Mogħdija tan-navigazzjoni

Pubblikazzjonijiet

Opuskoli

Id-DĠ għall-Intrapriża joħroġ firxa wiesgħa ta' pubblikazzjonijiet, li ħafna minnhom jistgħu jiġu kkonsultati u mniżżla online bla ebda ħlas.

Pubblikazzjonijiet

Il-pubblikazzjonijiet kollha

Ir-Rivista dwar l-Intrapriża u l-Industrija

Interessat fix-xogħol li qed tagħmel l-UE biex ittejjeb il-klima tan-negozju, biex tagħmilha aktar faċli li wieħed joħloq u jmexxi intrapriża u joħloq l-impjiegi? Id-DĠ għall-Intrapriża u l-Industrija tal-Kummissjoni Ewropea jippreżenta l-politiki u l-attivitajiet tiegħu fuq ir-rivista online tiegħu, li hija akkumpanjata minn verżjoni regolari stampata.

L-Enterprise & Industry magazine Deutsch (de) English (en) français (fr) italiano (it) ikopri kwistjonijiet relatati mal-SMEs, l-innovazzjoni, l-intraprenditorija, is-suq uniku għall-oġġetti, il-kompetittività u l-ħarsien ambjentali, regolamentazzjoni aħjar, politiki industrijali dwar firxa wiesgħa ta' setturi, u aktar.

L-edizzjoni stampata tar-rivista tiġi ppubblikata tliet darbiet fis-sena. Tista' tabbona Deutsch (de) English (en) français (fr) italiano (it) biex tirċiviha bil-posta u mingħajr ħlas.

Newsletter

In-newsletter elettronika Enterprise News iżżommok aġġornat/a dwar kwistjonijiet relatati mad-DĠ għall-Intrapriża u l-Industrija, bħalma huma t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi, l-avvanz tas-suq intern għall-oġġetti, it-titjib tal-kompetittività tas-setturi industrijali, il-promozzjoni ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, l-appoġġ lill-innovazzjoni u l-inkoraġġiment tal-intraprenditorija.

Pubblikazzjonijiet tal-Intrapriża u l-Industrija fuq l-EU Bookshop

Tista' tfittex il-pubblikazzjonijiet tagħna fuq l-EU Bookshop.

Aqsam: FacebookGoogle+LinkedInIbgħat din il-paġna lil sħabek

Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'200 fil-mijaStampa din il-paġna