Mogħdija tan-navigazzjoni

Ħejji u żomm disponibbli d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa

Ħejji u żomm disponibbli d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa

Qabel ma applikazzjoni tiġi ppreżentata lill-Korp Notifikat, jew, l-aktar tard, meta l-ewwel tagħmir tat-tip rispettiv jitqiegħed fis-suq, il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumenti tekniċi għandhom jippermettu li l-evalwazzjoni tal-konformità tat-tagħmir issir skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu irreġistrat fil-Komunità Ewropea għandu jżomm kopji tad-dokumentazzjoni teknika għal perjodu ta’ mill-inqas 15-il sena wara li l-aħħar prodott ikun tqiegħed fis-suq.

Ħejji u żomm disponibbli d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa

Id-Direttiva 2009/142/KE dwar tagħmir li juża karburanti gassużi tistipula li l-applikazzjoni għal eżami tat-tip għandha tinkludi, fost affarijiet oħra, id-dokumentazzjoni dwar id-disinn skont kif deskritt fl-Anness IV.

Id-dokumentazzjoni dwar id-disinn għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja, sakemm din tkun meħtieġa mill-Korp Notifikat għal raġunijiet marbuta mal-evalwazzjoni:

  • deskrizzjoni ġenerali tat-tagħmir,
  • disinni kunċettwali u disinni tal-manifattura, kif ukoll disinji ta’ komponenti, subassemblaġġi, ċirkuwiti, eċċ.,
  • deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet meħtieġa biex jinftiehmu dan ta’ hawn fuq, inkluż it-tħaddim tat-tagħmir,
  • lista tal-istandards imsemmija fl-Artikolu 5, applikati bis-sħiħ jew b’mod parzjali, u deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet li ġew adottati sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet essenzjali fejn ma jkunux ġew applikati l-istandards imsemmija fl-Artikolu 5,
  • rapporti tat-testijiet, manwali għall-installazzjoni u għall-użu,
  • fejn xieraq, id-dokumentazzjoni tad-disinn għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin:
    • dokumenti ta’ ċertifikazzjoni dwar l-apparat li jkun ġie inkorporat fit-tagħmir,
    • dokumenti ta’ ċertifikazzjoni u ċertifikati li jirrigwardaw il-metodi ta’ manifattura u/jew ta’ spezzjoni u/jew ta’ monitoraġġ tat-tagħmir,
    • kwalunkwe dokumenti oħra li jagħmilha possibbli għall-Korp Notifikat biex itejjeb l-evalwazzjoni tiegħu.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu irreġistrat fl-Unjoni Ewropea għandu jżomm kopji tad-dokumentazzjoni teknika għal perjodu ta’ mill-inqas 10 snin wara li l-aħħar prodott ikun tqiegħed fis-suq.

Ħejji u żomm disponibbli d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa

Ir-rekwiżiti dwar id-dokumentazzjoni teknika għad-diversi proċeduri ta’ evalwazzjoni ta’ konformità huma stabbiliti fl-Anness V tad-Direttiva.

Ħejji u żomm disponibbli d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa

Jekk jogħġbok ikkonsulta http://ec.europa.eu/enterprise/sectors/construction/index_mt.htm.

Ħejji u żomm disponibbli d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa

Id-Direttiva 2009/125/KE dwar l-Ekodisinn tirrikjedi dokumentazzjoni teknika skont kif stipulat fl-Anness V. Id-dokumenti tekniċi għandhom jippermettu li ssir evalwazzjoni tal-konformità tal-apparat mar-rekwiżiti tad-Direttiva. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi:

