Kif għandek tarmi bozoz li jiffrankaw l-enerġija

Bozoz li jużaw enerġija effiċjenti huma faċli li jintużaw daqs bozoz b'dawl inkandexxenti. Madankollu, meta ma jaħdmux aktar, jinħtiġilhom attenzjoni speċjali.

 

Kif għandek tarmi lampi fluworexxenti kompatti u lampi b'dajowd li jagħti d-dawl?

Dawn il-lampi għandhom elettronika komplessa u ma għandhomx jintremew mal-iskart normali tad-dar. Dan hu indikat permezz ta' logo li juri barmil taż-żibel ingassat b'salib. Dawn għandhom jiġu ritornati f'wieħed mill-ħwienet li jbigħuhom jew jintremew f'kull sistema ta' ġbir oħra li tinuża apposta għall-iskart ta' tagħmir elettroniku (dan jiddependi mill-pajjiż li tinsab fih).

Logo fuq il-kaxxa – mhux b'rimi standard (logo WEEE)

 

X'għandek tagħmel meta tinkisirlek lampa fluworexxenti?

Għall-kuntrarju tal-lampi LED u tal-parti l-kbira ta' teknoloġiji tal-lampi l-oħrajn użati fid-djar, il-lampi fluworexxenti kompatti fihom il-merkurju. Ma joħroġ ebda merkurju meta l-bozoz huma intatti (mhux imkissrin) jew fl-użu. Jekk il-bozza tinkiser, jista' joħroġ minnha massimu ta' 5 milligrammi ta' merkurju (madwar id-daqs ta' dawra linka magħmula minn ponta ta' bajrow). B'paragun, termometri qodma fihom madwar 500 milligramm ta' merkurju.

Il-konsumaturi għandhom jiftħu l-kamra għall-arja qabel ma jnaddfu l-lampa b'biċċa ċarruta mxarrba. Għandu jiġi evitat il-kuntatt mal-ġilda mill-frak tal-bozza u ma għandux jintuża l-vacuum cleaner biex jinġabar u jitnaddaf il-frak.

  • Ix-xiri ta' CFLs b'qoxra li ma tinkisirx fuq barra tal-lampa hu mod kif tiġi solvuta l-kwistjoni tal-ħruġ ta' merkurju f'każ ta' tkissir aċċidentali tal-lampa.
  • Il-konsumaturi jistgħu jagħżlu wkoll teknoloġiji alternattivi bħall-bozoz inkandexxenti mtejba b'teknoloġija aloġena jew bozoz LED, li ma fihomx merkurju.