Navigation path

Segwi EU_enterprise fuq Twitter Facebook L-istazzjon YouTube tagħna Il-feeds RSS tagħna

Ħidma għas-sikurezza tal-konsumaturi. L-10 anniversarju tas-Sistema ta' Twissija Bikrija Ewropea dwar il-prodotti perikolużi

News in RSS

"Ir-RAPEX turi li l-Ewropa qiegħda żżomm għajnejha miftuħin, u jimpurtaha mis-sikurezza tal-500 miljun ċittadin. Hija qasam li juri kemm tirnexxi l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-istituzzjonijiet tal-UE għall-benefiċċju taċ-ċittadini tagħna. L-10 anniversarju tar-RAPEX jagħti xhieda tal-importanza dejjem tiżdied li jagħtu l-awtoritajiet tal-infurzar lill-kooperazzjoni biex niżguraw Suq Uniku aktar sikur." – qalet Neven Mimica, il-Kummissarju tal-UE għall-Politika tal-Konsumatur.

Is-Sistema ta' Twissija Bikrija tal-UE (RAPEX) ilha tul dawn l-aħħar 10 snin tipproteġi lill-konsumaturi Ewropej kontra prodotti mhux tal-ikel li huma perikolużi.

Fl-2013 ittieħdu total ta' 2,364 miżura mill-Istati Membri tal-UE. Din iċ-ċifra turi żieda ta' 3.8% fl-għadd ta' twissijiet bi tqabbil mal-2012, u tkompli x-xejra ta' żieda tat-twissijiet li ilha tidher sa mit-twaqqif tar-RAPEX fl-2003.

Fl-2013, il-ħwejjeġ, it-tessuti u l-oġġetti tal-moda (25%), u warajhom il-ġugarelli (25 %), kienu ż-żewġ kategoriji tal-prodotti prinċipali li dwarhom kellhom jittieħdu miżuri korrettivi. Fost ir-riskji nnotifikati l-aktar ta' spiss ikkawżati minn dawn il-prodotti kien hemm riskji kimiċi, riskji ta' tgħalliq u riskji ta' korriment u ta' fgar.

Il-pajjiż ta' oriġini ewlieni fis-sistema tat-twissijiet huwa ċ-Ċina. Is-sena li għaddiet, 64 % tal-għadd totali tan-notifiki dwar prodotti li jistgħu jkunu ta' periklu kienu relatati ma' prodotti ġejjin miċ-Ċina.

Stqarrija għall-istampa - memo English

"Ir-RAPEX turi li l-Ewropa qiegħda żżomm għajnejha miftuħin, u jimpurtaha mis-sikurezza tal-500 miljun ċittadin. Hija qasam li juri kemm tirnexxi l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-istituzzjonijiet tal-UE għall-benefiċċju taċ-ċittadini tagħna. L-10 anniversarju tar-RAPEX jagħti xhieda tal-importanza dejjem tiżdied li jagħtu l-awtoritajiet tal-infurzar lill-kooperazzjoni biex niżguraw Suq Uniku aktar sikur." – qalet Neven Mimica, il-Kummissarju tal-UE għall-Politika tal-Konsumatur.

Share: Facebook Google+ LinkedIn send this page to a friend