  • Deskrizzjoni ġenerali tal-prodott u tal-użu maħsub tiegħu;
  • Ir-riżultati ta’ studji rilevanti dwar l-evalwazzjoni ambjentali mwettqa mill-manifattur, jew referenzi għal dokumenti relatati ma’ studji dwar l-evalwazzjoni ambjentali jew studji tal-każijiet, li jkunu ntużaw mill-manifattur biex jevalwa, jiddokumenta u jiddetermina soluzzjonijiet li jirrigwardaw disinni tal-prodott;
  • Il-profil ekoloġiku, jekk ikun meħtieġ mill-miżura ta’ implimentazzjoni;
  • Dokumenti li jiddeskrivu r-riżultati tal-kejl fuq ir-rekwiżiti dwar l-ekodisinn li jkunu twettqu;
  • Il-manifattur għandu jistabbilixxi speċifikazzjonijiet li jindikaw, b'mod partikolari, liema standards ġew jew ma ġewx applikati u fl-aħħar, liema mezzi ntużaw biex tiġi żgurata l-konformità;
  • Kopja tal-informazzjoni li tikkonċerna l-aspetti tad-disinn ambjentali tal-prodott, ipprovduta skont ir-rekwiżiti (speċifikati fl-Anness I, Taqsima 2);
  • Kopja tad-dikjarazzjoni KE ta’ konformità.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jżomm kopji tad-dokumentazzjoni teknika għal perjodu ta’ mill-inqas 10 snin wara li l-aħħar prodott ikun tqiegħed fis-suq.

Ħejji u żomm disponibbli d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa

L-Anness II tad-Direttiva EMC jistipula li l-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumenti tekniċi għandhom jippermettu li l-evalwazzjoni tal-konformità tat-tagħmir issir skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi:

  • Deskrizzjoni ġenerali tal-apparat;
  • Evidenza ta’ konformità mal-istandards armonizzati, jekk ikun hemm, applikati b’mod sħiħ jew b’mod parzjali;
  • Fejn il-manifattur ma jkun applika l-ebda standards armonizzati, jew ikun applikahom biss b’mod parzjali, deskrizzjoni u spjegazzjoni tal-passi li jkunu ttieħdu biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva, inkluż deskrizzjoni tal-evalwazzjoni tal-kompatibilità elettromanjetika stabbilita fl-Anness II, punt 1, riżultati tal-kalkoli tad-disinn li jkunu saru, l-eżamijiet li jkunu twettqu, rapporti tat-testijiet, eċċ;
  • Dikjarazzjoni mill-korp notifikat, meta tkun ġiet segwita l-proċedura msemmija fl-Anness III.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu irreġistrat fil-Komunità Ewropea għandu jżomm kopji tad-dokumentazzjoni teknika għal perjodu ta’ mill-inqas 10 snin wara li l-aħħar prodott ikun tqiegħed fis-suq.

Ħejji u żomm disponibbli d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa

Wara li titlesta l-evalwazzjoni tal-konformità, il-proċedura għandha tiġi dokumentata skont kif stabbilit fid-Direttiva 94/9/KE, Anness IV, punt 3, għall-eżami tat-tip KE. Id-dokumenti tekniċi għandhom jippermettu li l-evalwazzjoni tal-konformità tat-tagħmir issir skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi:

  • deskrizzjoni ġenerali tat-tip,
  • disinni u disinni tal-manifattura, kif ukoll disinji ta’ komponenti, subassemblaġġi, ċirkuwiti, eċċ.,
  • deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet li meħtieġa biex jinftiehmu t-tpinġijiet u l-presentazzjonijiet, u biex jinftiehem kif jaħdem il-prodott,
  • lista tal-istandards armonizzati, applikati b’mod sħiħ jew parzjali,
  • deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet li jkunu ġew adottati sabiex jiġu ssodifati r-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva meta ma jkunux ġew applikati standards armonizzati,
  • riżultati tal-kalkoli tad-disinn li jkunu saru, l-eżamijiet li jkunu twettqu, eċċ,
  • rapporti tat-testijiet.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu irreġistrat fl-Unjoni Ewropea għandu jżomm kopji tad-dokumentazzjoni teknika għal perjodu ta’ mill-inqas 10 snin wara li l-aħħar prodott ikun tqiegħed fis-suq.

Ħejji u żomm disponibbli d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa

Wara li titlesta l-evalwazzjoni, il-proċedura ta’ evalwazzjoni għandha tiġi dokumentata skont kif stabbilit fid-Direttiva 93/15/KE , Anness II, punt 3.

