità għandha tiġi stabbilita direttament mar-rekwiżiti tad-Direttiva), jew f’każ li l-manifattur ikun tal-fehma li hemm bżonn li l-ġugarell jiġi vverifikat minn Korp Notifikata.

Korp Notifikat għandu jivverifika l-konformità ta’ prodott billi jwettaq evalwazzjoni tal-konformità. Dan jiżgura wkoll li d-dokumentazzjoni teknika tappoġġja l-konformità tal-prodott b’mod sodisfaċenti.

Wara li l-Korp Notifikat jivverifika l-konformità ta’ prodott, joħroġ ċertifikat ta’ konformità bħala konferma. Il-manifattur imbagħad għandu jfassal id-Dikjarazzjoni ta’ Konformità (DtK) biex jiddikjara r-responsabbiltà unika tiegħu għall-konformità mad-Direttiva rilevanti. L-istabbiliment ta’ DtK huwa obbligu legali.

Id-Dikjarazzjoni ta’ Konformità għandha tinkludi d-dettalji tal-manifattur bħall-isem u l-indirizz, il-karatteristiċi essenzjali li l-prodott huwa konformi magħhom, kwalunkwe standards Ewropej u dejta dwar il-prestazzjoni, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-Korp Notifikat kif ukoll firma legalment vinkolanti f’isem l-organizzazzjoni. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ara l-Anness III tad-Direttiva 2009/48/KE.

Biex issir taf liema huma l-Korpi Notifikati li ġew maħtura mill-Istati Membri biex iwettqu evalwazzjonijiet tal-konformità, jekk jogħġbok ikkonsulta NANDO – id-dejtabejż tal-Organizzazzjonijiet Notifikati u Maħturin taħt l-Approċċ il-Ġdid. Tista’ tfittex il-Korpi Notifikati skont id-Direttiva jew skont il-pajjiż, permezz tal-homepage ta’ NANDO.

Identifika jekk tkunx meħtieġa evalwazzjoni ndipendenti tal-konformità minn Korp Notifikat.

Qabel ma tkompli bil-proċedura ta’ evalwazzjoni, huwa importanti li jiġi ddeterminat jekk inti, bħala l-manifattur, tistax tevalwa l-prodott tiegħek stess, jew jekk għandekx bżonn tinvolvi Korp Notifikat.

Il-Korp Notifikat jivverifika l-konformità ta’ prodott mad-Direttiva billi jwettaq evalwazzjoni tal-konformità. Proċeduri xierqa għall-evalwazjoni tal-konformità huwa stabbiliti fid-Direttiva, skont jekk ikunux intużaw jew le standards Ewropej armonizzati u skont il-periklu ta’ pressjoni possibbli stabbilit mill-kontenut enerġetiku totali tar-reċipjenti - stabbilit permezz tar-riżultat ta’ PS (pressjoni) u V (volum).

Il-Korp Notifikat jivverifika l-konformità ta’ prodott billi jwettaq evalwazzjoni tal-konformità. Dan jiżgura wkoll li d-dokumentazzjoni teknika tappoġġja l-konformità tal-prodott b’mod sodisfaċenti. Jekk il-Korp Notifikat huwa involut fil-fażi ta’ kontroll tal-produzzjoni, in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu għandu jidher wara l-marka CE.

Jekk il-prodott ikun konformi mad-Direttiva, il-Korp Notifikat joħroġ ċertifikat ta’ konformità bħala konferma. Il-manifattur imbagħad għandu jfassal id-Dikjarazzjoni ta’ Konformità (DtK) biex jiddikjara r-responsabbiltà unika tiegħu għall-konformità tal-prodott mad-Direttivi rilevanti. L-istabbiliment ta’ DtK huwa obbligu legali.

Id-Dikjarazzjoni ta' Konformità għandha tinkludi d-dettalji tal-manifattur bħall-isem u l-indirizz, il-karatteristiċi essenzjali li l-prodott huwa konformi magħhom, kwalunkwe standards Ewropej u dejta dwar il-prestazzjoni, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-Korp Notifikat kif ukoll firma legalment vinkolanti f’isem l-organizzazzjoni. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ikkonsulta d-Direttiva speċifika.

Biex issir taf liema huma l-Korpi Notifikati li ġew maħtura mill-Istati Membri biex iwettqu evalwazzjonijiet tal-konformità, jekk jogħġbok irreferi għal NANDO – id-dejtabejż tal-Organizzazzjonijiet Notifikati u Maħturin taħt l-Approċċ il-Ġdid. Tista’ tfittex il-Korpi Notifikati skont id-Direttiva jew skont il-pajjiż permezz tal-homepage ta’ NANDO.

Aqsam: FacebookGoogle+LinkedInIbgħat din il-paġna lil sħabek