Mogħdija tan-navigazzjoni

Għodod addizzjonali

X'inhi l-marka CE?

X'inhi l-marka CE?

Is-suq uniku Ewropew (is-28 Stat Membru tal-UE u l-pajjiżi tal-EFTA, li huma l-Islanda, in-Norveġja u Liechtenstein) joffri benefiċċji kbar immens lill-konsumaturi. Kollha kemm aħna issa drajna varjetà wiesgħa ta’ prodotti. Madankollu, il-konsumaturi naturalment jistennew li l-prodotti li jixtru jkunu siguri.

Bħala parti mill-ħolqien tas-suq uniku Ewropew, l-Unjoni Ewropea (UE) stabbilixxiet leġislazzjoni speċifika għas-sigurtà għal ċerti kategoriji ta’ prodotti li jinbiegħu fis-suq. Din il-leġiżlazzjoni tmur lilhinn mir-rekwiżiti ta' sigurtà ġenerali li l-prodotti kollha jrid ikollhom.

Skont din il-leġiżlazzjoni, il-manifatturi għandhom jiddikjaraw b’mod espliċitu li l-prodotti tagħhom huma siguri. Din id-dikjarazzjoni tinkludi t-twaħħil tal-marka CE fuq il-prodott. Importaturi għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun ħa l-passi meħtieġa biex jissodisfa l-kontenut tad-dikjarazzjoni filwaqt li distributuri għandhom jaġixxu b'attenzjoni xierqa u jkunu kapaċi jidentifikaw u jirtiraw prodotti li mhumiex siguri.

Kif taħdem is-sistema?

Kif ġie msemmi hawn fuq, il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodotti tagħhom huma konformi mar-rekwiżiti rilevanti dwar is-sigurtà. Dan jagħmluh, pereżempju, billi jevalwaw ir-riskji possibbli u billi jwettqu testijiet fuq kampjuni tal-prodott. Wara li jkunu għamlu dan, għandhom iwaħħlu l-marka CE fuq il-prodott.

Għal ċerti prodotti li jġibu magħhom riskji ogħla bħala parti min-natura tagħhom, bħal kaldaruni tal-gass jew lupi, il-kontrolli tas-sigurtà ma jistgħux jitwettqu mill-manifattur biss. F'każijiet bħal dawn, il-kontroll tas-sigurtà għandu jitwettaq minn organizzazzjoni indipendenti maħtura minn awtoritajiet nazzjonali. Huwa biss wara li jsir dan li l-manifattur ikun jista’ jwaħħal il-marka CE fuq il-prodott.

Aqsam: FacebookGoogle+LinkedInIbgħat din il-paġna lil sħabek