Id-dokumenti tekniċi għandhom jippermettu li l-evalwazzjoni tal-konformità tat-tagħmir issir skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva. Dawn, sa fejn ikun rilevanti għal tali evalwazzjoni, għandhom ikopru d-disinn, il-manifattura u l-operat tal-prodott, u għandhom jinkludu dak kollu li hu rilevanti għall-evalwazzjoni:

  • deskrizzjoni ġenerali tat-tip,
  • disinni kunċettwali u disinni tal-manifattura, kif ukoll disinji ta’ komponenti, subassemblaġġi, ċirkuwiti, eċċ.,
  • deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet li meħtieġa biex jinftiehmu t-tpinġijiet u d-dijagrammi, u biex jinftiehem kif jaħdem il-prodott,
  • lista tal-istandards imsemmija fl-Artikolu 4, applikati bis-sħiħ jew b’mod parzjali, u deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet li ġew adottati sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva fejn ma jkunux ġew applikati l-istandards imsemmija fl-Artikolu 5,
  • riżultati tal-kalkoli tad-disinn li jkunu saru, l-eżamijiet li jkunu twettqu, eċċ,
  • rapporti tat-testijiet.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu irreġistrat fil-Komunità Ewropea għandu jżomm kopji tad-dokumentazzjoni teknika għal perjodu ta’ mill-inqas 10 snin wara li l-aħħar prodott ikun tqiegħed fis-suq.

Ħejji u żomm disponibbli d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa

Wara li l-evalwazzjoni tal-prodott titlesta b’suċċess, id-Direttiva 2009/142/KE tistabbilixxi li titfassal dokumentazzjoni teknika, kif stipulat fl-Anness III, punt 3. Id-dokumenti tekniċi għandhom jippermettu li l-evalwazzjoni tal-konformità tat-tagħmir issir skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva. L-evalwazzjoni għandha tkopri d-disinn, il-manifattura u l-operat tat-tagħmir, u għandha tinkludi:

  • deskrizzjoni ġenerali tat-tip,
  • disinni kunċettwali u disinni tal-manifattura, kif ukoll disinji ta’ komponenti, subassemblaġġi, ċirkuwiti, eċċ.,
  • deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet li meħtieġa biex jinftiehmu t-tpinġijiet u d-dijagrammi, u biex jinftiehem kif jaħdem il-prodott,
  • lista tal-istandards imsemmija fl-Artikolu 5 (2), applikati bis-sħiħ jew b’mod parzjali, u deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet li ġew adottati sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva fejn ma jkunux ġew applikati l-istandards imsemmija fl-Artikolu 5,
  • riżultati tal-kalkoli tad-disinn li jkunu saru, l-eżamijiet li jkunu twettqu, eċċ,
  • rapporti tat-testijiet.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu irreġistrat fil-Komunità Ewropea għandu jżomm kopji tad-dokumentazzjoni teknika għal perjodu ta’ mill-inqas 10 snin wara li l-aħħar prodott ikun tqiegħed fis-suq.

Ħejji u żomm disponibbli d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa

Qabel ma applikazzjoni tiġi ppreżentata lill-Korp Notifikat, jew, l-aktar tard, meta l-ewwel tagħmir tat-tip rispettiv jitqiegħed fis-suq, il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumenti tekniċi għandhom jippermettu li l-evalwazzjoni tal-konformità tat-tagħmir issir skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu irreġistrat fil-Komunità Ewropea għandu jżomm kopji tad-dokumentazzjoni teknika għal perjodu ta’ mill-inqas 10 snin wara li l-aħħar prodott ikun tqiegħed fis-suq.

Ħejji u żomm disponibbli d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa

Wara li l-evalwazzjoni tal-prodott titlesta b’suċċess, id-Direttiva 95/16/KE titlob li titfassal dokumentazzjoni teknika (pereżempju kif stipulat fl-Anness 5) skont il-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-konformità rispettiva. Id-dokumenti tekniċi għandhom jippermettu li l-evalwazzjoni tal-konformità tat-tagħmir issir skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva. L-evalwazzjoni għandha tkopri d-disinn, il-manifattura u l-operat tal-installazzjoni, u għandha tinkludi:

