Mogħdija tan-navigazzjoni

Għodod addizzjonali

Glossarju

ATEX
Tagħmir għall-użu f'ambjenti potenzjalment splussivi
Fuq
CSR
Responsabbiltà Soċjali Korporattiva
Fuq
EIC
Ċentri ta' Tagħrif dwar l-Euro
EPSO
Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Personal
EUJBRT
Diskussjoni dwar in-Negozju bejn l-UE u l-Ġappun
EUP
Prodotti li Jużaw l-Enerġija
Europe INNOVA
Europe INNOVA hija inizjattiva tad-Direttorat Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija li taspira li ssir il-laboratorju għall-iżvilupp u għall-ittestjar ta' għodod u strumenti ġodda bħala appoġġ għall-innovazzjoni bl-għan li tgħin intrapriżi innovattivi jiġġeddu aktar malajr u aħjar. Din tlaqqa' flimkien lill-fornituri ta'appoġġ għall-innovazzjoni kemm pubbliċi kif ukoll privati bħalma huma aġenziji tal-innovazzjoni, uffiċċji ta' trasferiment teknoloġiku, inkubaturi tan-negozji, intermedjarji finanzjarji, organizzazzjonijiet ta' gruppi ta' intrapriżi u oħrajn.
Fuq
GHS
Sistema Globali Armonizzata
GMES
Sistema ta' Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà
Gruppi ta' intrapriżi
Il-Gruppi ta' intrapriżi jistgħu jiġu definiti bħala gruppi ta' ditti, atturi ekonomiċi relatati u istituzzjonijiet li jinsabu qrib xulxin u li laħqu skala biżżejjed biex jiżviluppaw esperjenza, servizzi, riżorsi, provvisti u ħiliet speċjalizzati.
Fuq
IDA
Skambju ta' Dejta bejn l-Amministrazzjonijiet
Industriji tat-Tagħmir tar-Radju u Tagħmir ta' Terminali ta' Telekomunikazzjonijiet (RTTE)
Is-settur tal-Industriji tat-Tagħmir tal-Komunikazzjonijiet bir-Radju u tat-Terminali tat-Telekomunikazzjonijiet iħaddan il-prodotti kollha li jużaw l-ispettru tal-frekwenza tar-radju (eż. apparat li jiftaħ il-bibien tal-karozzi, tagħmir ta' komunikazzjoni li jista' jinġarr bħal telefowns ċellulari, radjijiet CB, trażmettituri tax-xandir, eċċ.) u t-tagħmir kollu mqabbad man-netwerks pubbliċi tat-telekomunikazzjoni (eż. modems tal-ADSL, telefowns, swiċċijiet tat-telefown).
Is-Sistema Globali Armonizzata tal-Klassifikazzjoni u t-Tikkettar tal-Kimiċi (GHS)
Is-Sistema Globali Armonizzata tal-Klassifikazzjoni u t-Tikkettar tal-Kimiċi (GHS) hija sistema tan-Nazzjonijiet Uniti biex tidentifika sustanzi kimiċi perikolużi u biex tinforma lill-utenti dwar dawn il-perikli permezz ta' simboli u frażijiet standard fuq it-tikketti tal-prodotti u permezz ta' karti tad-dejta dwar is-sigurtà (SDS). Fis-16 ta' Diċembru 2008 il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw Regolament ġdid dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ ta' sustanzi u taħlitiet (CLP) li tpoġġi l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE fl-istess linja tal-GHS. Dan ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-31 ta' Diċembru 2008.
Fuq
Klassifika tal-Innovazzjoni Ewropea (EIS)
L-EIS ilha tipprovdi evalwazzjoni annwali tal-prestazzjoni fl-innovazzjoni madwar l-UE bħala parti mill-Politika tal-Innovazzjoni tal-UE sa mill-2001.
