Mogħdija tan-navigazzjoni

Għodod addizzjonali

Il-marka CE

X'għandhom l-istess it-telefon ċellulari tiegħek, is-sett tiegħek tat-televiżjoni u t-teddy bear tat-tifel jew tat-tifla tiegħek? Jekk xtrajt dawn l-oġġetti minn pajjiż taż-Żona Ekonomika Ewropea (“ŻEE”, li jinkludi s-28 Stat Membru tal-UE u l-pajjiżi tal-EFTA, li huma l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja), fuq dawn il-prodotti kollha għandek issib żewġ ittri: CE. Il-manifatturi tal-prodotti huma familjari ma' din il-marka, għaliex f'ħafna każijiet iridu jwaħħluha mal-prodotti tagħhom. Bħala konsumatur, jista' jkun li diġà taf b'din il-marka, għaliex tidher fuq ħafna mill-prodotti li tixtri kuljum.

Il-marka CE hija meħtieġa għal ħafna prodotti. Hija tiddikjara li l-prodott jiġi evalwat qabel ma jitqiegħed fis-suq, u li jissodisfa r-rekwiżiti tal-UE dwar is-saħħa, is-sigurtà u l-ħarsien tal-ambjent. Permezz ta' dan is-sit elettroniku, il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi lill-operaturi ekonomiċi u lill-konsumaturi b'tagħrif dwar kif jaħdem il-proċess tat-twaħħil tal-marka CE.

Jekk inti manifattur, dan is-sit web jispjegalek il-proċess tat-twaħħil tal-marka CE mal-prodott speċifiku tiegħek, billi jurik b'mod ċar il-passi essenzjali li għandhom jittieħdu waqt il-fażi tal-bidu sal-punt li fih isir il-bejgħ tal-prodott. Jekk inti distributur jew importatur, għandek tkun taf sew ir-rekwiżiti li għandhom jissodisfaw il-prodotti li qed timporta jew tqassam sabiex dawn ikunu jistgħu jinbiegħu fiż-ŻEE mingħajr l-ebda restrizzjonijiet (ara l-fuljett għall-operaturi ekonomiċipdf(353 kB) Agħżel it-traduzzjonijiet mil-link ta' qabel ).

Sir af kif “tagħmel is-suq Ewropew tiegħek” permezz tal-marka CE.

Il-marka CE Filmat għall-professjonisti

CE marking video for professionals

Il-marka CE Filmat għall-konsumaturi

CE marking video for consumers

Aqsam: FacebookGoogle+LinkedInIbgħat din il-paġna lil sħabek