  • deskrizzjoni ġenerali tal-komponent ta’ sigurtà, inkluża ż-żona ta’ użu tiegħu (b’mod partikolari limiti possibbli rigward il-veloċità, it-tagħbija u s-saħħa) u kondizzjonijiet (b’mod partikolari ambjenti esplussivi u esponiment għall-elementi),
  • dokumentazzjoni teknika dwar l-installazzjoni tal-lift,
  • tpinġijiet jew dijagrammi dwar id-disinn u l-manifattura,
  • ir-rekwiżiti essenzjali li jkunu ġew meqjusa u l-mezzi li jkunu ntużaw biex jiġu ssodisfati (pereżempju standard armonizzat),
  • riżultati ta’ kwalunkwe testijiet jew kalkoli mwettqa jew subkuntrattati mill-manifattur,
  • kopja tal-istruzzjonijiet għall-immuntar tal-komponenti ta’ sigurtà,
  • il-passi li jkunu ttieħdu fl-istadju tal-manifattura sabiex jiġi żgurat li komponenti ta’ sigurtà prodotti f’serje huma konformi mal-komponent ta’ sigurtà li jkun qed jiġi eżaminat.

Il-manifattur tal-komponent ta' sigurtà jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu irreġistrat fl-Unjoni Ewropea għandu jżomm kopji tad-dokumentazzjoni teknika għal perjodu ta’ mill-inqas 10 snin wara li l-aħħar tal-komponent ta’ sigurtà għal-lifts ikun tqiegħed fis-suq.

Ħejji u żomm disponibbli d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa

Wara li titlesta l-evalwazzjoni, il-proċedura ta’ evalwazzjoni għandha tiġi dokumentata skont kif stabbilit fid-Direttiva 2006/95/KE, Anness IV, punt 3.

Id-dokumenti tekniċi għandhom jippermettu li l-evalwazzjoni tal-konformità tat-tagħmir issir skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva. Dawn, safejn ikun rilevanti għal tali evalwazzjoni, għandhom ikopru d-disinn, il-manifattura u l-operat tat-tagħmir elettriku. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi:

  • deskrizzjoni ġenerali tat-tagħmir elettriku,
  • disinni kunċettwali u disinji tal-manifattura, kif ukoll disinji ta’ komponenti, subassemblaġġi, ċirkuwiti, eċċ.,
  • deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet li huma meħtieġa biex jinftiehmu t-tpinġijiet u d-disinji, u biex jinftiehem kif jaħdem it-tagħmir elettriku,
  • lista tal-istandards li jkunu ġew applikati bis-sħiħ jew b’mod parzjali, u deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet li jkunu ġew adottati sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva relatati mas-sigurtà fejn ma jkunux ġew applikati standards,
  • riżultati tal-kalkoli tad-disinn li jkunu saru, l-eżamijiet li jkunu twettqu, eċċ,
  • rapporti tat-testijiet.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu irreġistrat fl-Unjoni Ewropea għandu jżomm kopji tad-dokumentazzjoni teknika għal perjodu ta’ mill-inqas 10 snin wara li l-aħħar prodott ikun tqiegħed fis-suq.

Ħejji u żomm disponibbli d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa

Malli ssir valutazzjoni b’suċċess, id-Direttiva 2006/42/KE dwar il-Makkinarju teħtieġ dokumentazzjoni teknika kif stabbilit fl-Anness II. Id-dokumenti tekniċi għandhom jippermettu l-valutazzjoni tal-konformità tal-apparat mar-rekwiżiti tad-Direttiva.

Il-fajl tekniku għandu jinkludi:

  • dokumentazzjoni dettaljata dwar il-kostruzzjoni tal-makkinarju inklużi d-disinni tal-makkinarju u l-partijiet tiegħu,
  • ir-riżultati tat-testijiet
  • deskrizzjoni tal-miżuri protettivi
  • elementi oħrajn kif deskritti fl-Anness VII, A(a).

Il-fajl għandu jinkludi wkoll kopja tad-dikjarazzjoni KE ta’ konformità.

Il-manifattur għandu jipprovdi wkoll dokumenti għall-produzzjoni serjali u miżuri interni li se jiġu implimentati biex jiġi żgurat li l-makkinarju jibqa’ konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva (Anness VII, A (b)).

Il-manifattur għandu jwettaq it-testijiet meħtieġa fuq il-komponenti, il-fittings jew il-makkinarju komplut sabiex jiddetermina jekk jistax jiġi armat u jintuża b’mod sigur. Ir-rapporti u r-riżultati rilevanti għandhom jiġu inklużi fil-fajl tekniku.

