Mogħdija tan-navigazzjoni

Dawl aħjar b’anqas enerġija

Id-dawl fid-djar fl-Ewropa qed isir aktar ekoloġiku billi l-Unjoni Ewropea tistabbilixxi standards ogħla għall-effiċjenza tal-enerġija.

Fl-Ewropa, mill-1 ta' Settembru 2009, il-bozoz b'dawl inkandexxenti u lampi oħrajn ineffiċjenti fl-użu tal-enerġija bdew jinbidlu gradwalment b'lampi aktar effiċjenti. Permezz tal-qlib għall-prodotti tad-dawl b'użu aktar effiċjenti ta' enerġija, id-djar Ewropej jistgħu jiffrankaw l-enerġija u jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-miri tal-UE għall-protezzjoni tal-klima.

Dan il-websajt se jgħarraf lill-konsumaturi, lill-professjonisti u lill-mezzi tax-xandir dwar il-firxa wiesgħa ta' lampi b'użu effiċjenti ta' enerġija li attwalment jistgħu jinxtraw, it-tneħħija gradwali ta' tipi ta' lampi ineffiċjenti u x'leġiżlazzjoni Ewropea diġà tinsab fis-seħħ.