Mistoqsijiet frekwenti
- 01. Min jista' jieħu sehem fil-Ġimgħa Ewropea tal-SMEs?
- 02. Fejn ser iseħħu l-avvenimenti?
- 03. Meta se tkun organizzata l-Ġimgħa Ewropea tal-SMEs 2012?
- 04. Hemm limiti ta' żmien għall-organizzaturi tal-avvenimenti biex jirreġistraw avveniment?
- 05. Il-kampanja se tkun organizzata biss f'pajjiżi tal-UE?
- 06. X'tip ta' avvenimenti se jiġu organizzati?
- 07. Kif jista' intraprenditur jibbenefika mill-Ġimgħa Ewropea tal-SMEs?
- 08. Kif jista' organizzatur jibbenefika mill-Ġimgħa Ewropea tal-SMEs?
- 09. Kif nista' napplika biex nattendi għall-avveniment?
- 10. Nixtieq norganizza avveniment nazzjonali - lil min għandi nikkuntattja?
- 11. Nixtieq norganizza avveniment Ewropew jew internazzjonali - lil min għandi nikkuntattja?
- 12. Nista' nirċievi notifika meta jiġu ppubblikati avvenimenti ġodda fuq il-websajt?
- 13. Kif jistgħu l-ġurnalisti jingħataw informazzjoni dwar il-Ġimgħa Ewropea tal-SMEs u jkopru avveniment?
- 01. Min jista' jieħu sehem fil-Ġimgħa Ewropea tal-SMEs?
-
Entitajiet li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ jistgħu jorganizzaw avvenimenti, li se jkunu mmirati prinċipalment lejn intraprendituri eżistenti u potenzjali.
- 02. Fejn ser iseħħu l-avvenimenti?
-
Għalkemm se jkun hemm xi avvenimenti Ewropej/internazzjonali, il-parti l-kbira tal-avvenimenti se jkunu nazzjonali, miżmumin f'wieħed minn37 pajjiż li qed jipparteċipaw.
- 03. Meta se tkun organizzata l-Ġimgħa Ewropea tal-SMEs 2012?
-
Il-ġimgħa nfisha hi bejn it-15 u d-21 ta' Ottubru – iżda l-kampanja tinkludi avvenimenti li jibdew minn nofs April u jibqgħu għaddejjin sal-aħħar tal-2012.
- 04. Hemm limiti ta' żmien għall-organizzaturi tal-avvenimenti biex jirreġistraw avveniment?
-
IVA - Xahar kalendarju wieħed qabel ma jseħħu.
U ebda avveniment ma jiġi rreġistrat wara t-30 ta' Novembru 2012.
- 05. Il-kampanja se tkun organizzata biss f'pajjiżi tal-UE?
-
LE - anki fl-Albanija, fil-Kroazja, fl-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fl-Islanda, f'Iżrael, fil-Liechtenstein, fil-Montenegro, fin-Norveġja, fis-Serbja u fit-Turkija.
- 06. X'tip ta' avvenimenti se jiġu organizzati?
-
L-avvenimenti jistgħu jieħdu xeħta ta' ġranet ta' azzjoni, arti u preżentazzjoni, ġranet għall-pubbliku f'kumpaniji, kompetizzjonijiet/konkorsi, ġranet tal-intraprendituri, wirjiet/fieri, forums dwar il-finanzi, lekċers/konferenzi, korsijiet tal-lingwi għall-intraprendituri, konsulenzi, netwerking, avvenimenti onlajn/żjajjar virtwali, attivitajiet fil-beraħ/wirjiet mat-toroq, żjajjar ta' studju, gruppi ta' ħidma/seminars, eċċ.
