Mogħdija tan-navigazzjoni

News feeds

Gas_electricity

Id-drittijiet tal-konsumatur

Ix-xiri tal-elettriku u tal-gass għal darek jew għan-negozju tiegħek.

X’inhuma drittijietek?

Bħala konsumatur bis-saħħa tal-Unjoni Ewropea (UE), int tinsab attwalment protett aħjar u għandek id-dritt li tagħżel l-aħjar xiri ta' gass u elettriku għal ħtiġijietek.

Issa, l-enerġija f'idejk! 

Għal aktar informazzjoni dwar drittijietek, segwi l-links għal pajjiżek.

Agħżel pajjiżek pdf - 225 KB [225 KB] Agħżel pajjiżek

Punt ta’ kuntatt wieħed

Punt ta' kuntatt wieħed f'kull pajjiż tal-UE għandu jgħinek issib informazzjoni dwar drittijietek u dwar l-opportunitajiet biex jiġi trattat it-tilwim.

Prezzijiet trasparenti u li jistgħu jitqabblu

Il-kumpaniji li jbigħu l-elettriku u/jew il-gass attwalment meħtieġa li jipprovdu informazzjoni trasparenti dwar l-offerti/tariffi tal-prezzijiet tagħhom u tal-kontijiet li jibagħtu. B'hekk int tista' tqabbel il-prezzijiet onlajn b'dawn il-mezzi ta' tqabbil.

Proċeduri b'ħeffa u sempliċi

Meta int taqleb għall-kumpanija (provveditur) tal-għażla tiegħek il-kumpaniji għandhom jagħmlu dan b'ħeffa (f'anqas minn tliet ġimgħat) u b'mod sempliċi.

Għandek ukoll id-dritt għal standard tajjeb ta' servizz u ta' mmaniġġjar tal-ilmenti mill-provveditur tas-servizz tal-enerġija tiegħek. Pereżempju, tista' tagħżel li tuża soluzzjoni alternattiva tat-tilwim għal soluzzjoni immedjata u effiċjenti mingħajr ma jkollok bżonn li tidħol il-qorti.

Protezzjoni għal kulħadd

Il-pajjiżi tal-UE kollha għandhom jiżguraw li jkun hemm fil-post standards ta' protezzjoni għall-konsumatur, b'mod speċjali għal dawk l-aktar fil-bżonn. B'mod partikulari, għandhom jieħdu miżuri biex jindirizzaw il-faqar tal-enerġija fejn dan jiġi identifikat. Eżempji ta' din ix-xorta ta' miżuri jinkludu benefiċċji permezz tas-sistemi tas-sigurtà soċjali biex tiġi żgurata provvista ta' elettriku, jew appoġġ għal titjib fl-effiċjenza tal-eneriġja.

Fuq