Mogħdija tan-navigazzjoni

Għodod addizzjonali

Għad-Distributuri

Filwaqt li l-manifatturi għandhom ir-responsabbiltà li jiżguraw il-konformità tal-prodott u li jwaħħlu l-marka CE, id-distributuri (u l-importaturi) għandhom ir-rwol importanti wkoll li jiżguraw li fis-suq jitqiegħdu biss prodotti li jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni u li għandhom il-marka CE. Dan mhux biss jgħin biex isaħħaħ ir-rekwiżiti tal-UE dwar is-saħħa, is-sigurtà u l-ħarsien tal-ambjent, iżda jappoġġja wkoll il-kompetizzjoni ġusta billi japplika l-istess regoli għall-partijiet kollha kkonċernati.

Id-distributuri għandhom jaġixxu b'diliġenza xierqa biex jiżguraw li l-mod li bih jitrattaw il-prodott ma jkollux effett negattiv fuq il-konformità tal-istess prodott. Id-distributur għandu jkun jaf dwar ir-rekwiżiti legali rilevanti – inkluż liema prodotti għandu jkollhom il-marka CE u liema għandu jkollhom magħhom ċertu dokumenti – filwaqt li għandu jkun kapaċi jagħraf prodotti li tabilħaqq jidhru li mhumiex konformi.

Id-distributuri għandhom ikunu kapaċi juru lill-awtoritajiet nazzjonali li aġixxew bid-diliġenza dovuta waqt it-twettiq ta' xogħolhom, u li għandhom dikjarazzjoni mill-manifattur jew mill-importatur li turi li ttieħdu l-miżuri kollha meħtieġa. Barra minn hekk, distributur għandu jkun kapaċi jgħin lill-awtoritajiet nazzjonali biex jiksbu d-dokumentazzjoni meħtieġa.

F'każ li d-distributuri (jew l-importaturi) jqiegħdu l-prodotti fis-suq f'isimhom stess, ir-responsabbiltajiet tal-manifattur jaqgħu fl-isfera tar-responsabbiltajiet tagħhom. F'dan il-każ, għandu jkollhom tagħrif biżżejjed dwar id-disinn u l-produzzjoni tal-prodott, minħabba l-fatt li r-responsabbiltà legali waqt il-proċess tat-twaħħil tal-marka CE titqies bħala li hi tagħhom.

Mhux il-prodotti kollha li jinbiegħu fl-UE jeħtieġ li jkollhom il-marka CE. Il-marka CE tapplika għal għadd ta' prodotti differenti, li jvarjaw minn tagħmir elettroniku sa ġugarelli u minn splussivi għal użu ċivili sa apparat mediku. Prodotti bħal dawn jaqgħu fl-isfera ta' direttiva waħda, jew ta' għadd ta' Direttivi, li jistipulaw ir-rekwiżiti speċifiċi li l-prodott għandu jissodisfa qabel ma jiġi mmarkat bil-marka CE. Ara l-lista sħiħa ta' dawn il-kategoriji ta' prodotti.

Aqsam: FacebookGoogle+LinkedInIbgħat din il-paġna lil sħabek