Mogħdija tan-navigazzjoni

Kuntratti u għotjiet - aċċess għal opportunitajiet ta' negozju

Karti tal-flus Euro

Għadd ta' kuntratti u għotjiet differenti huma magħmula disponibbli b'mod regolari għal kumpaniji jew organizzazzjonijiet li jixtiequ jaħdmu mad-DĠ għall-Intrapriża u l-Industrija jew japplikaw għall-għoti ta' fondi.

Fil-qafas tal-kuntratti ta' akkwist pubbliku, id-DĠ għall-Intrapriża u l-Industrija jorganizza b'mod regolari sejħiet għall-offerti. Is-sejħiet għall-offerti huma proċeduri speċjali biex jiġġeneraw offerti kompetittivi minn negozji differenti li qed ifittxu li jiksbu kuntratti ta' xogħlijiet, ta' forniment jew ta' servizz.

Id-DĠ għall-Intrapriża u l-Industrija jagħti wkoll l-opportunità lill-organizzazzjonijiet li jirċievu xi għotjiet permezz tas-sejħiet għall-proposti. Dawn huma stediniet għall-fornituri biex jissottomettu proposta dwar xi oġġett jew servizz speċifiku. Għotja jew sussidju huwa kontribut finanzjarju dirett mill-Kummissjoni Ewropea biex tappoġġja azzjoni jew proġett speċifiku li mhux ta' natura kummerċjali, biex ikopri spejjeż eliġibbli li jkunu saru b'mod dirett mill-benefiċjarji.

Aqsam: FacebookGoogle+LinkedInIbgħat din il-paġna lil sħabek

Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'200 fil-mijaStampa din il-paġna