Il-manifattur u r-rappreżentat awtorizzat tiegħu huwa mitlub li jżomm kopji tad-dokumentazzjoni teknika għal perjodu ta’ 10 snin wara li l-aħħar prodott ikun tqiegħed fis-suq.

Ħejji u żomm disponibbli d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa

Skont id-Direttiva 2004/22/KE , id-dokumentazzjoni teknika għal strumenti tal-kejl għandha turi d-disinn, il-manifattura u l-istruzzjonijiet ta’ tħaddim tal-istrument. Id-dokumenti tekniċi għandhom jippermettu li l-evalwazzjoni tal-konformità tat-tagħmir issir skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva. L-Artikolu 10, punt 2 juri b’mod dettaljat lista tad-dokumentazzjoni ta’:

  • karatteristiċi metroloġiċi,
  • riproduċibbiltà tat-twettiq tax-xogħol metroloġiku tal-istrumenti prodotti meta aġġustati kif jixraq bl-użu approprjat tal-mezzi maħsuba, u
  • l-integrità tal-istrument.

Skont it-tip ta’ strument, l-Artikolu 10 fih aktar dettalji. Jekk jogħġbok ikkonsulta d-Direttiva għal lista estensiva.

Il-manifattur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, għandu jżomm kopji tad-dokumentazzjoni teknika għal perjodu ta’ mill-inqas 10 snin wara li l-aħħar prodott ikun tqiegħed fis-suq.

Ħejji u żomm disponibbli d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa

Qabel ma japplika ma’ Korp Notifikat, jew, l-aktar tard, meta l-ewwel tagħmir tat-tip rispettiv jitqiegħed fis-suq, il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumenti tekniċi għandhom jippermettu li l-evalwazzjoni tal-konformità tat-tagħmir issir skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu irreġistrat fil-Komunità Ewropea għandu jżomm kopji tad-dokumentazzjoni teknika għal perjodu ta’ mill-inqas 5 snin, u għal perjodu ta’ mill-inqas 15-il sena fil-każ ta’ tagħmir li jista’ jkun impjantat, wara li l-aħħar prodott ikun tqiegħed fis-suq.

Ħejji u żomm disponibbli d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa

Wara li l-evalwazzjoni tal-prodott titlesta b’suċċess, id-Direttiva 2000/14/KE dwar l-emissjoni tal-ħoss fl-ambjent minn tagħmir għall-użu barra tistabbilixxi li titfassal dokumentazzjoni teknika skont kif stipulat fl-Annessi V sa VIII (ara l-Artikolu 14.3). Id-dokumenti tekniċi għandhom jippermettu li l-evalwazzjoni tal-konformità tat-tagħmir issir skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi:

  • L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu irreġistrat fil-Komunità
  • Deskrizzjoni tat-tagħmir
  • L-isem kummerċjali
  • It-tip, is-serje u n-numri
  • It-tagħrif tekniku rilevanti għall-identifikazzjoni tat-tagħmir u l-evalwazzjoni tal-emissjoni tal-ħoss tiegħu, inkluż, jekk xieraq, disinji skematiċi u kwalunkwe deskrizzjoni u tifsir meħtieġ biex dawn ikunu jistgħu jinftiehmu
  • Ir-referenza għad-Direttiva
  • Ir-rapport tekniku tal-kejl tal-ħoss imwettaq b’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva
  • L-istrumenti tekniċi li jkunu ġew applikati u r-riżultati tal-evalwazzjoni tal-inċertezzi kkawżati minn varjazzjonijiet fil-produzzjoni u r-relazzjoni tagħhom mal-livell garantit ta' qawwa tal-ħoss.

Il-fajl għandu jkun fih ukoll kopja tad-dikjarazzjoni KE ta’ konformità.

Il-manifattur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, għandu jżomm kopji tad-dokumentazzjoni teknika għal perjodu ta’ mill-inqas 10 snin wara li l-aħħar prodott ikun tqiegħed fis-suq.

