Mogħdija tan-navigazzjoni

Sejħiet għall-offerti

Kalkulatur mitfuħ fuq mazz karti tal-euro

Sejħiet għall-offerti huma proċeduri applikati biex joħolqu offerti minn kumpaniji li jikkompetu għal kuntratti ta' xogħlijiet, provvista jew servizzi fil-qafas tal-appalti pubbliċi.

Sejħiet għal offerti, għotjiet ta' kuntratti u avviżi ta' tagħrif ewlieni jinsabu onlajn fuq Tenders Electronic Daily (TED), il-verżjoni elettronika tas-suppliment S mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

It-TED jagħti aċċess liberu għal opportunitajiet ta' negozju. Jiġi aġġornat ħames darbiet fil-ġimgħa b'madwar 1500 avviż ta' appalt pubbliku mill-Unjoni Ewropea, iż-Żona Ekonomika Ewropea u lil hinn.

Tista' tibbrawżja, tfittex u tissortja l-avviżi ta' appalt skont il-pajjiż, ir-reġjun, is-settur tan-negozju u aktar.

L-informazzjoni dwar kull dokument tal-appalt hija ppubblikata fit-24 lingwa uffiċjali tal-UE. L-avviżi kollha mill-istituzzjonijiet tal-UE huma ppubblikati fl-intier tagħhom f'dawn il-lingwi.

Twassil personali tal-offerti

L-offerti li ser jitwasslu personalment lill-kummisjoni (personalment, permezz ta' rappreżentant jew permezz ta' servizz ta' courier) għandhom jitwasslu fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea
Direttorat Ġenerali għall-Intrapriża Stedina għal offerta Nru: ENTR/XX(sena)/XX(numru intern) Isem tal-Unit à, X.X (Unit à tad-Direttorat)
Avenue du Bourget, 1 1140 EVERE Belgium

Kif tasal f'AVENUE DU BOURGET?

Ara l-mappa DeutschEnglishfrançais, il-kaxxa ż-żgħira fil-kantuniera ta' fuq nett tal-lemin:
Il-bini f'Avenue du Bourget, 1-3 huwa muri bl-akronimu DAV1 (huwa rrakomandat li tara l-mappa b'displaj ta' 100%)

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ċempel lis-servizzi tal-Kummissjoni f'Avenue du Bourget, 1:
Telefown tar-reception: +32 2 29 92 681

Ara wkoll il-lista tal-bini wżat mill-kummissjoni DeutschEnglishfrançais

Aqsam: FacebookGoogle+LinkedInIbgħat din il-paġna lil sħabek

Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'200 fil-mijaStampa din il-paġna