Mogħdija tan-navigazzjoni

Standards Ewropej

L-istandardizzazzjoni hija proċess volontarju għall-iżvilupp ta' speċifikazzjonijiet tekniċi bbażati fuq kunsens fost il-partijiet interessati kollha (industrija li tinkludi Intrapriżi Żgħar u ta' Daqs Medju (SMEs), konsumaturi, trejdjunjins, Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi ambjentali (NGO), awtoritajiet pubbliċi, eċċ). Din titwettaq minn korpi tal-istandards indipendenti, li jaġixxu fuq livell nazzjonali, Ewropew u internazzjonali.

Waqt li l-użu ta' standards jibqa' volontarju, sa min-nofs is-snin tmenin, l-Unjoni Ewropea għamlet dejjem iżjed użu mill-istandards bħala bażi għall-politika u l-leġiżlazzjoni tagħha.

L-istandardizzazzjoni kkontribwiet b'mod sinifikanti biex jitkompla s-Suq Intern fil-kuntest ta' leġiżlazzjoni ta' ' Strateġija Ġdida', li tirreferi għal standards Ewropej żviluppati mill-organizzazjzonijiet tal-istandards Ewropej Deutsch (de) English (en) français (fr) .

Barra minn dan, l-istandardizzazzjoni Ewropea ssostni politiki Ewropej fl-oqsma ta' kompetittività, Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT), innovazzjoni, interoperabilità, ambjent, trasport, enerġija, protezzjoni tal-konsumatur, eċċ.

L-istandardizzazzjoni hija għodda eċċellenti li tiffaċilita l-kummerċ internazzjonali, il-kompetizzjoni u l-aċċettazzjoni ta' innovazzjonijiet mis-swieq. Sfida ewlenija għall-istandardizzazzjoni Ewropea hija li ssaħħaħ il-kontribut tagħha għall-kompetittività tal-Intrapriżi Żgħar u ta' Daqs Medju (SMEs).

Kontenut ewlieni

  • References of harmonised standards and of other European standards English (en)
  • More and faster standards – new Regulation on European standardisation Deutsch (de)English (en)français (fr)
  • Standardisation requests: mandates database Deutsch (de)English (en)français (fr)

Aqsam: FacebookGoogle+LinkedInIbgħat din il-paġna lil sħabek

Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'200 fil-mijaStampa din il-paġna