Ħejji u żomm disponibbli d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa

L-Anness III tad-Direttiva dwar strumenti tal-użin mhux awtomatiċi jistipula li l-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumenti tekniċi għandhom jippermettu li l-evalwazzjoni tal-konformità tat-tagħmir issir skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva. Id-dokumentazzjoni għandha tkopri:

  • deskrizzjoni ġenerali tat-tip,
  • disinni kunċettwali u disinni tal-manifattura, kif ukoll disinji ta’ komponenti, subassemblaġġi, ċirkuwiti, eċċ.,
  • deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet meħtieġa biex jinftiehmu dan ta’ hawn fuq, inkluż it-tħaddim tal-istrument,
  • lista tal-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 6(1), applikati bis-sħiħ jew b’mod parzjali, u deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet li ġew adottati sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali fejn ma jkunux ġew applikati l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 6,
  • ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinn li jkunu saru, kif ukoll ir-riżultati tal-eżamijiet li jkunu twettqu, eċċ,
  • rapporti tat-testijiet,
  • iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip KE u r-riżultati ta’ testijiet rilevanti li jkunu twettqu fuq strumenti li jkun fihom komponenti li jkunu eżatt l-istess bħal dawk tad-disinn.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu rreġistrat fil-Komunità Ewropea għandu jżomm kopji tad-dokumentazzjoni teknika għal perjodu ta’ mill-inqas 10 snin wara li l-aħħar prodott ikun tqiegħed fis-suq.

Ħejji u żomm disponibbli d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa

Id-Direttiva 89/686/KEE dwar PPE tistabbilixxi li titfassal dokumentazzjoni teknika skont kif stabbilit fl-Artikolu 8(1). Din għandha tippermetti li l-evalwazzjoni tal-konformità tal-PPE ssir skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva. Għandha tinkludi l-informazzjoni kollha rilevanti dwar il-mezzi li ntużaw mill-manifattur biex jiġi żgurat li l-PPE huwa konformi mar-rekwiżiti bażiċi kollha relatati miegħu. Fil-każ ta’ PPE kategoriji II u III, din għandha tinkludi, b'mod partikolari:

  • id-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur li jikkonsisti minn:
  • pjanijiet ġenerali u dettaljati tal-PPE akkumpanjati, fejn xieraq, minn noti ta' kalkolu u r-riżultati tat-testijiet li jkunu saru fuq il-prototipi sa fejn ikun meħtieġ għall-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti bażiċi;
  • lista dettaljata tal-ħtiġiet bażiċi ta’ sigurtà u l-istandards armonizzati jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi oħra msemmija f’Artikoli 3 u 5, billi jitqies id-disinn tal-mudell;
  • deskrizzjoni tal-kontroll u l-faċilitajiet ta’ l-ittestjar li għandhom jintużaw fl-impjant tal-manifattur biex jivverifika jekk hemmx qbil bejn il-produzzjoni tal-PPE u l-istandards armonizzati jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u biex jinżamm il-livell ta’ kwalità;
  • kopja tal-avviż ta’ informazzjoni msemmi fl-Anness II, 1.4.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu irreġistrat fl-Unjoni Ewropea għandu jżomm kopji tad-dokumentazzjoni teknika għal perjodu ta’ mill-inqas 10 snin wara li l-aħħar prodott ikun tqiegħed fis-suq.

Ħejji u żomm disponibbli d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa

Id-Direttiva 97/23/KE dwar Apparat ta’ Pressjoni tistipula li l-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumenti tekniċi għandhom jippermettu li l-evalwazzjoni tal-konformità tat-tagħmir issir skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva. Id-dokumentazzjoni għandha tkopri, pereżempju:

  • deskrizzjoni generali tal-apparat ta’ pressjoni
  • id-disinn kunċettwali u d-disinji tal-manifattura
  • deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet meħtieġa biex jinftiehmu
  • d-disinji u biex jinftiehem kif jaħdem l-apparat ta’ pressjoni
  • lista tal-istandards armonizzati li jkunu ġew applikati u deskrizzjoni tas-soluzzjonijiet li jkunu ġew adottati biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali ta' sigurtà fejn ma jkunux ġew applikati l-istandards armonizzati
  • ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinn li jkunu saru, l-eżamijiet li jkunu twettqu, eċċ,
  • rapporti tat-testijiet

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu irreġistrat fil-Komunità Ewropea għandu jżomm kopji tad-dokumentazzjoni teknika għal perjodu ta’ mill-inqas 10 snin wara li jkun ġie mmanifatturat l-aħħar prodott.

