Dwar il-websajt tad-DĠ għall-Intrapriża u l-Industrija
Illanċjajna paġna ewlenija ġdida u ppreparajnielkom deskrizzjoni qasira
sabiex tiskopru l-aspetti ġodda tal-websajt tagħna.
Dan il-websajt huwa żviluppat u amministrat mid-Direttorat Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija tal-Kummissjoni Ewropea. Dan għandu l-għan li jxerred informazzjoni dwar il-politika, l-azzjonijiet u l-inizjattivi kollha tal-UE li jippromwovu t-tkabbir u l-iżvilupp ekonomiku, bil-għan li tissaħħaħ il-kompetittività tal-intrapriżi tal-UE.
Liema tip ta' informazzjoni hija disponibbli fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija tal-Kummissjoni Ewropea?
Is-sit joffri:
- informazzjoni aġġornata dwar il-politika tal-intrapriża tal-UE
- paġni speċifiċi li jkopru s-setturi tal-industrija
- aħbarijiet, attivitajiet, diskorsi
- pubblikazzjonijiet elettroniċi
- statistika u punti ta' referenza kummerċjali tal-UE
-
konsultazzjonijiet miftuħa
u fora. - kontenut multimedjali: vidjos u reġistrazzjonijiet ta' attivitajiet murija fuq il-web
F'liema lingwi huwa disponibbli dan il-websajt?
Dan il-websajt jimxi skont il-linji gwida ġenerali għal-lingwi
stabbiliti għal EUROPA. L-għan tagħna hu li nipprovdu l-informazzjoni li qed ifittxu intraprendituri Ewropej u persuni (jew partijiet) oħra interessati fil-lingwa tagħhom jew f'lingwa li huma jistgħu jifhmu.
Dokumenti uffiċjali huma disponibbli tal-anqas fil-lingwi li kienu uffiċjali fid-data tal-pubblikazzjoni. Dokumenti oħra, li mhumiex ta' natura legali, ħafna drabi huma ppubblikati bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż.
Informazzjoni ġenerali fuq il- homepage u f'ħafna mis-sezzjonijiet li huma direttament aċċessibbli mill-homepage, hija disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha.
Informazzjoni li hija direttament aċċessibbli mill-homepages tas-settur tal-industrija u l-politika ġeneralment hija disponibbli tal-anqas fi tliet lingwi: bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż.
Kampanji speċifiċi ta' informazzjoni, immirati lejn l-intraprendituri kollha tal-UE u partikolarment lill-SMEs, huma ppreparati fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.
Informazzjoni speċjalizzata li tinsab fil-livelli aktar speċjalizzati tal-websajt ġeneralment hija disponibbli biss bl-Ingliż.
Drittijiet tal-awtur
L-informazzjoni li hija disponibbli fuq dan is-sit tista' tiġi riprodotta biss sakemm ikun rikonoxxut is-sors oriġinali. Ara n-nota tad-drittijiet tal-awtur fuq: http://europa.eu/geninfo/legal_notices_mt.htm
Aħna nirrikmandaw li ma tikkupjax il-kontenut tas-sit tagħna direttament fuq il-websajt tiegħek, imma li ddaħħal link, u ssemmi s-sors oriġinali b'mod ċar (sit tematiku għall-Intrapriża u l-Industrija fuq EUROPA, © Unjoni Ewropea, 1995-2012). B'hekk inti jkollok link għal informazzjoni li hija aġġornata l-ħin kollu.
B'mod aktar ġenerali, links għas-sit tematiku 'Intrapriża u Industrija fuq EUROPA' jistgħu jinħolqu minn kwalunkwe websajt, sakemm jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
- il-links għandhom juru l- logos uffiċjali
u/jew trademarks li huma l-proprjetà ta' u/jew liċenzjati mill-istituzzjonijiet Ewropej u għandhom jikkonformaw mal-istruzzjonijiet mogħtija fuq http://ec.europa.eu/ipg/index_en.htm
. Jekk ma jistgħux jintużaw logos jew trademarks, huma permessi links testwali (pereżempju: "Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq is-sit tematiku għall-Intrapriża u l-Industrija fuq EUROPA"), suġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin; - il-links għandhom isiru biss għal paġni li juru n-nota qasira ta' hypertext li tirreferi għan-noti tad-dikjarazzjoni ta' ċaħda u d-drittijiet tal-awtur;
- meta wieħed jaċċessa l-paġni ta' 'L-Intrapriża u l-Industrija fuq EUROPA' permezz ta' link, għandu jkun ċar għall-utenti li dawn qed jaraw informazzjoni li mhix esklussiva jew li tiddependi fuq ħlas għall-aċċess;
- punt importanti ieħor li jirrelata ma' dak ta' qablu huwa li l-links m'għandhomx jitpoġġew f'kuntest fejn l-utenti jistgħu jaħsbu li l-istituzzjonijiet Ewropej jaqblu ma', jew jappoġġjaw l-objettivi jew il-kontenut tal-websajt l-ieħor, jew lill-organizzazzjoni li tamministrah;
- jekk isiru links minn websajt ibbażat fuq il-frejms, il-paġni m'għandhomx jintwerew bħala frejms f'dak il-websajt, b'tali mod li l-utenti jkunu jistgħu jifhmu ħażin l-oriġini vera tal-paġni;
- hekk kif tiġi stabbilita l-link, il- webmaster ta' Intrapriża u Industrija għandu jiġi notifikat billi jintbagħat il-URL tal-paġna fejn tidher il-link, sabiex hu jkun jista' jiċċekkja jekk ikunux ġew rispettati l-linji gwida t'hawn mill-websajt l-ieħor.
Credits għal stampi u ritratti
Il-Kummissjoni Ewropea jew għandha d-drittjiet tal-awtur tal-istampi fuq din il-websajt jew talbet il-permess li tużhom lill-propjetarji ta' dawn id-drittijiet. Jistgħu jintużaw biss fuq il-websajt EUROPA. L-ikkuppjar jew xi użu ieħor tagħhom mhux permess.