Kompetittività
Ekonomija kompetittiva hija ekonomija b'rata konsistentament għolja ta' tkabbir fil-produttività. Il-kompetittività tiddependi fuq il-prestazzjoni tal-industrija ta' ekonomija mmexxija mill-SMEs. Biex tkun kompetittiva, l-UE trid tagħti prestazzjoni aħjar minn dik tal-kompetituri tagħha fir-rigward tar-riċerka u l-innovazzjoni, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, l-intraprenditorija, il-kompetizzjoni, l-edukazzjoni u t-taħriġ. L-Istrateġija ta' Liżbona kienet maħsuba biex tagħmel mill-Ewropa l-aktar ekonomija kompetittiva u dinamika tad-dinja: għaldaqstant, il-kompetittività hija waħda mill-prijoritajiet politiċi ewlenin tal-Unjoni Ewropea.
Fuq
Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà (GMES)
Il-GMES (Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà) huwa inizjattiva Ewropea għall-implimentazzjoni ta' servizzi informattivi dwar l-ambjent u s-sigurtà. Il-GMES sejjer ikun ibbażat fuq dejta ta' osservazzjoni li tasal minn satelliti li Josservaw lid-Dinja u fuq tagħrif ibbażat fuq l-art. Din id-dejta tiġi kkoordinata, analizzata u mħejjija għall-utenti aħħarin. Il-GMES sejjer jiżviluppa sensiela ta' servizzi għaċ-ċittadini Ewropej biex jgħinuhom itejbu l-kwalità tal-ħajja fir-rigward tal-ambjent u s-sigurtà. Il-GMES għandu rwol strateġiku fl-appoġġ għal politiki ewlenin tal-UE permezz tas-servizzi tiegħu.
MRA
Ftehimiet ta' Rikonoxximent Reċiproku
Fuq
Offerti Elettroniċi Kuljum (TED)
(TED) huwa l-verżjoni elettronika tas-suppliment S tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jkun fih, fost l-oħrajn., sejħiet għal offerti, għotjiet ta' kuntratti u avviżi ta' tagħrif ewlieni
Fuq
PECAs
Protokolli għall-Ftehimiet Ewropej dwar l-Evalwazzjoni tal-Konformità u l-Aċċettazzjoni ta' Prodotti Industrijali
Fuq
REACH
Ir-REACH huwa r-Regolament il-ġdid dwar ir-Reġistrazzjoni, l-Evalwazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Kimiċi. Dan daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2007. Dan ir-regolament jissimplifika u jtejjeb il-qafas leġiżlattiv preċedenti tal-Unjoni Ewropea (UE) dwar il-kimiċi.
REACH
Reġistrazzjoni, Evalwazzjoni, Awtorizzazzjoni u Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi
Regolamentazzjoni aħjar / It-Tneħħija tal-Burokrazija Żejda
It-tneħħija tal-burokrazija żejda hija l-proċess li permezz tiegħu titnaqqas il-burokrazija li mhix meħtieġa. L-UE hija impenjata fl-iżvilupp ta' ambjent regolatorju aħjar għan-negozji - wieħed li jkun sempliċi, jinftiehem faċilment, effettiv u li jista' jkun infurzat. It-tneħħija tal-burokrazija żejda għandha tgħin lin-nies fin-negozju u lill-intraprendituri jtejbu l-kompetittività, kif ukoll tikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli.
Responsabbiltà Soċjali Korporattiva (CSR)
Is-CSR tirreferi għall-kunċett li permezz tiegħu, il-kumpaniji jintegraw objettivi soċjali u ambjentali fl-operat tan-negozju tagħhom u fl-interazzjoni tagħhom ma' partijiet interessati fuq bażi volontarja. Dawk l-SMEs li integraw il-kunċett ta' CSR għandhom imġiba etika u jikkontribwixxu fl-iżvilupp ekonomiku filwaqt li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tal-impjegati u tal-familji tagħhom, kif ukoll tal-komunità lokali u tas-soċjetà inġenerali.
