Mogħdija tan-navigazzjoni

In-netwerk tagħna

People network © cornelius - fotolia.com

Din il-paġna tippreżenta netwerk wiesa' ta' aġenziji u entitajiet esterni li jikkoopera magħhom id-DĠ Intrapriża u Industrija fil-ħidma tiegħu ta' kuljum.

L-aġenziji hawn taħt jimplimentaw politiki u proġetti speċifiċi għall-Kummissjoni.


L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (EACI)

Il-logo tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (EACI)

L-aġenzija tmexxi erba' programmi:

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni


Enterprise Europe Network

Il-logo ta' Enterprise Europe Network logoNetwerk pan-Ewropew ta' appoġġ għan-negozju li jgħin lill-kumpaniji żgħar u medji Ewropej isiru internazzjonali u iktar innovattivi English.

Il-kompiti operattivi u ta' ġestjoni tal-proġetti tan-netwerk huma mmexxija mill-EACI, u d-DĠ Intrapriża u Industrija jipprovdi gwida ġenerali u l-iżvilupp tal-politika.

Enterprise Europe Network English

 


L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA)

Il-logo tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA)Entità ta' finanzjament li tiġġestixxi partijiet kbar mill-programm ta' finanzjament għar-riċerka tal-UE.

Tipprovdi servizzi lill-komunità tar-riċerka u tappoġġa lill-ħafna servizzi tal-Kummissjoni involuti (DĠ Riċerka, Intrapriża, Soċjetà tal-Informazzjoni, Enerġija u Trasport).

L-REA tinnegozja ftehimiet finali ta' għotjiet ma' konsorzji tar-riċerka li għamlu suċċess, tipprovdi l-finanzjament u tivverifika li l-proġetti jimxu bla intoppi.

L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka


L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

Il-logo tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)Tipprovdi parir xjentifiku dwar kwistjonijiet tas-sikurezza / soċjo-ekonomiċi relatati mal-użu tal-kimiċi, u tmexxi lil REACH Deutsch (de) English (en) français (fr) u tieħu ħsieb tal-klassifikazzjoni, it-tikkettjar u l-ippakkjar.

L-aġenzija hi obbligata li tikkonsulta mal-Kummissjoni (DĠ Intrapriża, id-DĠ li minnha tnisslet) dwar wħud mill-kompiti speċifiċi tagħha kif ukoll l-ippjanar tal-ħidma tagħha u r-riżorsi meħtieġa.

L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi


L-Aġenzija Ewropea GNSS (Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita) (GSA)

Il-logo tal-Awtorità Ewropea Superviżorja GNSS (GSA)Il-programmi ta' radjunavigazzjoni bis-satellita EGNOS u Galileo huma mmexxija mill-Kummissjoni, iżda din awtorizzat ċerti kompiti lil GSA, l-iktar relatati mas-sigurtà, il-kummerċjalizzazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni.


Aġenzija Ewropea GNSS (GSA)


Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA)

Il-logo tal-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA)Entità intergovernattiva (18-il pajjiż membru li tippromwovi programmi konġunti non-militari, fir-riċerka u t-teknoloġija tal-ispazju, b'applikazzjonijiet xjentifiċi u operattivi, eż. Galileo English (en) , il-Programm Ewropew tal-osservazzjoni tad-Dinja (GMES).

Għalkemm indipendenti mill-UE, l-ESA u l-Kummissjoni jikkooperaw formalment skont ftehim qafas.

Ngħidu aħna, il-Kummissjoni tikkontribwixxi €624 miljun għall-Komponent Spazjali GMES biex b'hekk tiġġestixxi b'mod konġunt dan il-programm (l-ESA tipprovdi l-ġestjoni teknika u timplimenta l-baġit filwaqt li l-Kummissjoni tissorvelja l-implimentazzjoni ġenerali).

Aġenzija Spazjali Ewropea


L-Awtorità Ewropea dwar is-Siġurtà tal-Ikel (EFSA)

Il-logo tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (EFSA)Tagħti parir xjentifiku indipendenti lill-Kummissjoni dwar il-kwistjonijiet kollha li għandhom impatt fuq is-sigurtà tal-ikel. Ir-rwol tal-EFSA hu li tevalwa u tikkomunika r-riskji kollha assoċjati mal-katina alimentari.

Din tkopri l-ikel u l-għalf tal-annimali, is-saħħa u l-benessri tal-annimali, in-nutrizzjoni, il-protezzjoni tal-pjanti u s-saħħa tal-pjanti. Hija entità legali separata, indipendenti mill-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE.

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza tal-Ikel


Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN)

Il-logo tal-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN)L-entità Ewropea ewlenija għall-istandards – waħda minn 3 uffiċjalment rikonoxxuti mil-liġi Ewropea (l-oħrajn huma CENELEC u ETSI).

Pjattaforma għal 31 pajjiż għall-iżvilupp tal-istandards Ewropej u speċifiċitajiet oħra - speċjalment l-Istandards Ewropej (ENs) volontarji

Tkopri l-oqsma kollha ħlief l-elettroteknoloġija (CENELEC) u t-telekomunikazzjonijiet (ETSI).


Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni


Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC)

Il-logo tal-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC)Responsabbli għall-istandardizzazzjoni fil-qasam elettrotekniku billi jipproduċi standards elettrotekniċi volontarji Ewropej.

B'31 pajjiż membru, għandu ftehim ta' kooperazzjoni mal-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali.


Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika


L-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI)

Il-logo tal-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI)Responsabbli għall-istandardizzazzjoni fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet u xi aspetti tax-xandir.

Assoċjazzjoni privata mhux ta' lukru taħt il-liġi Franċiżi.

Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjonijiet


L-Aġenzija Ewropea tad-Difiża (EDA)

Il-logo tal-Aġenzija Ewropea tad-Difiża (EDA)Tgħin lilll-gvernijiet tal-UE u lill-Kunsill tal-UE jtejbu l-kapaċitajiet ta' difiża Ewropej fil-ġestjoni tal-kriżijiet u tappoġġa l-politika Ewropea tas-sigurtà u d-difiża.

Il-Kummissjoni (immexxija mid-DĠ Intrapriża) tikkontribwixxi ta' spiss għall-ħidma tal-aġenzija, u l-Kummissarju għall-Intrapriża hu osservatur fil-Bord tat-Tmexxija tal-EDA.


Aġenzija Ewropea tad-Difiża


Aqsam: FacebookGoogle+LinkedInIbgħat din il-paġna lil sħabek

Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'200 fil-mijaStampa din il-paġna