Mogħdija tan-navigazzjoni

In-Navigazzjoni bis-Satellita

Konsultazzjoni pubblika dwar l-applikazzjonijiet ta’ programmi tal-UE ta’ navigazzjoni bis-satellita (Galileo u EGNOS)

Din il-konsultazzjoni bħalissa magħluqa

Qasam ta' Politika

L-Intrapriża, il-Kompetittività industrijali, l-Ispazju

Grupp(i) fil-mira

Iċ-ċittadini, l-intrapriżi u l-organizzazzjonijiet huma mistiedna jikkontribwixxu għal din il-konsultazzjoni. Kull persuna li direttament jew indirettament tuża jew tippjana li tuża s-servizzi GNSS għall-forniment ta’ servizzi jew il-produzzjoni ta’ xi oġġetti jew għandha interess partikolari fis-servizzi GNSS hija mħeġġeġa tipparteċipa.

Perjodu ta’ konsultazzjoni

mill-22.04.2013 sal-14.07.2013. Din il-konsultazzjoni bħalissa magħluqa

Għan tal-konsultazzjoni

L-għan ta’ din il-konsultazzjoni pubblika hu li jinkisbu opinjonijiet u għadd akbar ta’ fehmiet dwar il-mod kif il-Kummissjoni Ewropea għandha timmassimizza u tiżgura l-adozzjoni mis-suq tal-applikazzjonijiet avvanzati tal-GNSS u tal-applikazzjonijiet avvanzati tal-GNSS Ewropea b’mod partikolari.

Kif tissottometti l-kontribuzzjoni tiegħek

Nistednuk tikkummenta dwar il-mistoqsijiet li tqajmu dwar id-dokument ta’ konsultazzjoni pdf - 66 KB [66 KB] English (en) billi tibgħat il-kontribuzzjoni tiegħek fl-indirizz elettroniku li jikkorrespondi mat-tip ta’ organizzazzjoni tiegħek:

Jekk jogħġbok ibgħat tweġiba għal din il-konsultazzjoni pubblika mhux aktar tard mill-14 ta’ Lulju 2013.

Huwa importanti li wieħed jaqra l-istqarrija speċifika dwar il-privatezza mehmuża ma’ din il-konsultazzjoni għal tagħrif dwar kif id-dejta personali tiegħek u l-kontribut tiegħek se jiġu ttrattati.

Fl-interess tat-trasparenza, l-organizzazzjonijiet (li jinkludu, pereżempju, NGOs, assoċjazzjonijiet tan-negozju u l-intrapriżi kummerċjali) ġew mistiedna jipprovdu lill-pubbliku bit-tagħrif rilevanti dwarhom infushom billi jirreġistraw fir-Reġistru għat-Trasparenza u jabbonaw mal-Kodiċi ta' Kondotta tiegħu.
  • Jekk inti Organizzazzjoni rreġistrata, jekk jogħġbok indika l-isem u l-indirizz tal-organizzazzjoni tiegħek u n-numru tal-ID tar-Reġistrazzjoni fl-ewwel paġna tal-kontribuzzjoni tiegħek. Il-kontribuzzjoni tiegħek imbagħad titqies bħala rappreżentazzjoni tal-fehmiet tal-organizzazzjoni tiegħek.
  • Jekk l-organizzazzjoni tiegħek mhix irreġistrata għandek l-opportunità li Tirreġistra issa.
    Imbagħad erġa' lura f'din il-paġna biex tissottometti l-kontribuzzjoni tiegħek bħala organizzazzjoni rreġistrata.
  • It-tweġibiet minn organizzazzjonijiet mhux irreġistrati se jiġu pubblikati separatament.

Il-Kummissjoni titlob lill-organizzazzjonijiet li jixtiequ jissottomettu kummenti fil-kuntest tal-konsultazzjonijiet pubbliċi biex jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-pubbliku bl-informazzjoni dwar lil min u x'jirrappreżentaw. Jekk organizzazzjoni tiddeċiedi li ma tipprovdix din l-informazzjoni, skont il-politika tal-Kummissjoni, dawn il-kontribuzzjonijiet jitqiegħdu f'lista ta' kontriubzzjonijiet individwali. (Standards dwar il-Konsultazzjonijiet, ara COM (2002) 704, u l-Komunikazzjoni dwar is-Segwitu tal-ETI, ara COM (2007) 127 tal-21/03/2007).

Ara d-dokument ta’ konsultazzjoni (il-kwestjonarju)

  • Ara d-dokument ta’ konsultazzjoni (il-kwestjonarju) pdf - 66 KB [66 KB] English (en)

Dettalji ta’ kuntatt

Servizz responsabbliIl-Kummissjoni Ewropea, DĠ Intrapriża u Industrija,
Unità H3 – Applikazzjonijiet tan-Navigazzjoni Satellitari tal-UE u Affarijiet Internazzjonali
emailENTR-EU-SAT-NAV-APPL-INTL-AFFAIRS@ec.europa.eu
indirizz postaliEuropean Commission, BREY 07/335 B-1049 Brussels

Ara l-kontribuzzjonijiet

Ir-riżultati tal-konsultazzjoni u l-passi li jmiss

Il-kontribuzzjonijiet kollha li nirċievu se jiġu ppubblikati fuq il-websajt tad-DĠ għall-Intrapriżi flimkien ma' rapport fil-qosor b’ħarsa ġenerali lejn il-kontributi mwassla.
Abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz tal-konsultazzjoni pubblika, il-Kummissjoni se tidentifika b’mod iktar preċiż kwistjonijiet li jridu jiġu indirizzati u se tislet konklużjonijiet dwar l-azzjonijiet li trid tieħu biex timmassimizza l-adozzjoni mis-suq tal-applikazzjonijiet GNSS.

Dokumenti ta' referenza


  • Rapport – Oqsma ġodda ta' prijorità u azzjonijiet possibbli fil-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Applikazzjonijiet GNSS 2014-2018 pdf - 2 MB [2 MB] English (en)
  • Preżentazzjoni – Evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Applikazzjonijiet GNSS 2010-2013 pdf - 377 KB [377 KB] English (en)

Aqsam: FacebookGoogle+LinkedInIbgħat din il-paġna lil sħabek

Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'200 fil-mijaStampa din il-paġna