Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-Ġimgħa Ewropea tal-SMEs 2013

Il-logo tal-Ġimgħa Ewropea tal-SMEs, © European Union, 2008 - 2012

Ikkoordinata mill-Kummissjoni Ewropea, din il-kampanja tippromwovi l-intrapriża fl-Ewropa skont l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa Deutsch (de) English (en) français (fr) .

Din qed issir f'37 pajjiż, għalhekk avvenimenti u attivitajiet – nazzjonali, reġjonali jew lokali – se jkunu viċin kemm jista' jkun ta' intraprendituri eżistenti u potenzjali.

Il-Ġimgħa Ewropea tal-SMEs għandha l-għan li:

  • tipprovdi informazzjoni dwar dak li l-UE u l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali qed joffru bħala appoġġ lin-negozji żgħar ħafna, żgħar u ta' daqs medju;
  • tippromwovi l-intraprenditorija biex b'hekk aktar persuni, u b'mod partikulari ż-żgħażagħ, jikkunsidraw b'mod serju li jagħżlu karriera bħala intraprendituri;
  • tirrikonoxxi lill-intraprendituri għall-kontribuzzjoni tagħhom lill-benesseri Ewropew, l-impjiegi, l-innovazzjoni u l-kompetittività.

Il-Ġimgħa Ewropea tal-SME se ssir bejn id-29 ta' Settembru u l-5 ta' Ottubru 2014.

L-avveniment ewlieni se jseħħ flimkien mal-Assemblea tal-SME Deutsch (de) English (en) français (fr) italiano (it) u ċ-Ċerimonja tal-Premjijiet Ewropej għall-Promozzjoni tal-Intrapriżi bejn l-1 u t-3 ta' Ottubru 2014 f'Napli, l-Italja.

Il-Ġimgħa Ewropea tal-SMEs tas-sena li għaddiet (2012)

Dawn l-avvenimenti – organizzati minn organizzazzjonijiet kummerċjali, provvedituri ta' appoġġ kummerċjali u awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali – se jagħmluha wkoll possibbli li kumpaniji eżistenti jaqsmu l-esperjenza tagħhom u jkomplu jiżviluppaw lilhom infushom.

Madwar 1,500 avveniment seħħew mal-Ewropa kollha fl-2012. Xi eżempji:

  • Standard tar-Raportaġ Finanzjarju tal-SMEs tat-Turkija mismum f’Antalya, it-Turkija
  • Ir-Roadshow l-Idea Tiegħek ta’ Negozju Kbir f’5 ibliet fl-Irland
  • Promozzjoni ta’ seminar għall-Intraprenditorija tan-Nisa f’Sombor, is-Serbja 
  • Tagħlim elettroniku fid-Dinja Diġitali f’Porto, il-Portugall
  • "Biljun għall-Innovazzjoni tal-SMEs fl-2O12" fi 11-il belt, il-Polonja
  • Tkellem il-Lingwaġġ tan-Negozju tal-UE f’Valcea, ir-Rumanija
  • Netwerks Innovattivi tal-SMEs fir-Reġjuni Emerġenti f’Sevilja, Spanja

Avvenimenti

  • "Plato" training series English (en)

    28/03/2014 > 28/11/2014 - Non-Profit Gazdaságfejlesztő Szervezetek Háza, Debrecen

  • ENTREPRENEURSHIP EDUCATION English (en)

    03/03/2014 > 17/12/2014 - KARAMAN ÇALIŞMA VE İŞ KURUMU İL MÜDÜRLÜĞÜ, KARAMAN

  • Applied Entrepreneurship Education Programme English (en)

    01/09/2014 > 26/09/2014 - KONAK, İZMİR

  • Applied Entrepreneurship Education Programme English (en)

    04/09/2014 > 20/09/2014 - GEDİZ ÜNİVERSİTESİ ÇANKAYA YERLEŞKESİ, Izmir

  • Applied Entrepreneurship Education Programme English (en)

    08/09/2014 > 23/09/2014 - GEDİZ ÜNİVERSİTESİ ÇANKAYA YERLEŞKESİ , Izmir

Aktar attivitajietRSS

Aqsam: FacebookGoogle+LinkedInIbgħat din il-paġna lil sħabek

Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'200 fil-mijaStampa din il-paġna