Mogħdija tan-navigazzjoni

 

Kif tagħżel il-bozza adatta

Hawnhekk għandek issib gwida dwar kif tagħżel it-tip ta' lampa adatta għad-dwal tiegħek.

 
  • Jekk għandek bżonn tibdel bozza b'wieħed miż-żewġ fittings li qed jintwerew hawnhekk (Edison jew Bayonet), uża dan is-selettur tal-bozoz biex issib l-aħjar alternattiva ta' enerġija effiċjenti għal-lampa tiegħek u pprintja r-riżultat biex tużah bħala referenza fil-ħanut. Dawn l-alternattivi huma adatti għal dwal b'fittings antikwati.

Lampadarju b'bozoz fluworexxenti kompatti forma ta' xemgħa

bażi Edison u bażi Bayonet

 
  • Bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni tal-UE, qed jitneħħew gradwalment il-kapsuli ineffiċjenti b'bażi ta' pin u l-lampi lineari. Madankollu, il-bozoz l-aktar effiċjenti jidhru u jaħdmu bl-istess mod. L-effett tal-miżura se jkun iċċarat permezz tal-informazzjoni tal-prodott il-ġdid fuq il-kaxxa, u fil-kont tad-dawl tiegħek. Għaldaqstant, jekk tuża lampi aloġeni, tista' tikkunsidra li tibdel il-fittings tad-dawl f'darek u taqleb għal-lampi b'użu aktar effiċjenti ta' enerġija bħal-lampi fluworexxenti kompatti.

Kapsula aloġenika (b'pin bħala bażi) Lampa aloġenika lineari u lampa fluworexxenti lineari

 

Lampa b'riflettur

  • Il-lampi b'riflettur jarmu d-dawl f'direzzjoni waħda speċifika. Dawn il-lampi għadhom mhumiex affettwati mil-leġiżlazzjoni tal-UE. Rekwiżiti ġodda dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija mistennija jiġu adottati aktar tard fl-2010 jew fl-2011. Sadattant, il-konsumaturi jistgħu jixtru l-istess prodotti bħal qabel.
 

Lampi għall-forn jew għall-friġġ

  • Bozoz b'użu speċjali jinkludu bozoz infra-ħomor, bozoz għall-animali domestiċi, jew bozoz użati f'tagħmir domestiku bħall-fran jew friġġis. Dawn il-bozoz se jibqgħu jinstabu fil-ħwienet. Meta tixtri lampi ta' din ix-xorta, fittex fuq il-kaxxa l-karatteristiċi tal-finijiet speċjali tagħhom.
 

Bozza bajda inkandexxenti ta' 5w għas-sigra tal-Milied u bozza inkandixxenti kulurita

  • Ċerti bozoz mhumiex adatti biex idawlu kamra f'dar, bħal-lampi kkuluriti, il-lampi ultravjola jew il-lampi qawwija ħafna jew baxxi ħafna. Dawn il-lampi mhumiex milqutin mill-miżura u se jibqgħu jinstabu fil-ħwienet.