Dan is-sit ġie arkivjat (02/02/2015)
02/02/2015

Mogħdija tan-navigazzjoni

This website is no longer being updated.

Please visit the new Internal Market, Industry, Entrepreneurship and SMEs website.

Għodod addizzjonali

Tagħrif addizzjonali

X'inhu r-rwol tal-awtoritajiet pubbliċi?

Ir-responsabbiltà għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti siguri u konformi hija biss tal-manifatturi, tal-importaturi u tad-distributuri. Sfortunatament, hawn xi nies li jobdu r-regoli biss meta jkun hemm ċans kbir li min ma jimxix kif suppost jinqabad.

Din hija r-raġuni għalfejn il-pajjiżi Ewropej waqqfu awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq. Huwa r-rwol ta’ dawn l-awtoritajiet li jwettqu monitoraġġ tas-suq u jħarsu kemm jista’ jkun lill-konsumaturi minn prodotti li mhumiex siguri. Dan jagħmluh billi jispezzjonaw lill-manifatturi, lill-importaturi u lid-distributuri, billi jiċċekkjaw u jittestjaw il-prodotti u billi jieħdu azzjoni meta ma jiġux osservati r-regoli. Fost dawn l-azzjonijiet insibu l-irtirar ta’ prodotti mhux siguri mill-konsumaturi, l-irtirar ta’ prodotti minn fuq l-ixkafef, id-distruzzjoni ta’ oġġetti perikolużi u l-impożizzjoni ta’ multi jew sanzjonijiet oħra.

Barra minn hekk, l-awtoritajiet nazzjonali jinfurmaw lil xulxin meta jieħdu miżuri fir-rigward ta' prodotti li mhumiex siguri. Huma jaqsmu din l-informazzjoni permezz ta’ sistema ta’ twissija rapida, imsejħa RAPEX. Din tippermetti li pajjiżi Ewropej oħra jieħdu azzjonijiet simili.

Fl-aħħarnett, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom isegwu lmenti minn konsumaturi rigward problemi ta’ sikurezza relatati ma' prodotti.

X’tista’ tagħmel bħala konsumatur?

Għalkemm bosta manifatturi, importaturi u distributuri Ewropej josservaw ir-regoli, il-konsumaturi wkoll għandhom rwol f'dan kollu.

Dejjem ixtri prodotti minn ħwienet ta’ min jafdahom u minn ħwienet online. Dawn joqgħodu attenti għall-prodotti li jbiegħu u ġeneralment jaċċettaw li l-prodott jiġi rritornat lura għandhom. Negozjanti diżonesti, min-naħa l-oħra, ta’ spiss jinjoraw ir-regoli dwar is-saħħa u s-sigurtà u ġieli jbiegħu prodotti li mhumiex awtentiċi. Jekk offerta tidher wisq tajba biex tkun vera, tista’ tabilħaqq tkun wisq tajba biex tkun vera.

Aqra t-twissijiet u l-istruzzjonijiet kollha. Kun konxju mir-rakkomandazzjonijiet dwar l-età u s-sigurtà, speċjalment fil-każ ta’ ġugarelli (u prodotti oħrajn għat-tfal) - ħudhom bis-serjetà.

Dejjem irrapporta problemi ta’ sigurtà relatati ma’ prodotti li tkun xtrajt lill-manifattur, jew lill-bejjiegħ li tkun xtrajt il-prodott mingħandu. Barra minn hekk, ikkuntattja lill-awtorità pubblika xierqa. Dan jiggarantixxi li jittieħdu aktar passi biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-prodott.

Minn fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni?

Biex tikseb aktar tagħrif dwar il-leġiżlazzjoni rilevanti u s-sorveljanza tas-suq, jekk jogħġbok żur is-sit:

Għal perspettiva dwar il-marka CE għall-konsumatur, jekk jogħġbok ikkuntattja lil:

ANEC, leħen il-konsumatur Ewropew fl-istandardizzazzjoni
Avenue de Tervueren 32, Kaxxa 27
B-1040 Brussell, il-Belġju
E-mail: anec@anec.eu
www.anec.eu

Aqsam: FacebookGoogle+LinkedInIbgħat din il-paġna lil sħabek