RTTE
Tagħmir tar-Radju u Tagħmir tat-Terminali tat-Telekomunikazzjonijiet
Fuq
Is-Suq uniku jew intern
Is-suq uniku jew intern tal-UE hu suq fejn il-prodotti, is-servizzi, il-kapital u l-persuni jistgħu jiċċirkolaw liberament. Il-prinċipju tal-moviment liberu tal-prodotti jirrikjedi li l-ostakli nazzjonali għall-moviment liberu tal-prodotti fi ħdan l-UE jitneħħew. L-Artikoli 34 sa 36 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprojbixxu restrizzjonijiet kwantitattivi fuq importazzjonijiet, esportazzjonijiet jew prodotti fi transitu u kull miżura restrittiva simili bejn il-pajjiżi membri. Il-miżuri kollha li jistgħu jfixklu direttament jew indirettament dawn l-importazzjonijiet huma meqjusin bħala restrizzjonijiet kwantitattivi.
SME
Skont l-Artikolu 2 tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE, il-kategorija ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (SMEs) hija magħmula minn intrapriżi li jħaddmu inqas minn 250 persuna u li għandhom qligħ annwali li ma jaqbiżx il-€50 miljun, u/jew it-total tal-karta tal-bilanċ annwali li ma jaqbiżx l-€43 miljun (ara: definizzjoni ta' SME ). L-SMEs huma s-sinsla tal-ekonomija tal-UE - dawn jirrappreżentaw 99 % tal-intrapriżi kollha fl-UE. Madwar 23 miljun SMEs jipprovdu madwar 75 miljun impjieg.
Sostenibbiltà
Il-kunċett ta' żvilupp sostenibbli jirreferi għal forma ta' żvilupp li jissodisfa l-ħtiġijiet tal-lum mingħajr ma jikkomprometti l-abbiltà ta' ġenerazzjonijiet futuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom. L-UE approvat l-objettivi ambizzjużi li tnaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra tal-Ewropa b'20%, li ttejjeb l-effiċjenza fil-qasam tal-enerġija tal-Ewropa b'20% u li żżid is-sehem ta' enerġija rinnovabbli b'20% sal-2020. Dan jinkludi l-isforz biex jitfasslu politiki li jtejbu l-kompetittività industrijali, ekonomika u kummerċjali tal-UE, filwaqt li tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-prospetti futuri tal-pjaneta.
Standardizzazzjoni
L-istandardizzazzjoni hija l-proċess li permezz tiegħu l-UE timmira li tistabbilixxi kriterji ta' kwalità għoljin fost il-pajjiżi membri tagħha. Din hija bbażata fuq kunsens fost id-diversi msieħba involuti - industriji, konsumaturi u awtoritajiet pubbliċi. Ir-riżultat mixtieq huwa l-interoperabbiltà, jiġifieri, il-kumpatibbiltà teknika ta' prodotti, servizzi u proċessi kumplimentari. Il-proċess jinvolvi wkoll l-istabbiliment ta' metodi ta' ttestjar u rekwiżiti għall-prestazzjoni tas-sigurtà, tas-saħħa, tal-organizzazzjoni u tal-ambjent. L-istandardizzazzjoni tagħti lill-SMEs il-possibiltà li jibqgħu aġġornati mal-prattiki teknoloġiċi u tan-negozju. Hija simbolu ta' kwalità, rikonoxxuta mill-klijenti. Hija wkoll mezz kif issir kapitalizzazzjoni mit-tmexxija Ewropea fi swieq ġodda.
Fuq
TABD
Djalogu Transatlantiku dwar in-Negozju
Tagħmir maħsub għall-użu f'Ambjenti Potenzjalment Splussivi (ATEX)
Id-Direttiva ATEX, li l-isem tagħha huwa meħud mill-kliem Franċiż "ATmosphere EXplosible", tipprovdi r-rekwiżiti tekniċi għal tagħmir maħsub biex jintuża f'ambjenti potenzjalment splussivi. Ilha obbligatorja sa mill-1 ta' Lulju 2003.
TEC
Kunsill Ekonomiku Transatlantiku
Fuq
WES
L-Intraprenditorija tan-Nisa
Fuq

Aqsam: FacebookGoogle+LinkedInIbgħat din il-paġna lil sħabek