Ħejji u żomm disponibbli d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa

Wara li l-evalwazzjoni tal-prodott titlesta b’suċċess, id-Direttiva 2007/23/KE dwar l-oġġetti pirotekniċi tiddeskrivi varjazzjonijiet differenti għal dokumentazzjoni teknika skont il-proċedura ta' evalwazzjoni magħżula, skont kif stipulat fl-Anness II. Id-dokumenti tekniċi għandhom jippermettu li l-evalwazzjoni tal-konformità tat-tagħmir issir skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi:

  • deskrizzjoni ġenerali tat-tip,
  • disinni kunċettwali u disinji tal-manifattura, kif ukoll disinji ta’ komponenti, subassemblaġġi u ċirkuwiti,
  • id-deskrizzjonijiet u l-spjegazzjonijiet meħtieġa għall-fehim tad-disinn kunċettwali u tad-disinji tal-manifattura, tal-iskemi tal-komponenti, tas-subassemblaġġi u taċ-ċirkuwiti u l-operazzjoni tal-oġġett pirotekniku,
  • lista tal-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva, applikati bis-sħiħ jew b’mod parzjali, u deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet li ġew adottati sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali dwar is-sigurtà fejn ma jkunux ġew applikati l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva,
  • riżultati tal-kalkoli tad-disinn li jkunu saru u l-eżamijiet li jkunu twettqu,
  • rapporti tat-testijiet,
  • kopja tad-dikjarazzjoni KE ta’ konformità.

Il-manifattur għandu jżomm kopji tad-dokumentazzjoni teknika għal perjodu ta’ mill-inqas 10 snin wara li l-aħħar prodott ikun tqiegħed fis-suq.

Ħejji u żomm disponibbli d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa

Il-punt 4 tal-Anness II jiddeskrivi d-dokumentazzjoni teknika. Id-dokumenti tekniċi għandhom jippermettu li l-evalwazzjoni tal-konformità tal-prodott issir skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva. Id-dokumentazzjoni għandha tkopri:

  • deskrizzjoni ġenerali tal-prodott;
  • disinn kunċettwali u d-disinji tal-manifattura;
  • disinji ta’ komponenti, subassemblaġġi, ċirkuwiti, eċċ.;
  • deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet meħtieġa biex jinftiehmu t-tpinġijiet u l-iskemi, u biex jinftiehem kif jaħdem il-prodott;
  • lista tal-istandards imsemmija fl-Artikolu 5, applikati bis-sħiħ jew b’mod parzjali, u deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet tas-soluzzjonijiet li jkunu ġew adottati sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva fejn ma jkunux ġew applikati l-istandards imsemmija fl-Artikolu 5, jew fejn dawn ma jkunux jeżistu;
  • ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinn li jkunu saru, l-eżamijiet li jkunu twettqu, eċċ.;
  • rapporti tat-testijiet.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu irreġistrat fil-Komunità Ewropea għandu jżomm kopji tad-dokumentazzjoni teknika għal perjodu ta’ mill-inqas 10 snin wara li l-aħħar prodott ikun tqiegħed fis-suq.

Rigward tagħrif għall-utenti ara l-Artikolu 6.3 tad-Direttiva u s-sistema tal-lingwa tiegħu li tiddependi fuq is-sistemi nazzjonali. Kwalunkwe restrizzjonijiet jew rekwiżiti possibbli rigward awtorizzazzjoni għall-użu ta’ tagħmir tar-radju f’ċerti Stati Membri għandhom jiġu mmarkati, sabiex l-utent jiġi mwissi.