L-avvenimenti għandhom jiffokaw fuq temi speċifiċi bħall-aċċess għall-finanzi, il-piż amministrattiv, il-falliment u l-bidu mill-ġdid, l-istrateġija kummerċjali, l-appoġġ kummerċjali, ir-responsabbiltà soċjali korporattiva, is-sitwazzjoni ekonomika, il-kummerċ, l-intrapreditorija, l-edukazzjoni fl-intraprenditorija, l-effiċjenza ambjentali/fl-użu tal-enerġija, l-intraprenditorija etnika, l-intraprenditorija tan-nisa, it-tkabbir, l-innovazzjoni/it-teknoloġija, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, l-internazzjonalizzazzjoni, il-ġestjoni ta' proġetti tal-UE għall-SMEs, il-ġestjoni, it-tqegħid fis-suq/il-bejgħ, l-inċentivi nazzjonali/reġjonali/lokali għall-SMEs, in-netwerking/il-kooperazzjoni, il-promozzjoni tal-programmi tal-UE għall-SMEs, l-akkwist pubbliku, l-intraprenditorija anzjana, il-kapaċitajiet/il-kwalifiki, l-intraprenditorija soċjali, l-istandardizzazzjoni, kif jinbeda negozju, is-sottokuntratti, il-kwistjonijiet tat-taxxa u legali, it-trasferiment ta' negozju, l-intraprenditorija taż-żgħażagħ, eċċ.
- 07. Kif jista' intraprenditur jibbenefika mill-Ġimgħa Ewropea tal-SMEs?
- 08. Kif jista' organizzatur jibbenefika mill-Ġimgħa Ewropea tal-SMEs?
-
Billi jitgħallem mill-esperjenza ta' organizzaturi oħrajn u jingħaqad ma' intraprendituri.
Il-provvedituri ta' appoġġ kummerċjali jistgħu jagħmlu konxji lill-intraprendituri tas-servizzi tagħhom.
- 09. Kif nista' napplika biex nattendi għall-avveniment?
-
Ikkuntattja lill-organizzatur rilevanti tal-avveniment fil-Lista tal-Avvenimenti
Jekk tiltaqa' ma' xi problema, ikkuntattjana.
- 10. Nixtieq norganizza avveniment nazzjonali - lil min għandi nikkuntattja?
-
L-ewwel aqra l-Informazzjoni għall-organizzaturi.
Imbagħad Irreġistra l-avveniment tiegħek.
Hekk kif ikun approvat, l-avveniment tiegħek se jiġi ppubblikat f'dan il-websajt fil-Lista tal-Avvenimenti.
Tirċievi wkoll email bid-dettalji dwar kif tmexxi l-avveniment tiegħek u tinvolvi ruħek b'mod attiv fil-kampanja l-Ġimgħa Ewropea tal-SMEs.
- 11. Nixtieq norganizza avveniment Ewropew jew internazzjonali - lil min għandi nikkuntattja?
-
L-ewwel aqra l-Informazzjoni għall-organizzaturi.
Imbagħad Irreġistra l-avveniment tiegħek.
Hekk kif ikun approvat, l-avveniment tiegħek se jiġi ppubblikat f'dan il-websajt fil-Lista tal-Avvenimenti.
Tirċievi wkoll email bid-dettalji dwar kif tmexxi l-avveniment tiegħek u tinvolvi ruħek b'mod attiv fil-kampanja l-Ġimgħa Ewropea tal-SMEs.
- 12. Nista' nirċievi notifika meta jiġu ppubblikati avvenimenti ġodda fuq il-websajt?
-
IVA - jekk għandek kont Twitter.
Inkiteb fil-profil ta' Twitter tal-Ġimgħa Ewropea tal-SMEs u uża kull xorta ta' applikazzjoni għall-klijenti ta' Twitter biex tirċievi notifiki.
Jekk qed torganizza avveniment, dan hu l-mod li bih issegwi l-pubblikazzjoni tiegħu (jew inkella ċċekkja b'mod regolari l-websajt tal-Ġimgħa Ewropea tal-SMEs).
- 13. Kif jistgħu l-ġurnalisti jingħataw informazzjoni dwar il-Ġimgħa Ewropea tal-SMEs u jkopru avveniment?
-
Avvenimenti nazzjonali - ikkuntattja l-koordinatur(i) nazzjonali rilevanti
[70 KB]
.Avvenimenti Ewropej/internazzjonali - uża l-formola ta' kuntatt.



