Mogħdija tan-navigazzjoni

Ġimgħa Ewropea tal-SMEs

Interessat li torganizza avveniment?

Il-logo tal-Ġimgħa Ewropea tal-SMEs 2011 © European Union, 2008 - 2011

X'għandek tagħmel?

Niedi avvenimenti u attivitajiet li:

  • jippromwovu l-intraprenditorija (kemm intraprendituri ġodda jew eżistenti)
  • informa lin-negozji dwar l-appoġġ disponibbli (Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali) biex tgħinhom jilħqu l-potenzjal tagħhom b'mod sħiħ.

Kif?

Permezz ta' konferenzi, kompetizzjonijiet, wirjiet, ġranet għall-pubbliku f'kumpanija - jew kull mezz ieħor li jista' jattira udjenza interessata f'kumpaniji żgħar ħafna, żgħar jew ta' daqs medju.

Dwar liema temi?

Kulma hu essenzjali biex jitmexxew negozji żgħar/ta' daqs medju, dan jiddependi mill-kompetenza jew l-esperjenza tiegħek: bidu ta' negozju, responsabbiltà soċjali korporattiva, kwistjonijiet tat-taxxi jew legali, intraprenditorija tan-nisa, ekonomija soċjali, eċċ.

Possibbli temi oħrajn

Fejn?

L-avvenimenti jistgħu jkunu:

  • nazzjonali, reġjonali, lokali u anki bejn il-fruntieri
  • "Ewropej" – organizzati jew minn organizzazzjonijiet (negozji) u istituzzjonijiet f'livell Ewropew jew inkella minn rappreżentanzi nazzjonali/reġjonali fi Brussell. Jew avvenimenti b'dimensjoni Ewropea qawwija li jsiru f'wieħed minn 37 pajjiż parteċipanti.
  • internazzjonali – li jinvolvu pajjiżi oħrajn mhux biss is-37 pajjiż parteċipanti.

Limitu taż-żmien għar-reġistrazzjoni – xahar kalendarju wieħed qabel ma jkun skedat biex iseħħ l-avveniment.

Jekk l-avveniment tiegħek jissodisfa l-għanijiet ġenerali tal-Ġimgħa Ewropea tal-SMEs, jiġi approvat mill-koordinatur(i) nazzjonali ta' pajjiżek, jew mill-Kummissjoni Ewropea jekk dan ikun avveniment Ewropew.

  • Lista ta' Koordinaturi Nazzjonali tal-Ġimgħa Ewropea tal-SMEs pdf - 206 KB [206 KB] English (en)

Aqsam: FacebookGoogle+LinkedInIbgħat din il-paġna lil sħabek

Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'200 fil-mijaStampa din il-paġna