Mogħdija tan-navigazzjoni

Innovazzjoni industrijali

It-Tieni Kompetizzjoni Ewropea dwar l-Innovazzjoni Soċjali

It-Tieni Kompetizzjoni Ewropea dwar l-Innovazzjoni Soċjali ilha magħluqa mill-11 ta' Diċembru 2013. Agħti ħarsa lejn ir-rebbieħa.

Il-Kompetizzjoni, imnedija b’tifkira ta’ Diogo Vasconcelos, tistieden lill-Ewropej biex joħorġu b’soluzzjonijiet ġodda biex jonqos il-qgħad u jiġu minimizzati l-effetti negattivi tal-qgħad fuq l-ekonomija u s-soċjetà tagħna kemm issa kif ukoll fil-ġejjieni. L-innovazzjoni soċjali mhix biss mixtieqa, hija bżonn.

Ma jimpurtax jekk għadek ma sibtx l-investitur it-tajjeb għall-ideat tiegħek. Nistgħu ngħinuk tagħti ħajja lill-proġett tiegħek bħala parti mill-Akkademja għall-Innovazzjoni Soċjali tagħna. It-tliet proġetti rebbieħa se jingħataw appoġġ finanzjarju ta’ EUR 30,000.

Dan mhux kollox. Ir-rebbieħa tal-ewwel edizzjoni jenfasizzaw li l-Kompetizzjoni tathom l-opportunità li jiżviluppaw idea tajba, li jagħtu leġittimità lil xogħolhom, u fl-aħħar iżda mhux l-inqas, li jagħmlu s-soluzzjoni tagħhom aċċessibbli għal aktar nies.

Iżżomx l-ideat it-tajbin tiegħek għalik. Kif qal wieħed mir-rebbieħa: "Jekk tiġik idea, aħdem fuqha u ħu ċans. Jista' jiġrilek l-istess. Tista' tirbaħ.”

Aqsam: FacebookGoogle+LinkedInIbgħat din il-paġna lil sħabek

Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'200 fil-mijaStampa din il-paġna