Ħejji u żomm disponibbli d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa

L-Annessi V, VII, VIII, IX, XI u XVI tad-Direttiva 94/25/KE dwar inġenji tal-baħar li jintużaw għar-rikreazzjoni jistipulaw li l-manifattur għandu jistabbilixxi dokumentazzjoni teknika. Id-dokumenti tekniċi għandhom jippermettu li l-evalwazzjoni tal-konformità tal-prodott issir skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva. Id-dokumentazzjoni għandha tkopri:

  • deskrizzjoni ġenerali tat-tip,
  • disinni kunċettwali u disinji tal-manifattura, kif ukoll disinji ta’ komponenti, subassemblaġġi, ċirkuwiti, eċċ.,
  • deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet meħtieġa biex jinftiehmu t-tpinġijiet u l-iskemi, u biex jinftiehem kif jaħdem il-prodott,
  • lista tal-istandards imsemmija fl-Artikolu 5, applikati bis-sħiħ jew b’mod parzjali, u deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet li jkunu ġew adottati sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali fejn ma jkunux ġew applikati l-istandards imsemmija fl-Artikolu 5,
  • riżultati tal-kalkoli tad-disinn li jkunu saru, l-eżamijiet li jkunu twettqu, eċċ,
  • rapporti tat-testijiet, jew kalkoli dwar l-istabilità skont il-punt 3.2 tar-Rekwiżiti Essenzjali u dwar il-kapaċità ta l-inġenji tal-baħar li jżommu f’wiċċ l-ilma skont il-punt 3.3 tar-Rekwiżiti Essenzjali.
  • rapporti tat-testijiet, jew kalkoli dwar l-istabilità skont it-taqsima 3.2 tar-Rekwiżiti Essenzjali u dwar il-kapaċità ta l-inġenji tal-baħar li jżommu f’wiċċ l-ilma skont it-taqsima 3.3 (Anness I.A),
  • rapporti tat-testjiet dwar emissjonijiet tal-egżost li juru konformità mat-taqsima 2 tar-Rekwiżiti Essenzjali (Anness I.B)

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu irreġistrat fil-Komunità Ewropea għandu jżomm kopji tad-dokumentazzjoni teknika għal perjodu ta’ mill-inqas 10 snin wara li l-aħħar prodott ikun tqiegħed fis-suq.

Ħejji u żomm disponibbli d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa

Jekk jogħġbok ikkonsulta http://ec.europa.eu/environment/waste/rohs_eee/legis_en.htm.

Ħejji u żomm disponibbli d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa

Wara li l-evalwazzjoni titlesta b’suċċess, id-Direttiva (2009/48/KE) tistipula li tiġi mfassla dokumentazzjoni teknika skont kif stipulat fl-Artikolu 21. Id-dokumenti tekniċi għandhom jippermettu l-konformità tal-ġugarell li jkun se jiġi evalwat mar-rekwiżiti tad-Direttiva. Id-dokumentazzjoni li ġejja hija meħtieġa:

  • deskrizzjoni tal-mezzi (bħal pereżempju l-użu ta' rapport dwar it-test jew fajl tekniku) li bihom il-manifattur jiżgura li l-produzzjoni hija konformi mal-istandards imsemmija fl-Artikolu 13.
  • fejn xieraq: ċertifikat tat-tip KE maħruġ minn korp notifikat; kopji tad-dokumenti li l-manifattur ikun bagħat lill-korp notifikat; deskrizzjoni tal-mezzi li bihom il-manifattur jiżgura l-konformità mal-mudell approvat,
  • l-indirizzi tal-postijiet li jkunu ntużaw għall-produzzjoni u l-ħażna tal-prodott, informazzjoni dettaljata dwar id-disinn u l-manifattura tal-prodott.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu irreġistrat fil-Komunità Ewropea għandu jżomm kopji tad-dokumentazzjoni teknika għal perjodu ta’ mill-inqas 10 snin wara li l-aħħar prodott ikun tqiegħed fis-suq.

Ħejji u żomm disponibbli d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa

L-Anness II tad-Direttiva 2009/105/KE dwar reċipjenti sempliċi taħt pressjoni jistipula li l-manifattur għandu jipprepara skedi tad-disinn u tal-manifattura (dokumentazzjoni teknika) li jisgħu jippermettu li ssir evalwazzjoni tal-konformità tal-prodott skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva. Id-dokumentazzjoni għandha tkopri, pereżempju:

  • tpinġija dettaljata tal-manifattura tat-tip ta’ reċipjent;
  • l-istruzzjonijiet;
  • dokument li jiddeskrivi:
    • il-materjali magħżula,
    • il-proċessi ta’ iwweldjar magħżula,
    • l-iċċekkjar magħżul.