Bidliet – il-bozoz u l-kaxxa tagħhomMill-1 ta' Settembru 2009, il-lampi tad-djar prodotti għas-suq tal-UE jridu jissodisfaw rekwiżiti minimi għall-użu tal-enerġija. Bozoz inkandexxenti u aloġeni konvenzjonali li ma jistgħux jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti se jitneħħew gradwalment mis-suq tal-UE sal-aħħar tal-2012. |
Aktar effiċjenza fl-użu tal-enerġijaMinn Settembru 2009, lampi mhux ċari (mżellġa) jinħtiġilhom ikunu ta' standard klassi A skont it-tikketta tal-Unjoni Ewropea għall-enerġija użata minn lampa. Il-lampi fluworexxenti kompatti u l-lampi LED biss jistgħu jwettqu effiċjenza għolja ta' din ix-xorta. It-tipi kollha li mhumiex ċari u li huma aktar ineffiċjenti se jitneħħew. Sadattant, lampi ċari (trasparenti) ineffiċjenti gradwalment se jitneħħew ukoll. Il-proċess beda f'Settembru 2009 meta l-ekwivalenti ta' bozoz ċari inkandexxenti ta' 100W jew aktar ħtiġilhom li jkunu ta' standard klassi C, biex tneħħew gradwalment il-bozoz b'dawl inkandexxenti tal-100W. Dan il-limitu se jitbaxxa gradwalment għal wotts aktar baxxi sal-2012 (75W fl-2010, 60W fl-2011, 40W u aktar baxxi fl-2012).
|
|
|
Alternattivi aħjarMeta ċerti tipi ta' bozoz b'dawl ineffiċjenti jkunu tneħħew gradwalment, il-konsumaturi fl-Ewropa xorta waħda se jkollhom varjetà wiesgħa li jistgħu jagħżlu minnha. Il-leġiżlazzjoni tirrikjedi wkoll li dawn il-lampi alternattivi jaħdmu sew. Dawn għandhom jipprovdu l-istess servizz bħall-bozoz inkandexxenti, jew anki aktar, billi jipprovdu wkoll dawl frisk jekk meħtieġ. Aqra aktar dwar alternattivi disponibbli. |
|
|
Tagħrif aħjar dwar il-prodottBiex tassisti lill-konsumaturi ħalli jagħmlu għażla tajba, il-leġiżlazzjoni tirrikjedi informazzjoni speċifika dwar il-prodott li trid tkun miktuba fuq il-kaxxa. Il-produtturi se jkunu obbligati li jsemmu l-għadd ta' sigħat kemm iddum tintuża l-lampa qabel tinħaraq, l-għadd ta' drabi kemm tinxtegħel u tintefa l-lampa li għalih tkun iddisinjata, it-temperatura tal-kulur, il-ħin li tieħu biex tisħon u jekk il-lampa titbaxxiex jew le. Għandek issib hawn gwida ddettaljata kif tagħżel lampa abbażi ta' dawn il-kriterji. Aktar iffrankar ta' enerġija u anqas spejjeżL-informazzjoni grafika turi l-iffrankar ta' enerġija u ta' konsum ta' tipi differenti ta' bozoz tad-dawl. Il-kolonna 1 qiegħda għall-bozoz inkandexxenti konvenzjonali, il-kolonni 2 u 3 għall-klassi C u B ta' bozoz inkandexxenti mtejbin (b'kapsuli integrati ta' aloġenu), il-kolonna 4 għal-lampi fluworexxenti kompatti (CFLs) u l-kolonna 5 għad-dajowds li jagħtu d-dawl (LEDs).
Bis-saħħa ta' konsum aktar baxx ta' elettriku minħabba alternattivi li joffru użu ta' enerġija effiċjenti, il-kont tad-dawl għal familja medja se jitnaqqas bi 15%. L-ekwivalenti għal iffrankar nett ta' bejn 25 u 50 € fis-sena, għalkemm dan dejjem jiddependi fuq id-daqs tal-familja u fuq l-għadd u t-tip ta' dawl użat. L-introduzzjoni ta' rekwiżiti ġodda għall-użu effiċjenti tal-enerġija għall-bozoz tad-dawl għandha tiffranka aktar minn 40 biljun siegħa kilowott sal-2020 – l-ewkwivalenti tal-konsum ta' 11-il miljun familja Ewropea għall-istess perjodu. B'mod kritiku, dan iwassal ukoll għal tnaqqis ta' 15-il miljun tunnellata ta' emissjonijiet ta' CO2fis-sena. |


