Mistoqsijiet frekwenti
 
 

Il-FSE fil-qosor

  • Il-Fond Soċjali Ewropew, kien stabbilit fl-1957 bit-Trattat ta’ Ruma.
  • Il-FSE huwa wieħed mill-Fondi Strutturali tal-UE, u l-aktar strument importanti għall-ħolqien ta’ aktar impjiegi u impjiegi aħjar fl-Ewropa.
  • Matul il-perjodu 2007 - 2013, il-FSE ser jinvesti madwar €75 biljun madwar l-Unjoni Ewropea. Dan ser jiżdied b’madwar €50 biljun ta’ fondi pubbliċi nazzjonali. Il-Kummissjoni tistma li aktar minn 70 miljun persona sejra tibbenefika minn dawn il-miżuri.

X’inhu il-baġit totali tal-FSE?

Il-baġit totali tal-FSE għall-perjodu 2007-2013 jammonta għal madwar €75 biljun, aktar minn €10 biljuni fis-sena. Ko-finanzjament pubbliku nazzjoniali u privat itella’ t-total ta’ riżorsi disponibbli għall-miżuri appoġġjati mill-FSE għal aktar minn €117 biljun.

Għal aktar informazzjoni dwar il-baġit tal-FSE, ara s-sezzjoni tal-FSE dwar l-infiq.

F’liema oqsma huwa attiv il-FSE?

Il-FSE jappoġġja miżuri bħal:

  • it-tagħlim u taħriġ għall-ħaddiema tul il-ħajja;
  • l-organizzazzjoni tax-xogħol;
  • l-appoġġ għal impjegati f’kuntest ta’ ristrutturizzazzjoni;
  • is-servizzi tal-impjiegi
  • l-integrazzjoni ta’ nies żvantaġġjati fis-suq tax-xogħol
  • ir-riformi fis-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ;
  • in-netwerking ta’ msieħba soċjali u NGOs
  • it-taħriġ f’amministrazzjonijiet u servizzi pubbliċi

Biex issir taf aktar dwar il-prijoritajiet tal-FSE fittex fid-dejtbejż tal- prijoritajiet.

Kif insib dokumentazzjoni dwar il-FSE?

Is-sezzjoni tal-librerija ta’ dan is-sit elettroniku tinkludi verżjonijiet PDF tal-pubblikazzjonijiet kollha tagħna.

Liema tipi ta’ proġetti jikko-finanzja l-FSE?

Proġetti li jipprovdu soluzzjonijiet f’oqsma differenti relatati mal-impjiegi. Skond i-prijoritajiet stabbiliti mill-Istati Membri.

Fittex fid-dejtabejż tal-prijoritajiet għal aktar informazzjoni dwar l-oqsma li jirċievu fondi.

Fittex fid-dejtabejż tal-proġetti sabiex issir taf aktar dwar proġetti konkreti appoġġjati mill-FSE.

Min jibbenefika mill-FSE?

Negozji privati, aġenziji pubbliċi u organizzazzjonijiet li ma jagħmlux profitt kollha jistgħu japplikaw. Mhuwiex possibbli li tapplika bħala individwu. Organizzazzjoni jew kumpanija trid tissottometti applikazzjoni.

Informazzjoni dwar lil min tikkuntattja sabiex issir taf aktar dwar kif tapplika hija disponibbli fis-sit http://ec.europa.eu/employment_social/esf/members/index_mt.htm.

Lista ta’ benefiċjarji tal-FSE hija ppubblikata minn kull Stat Membru.

X’inhi Awtorità ta’ Ġestjoni?

L-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni tal-FSE għandhom uffiċċji nazzjonali u reġjonali. Huma jxerrdu informazzjoni dwar il-FSE, jirċievu u jivvalutaw l-applikazzjonijiet. Huma wkoll responsabbli għat-tqassim tal-fondi u għall-monitoraġġ ta’ proġetti approvati.

Jista’ proġett jikkopera ma’ Stati Membri oħra?

Il-FSE jappoġġja proġetti li jikkoperaw ma’ proġetti jew organizzazzjonijiet fi Stati Membri oħrajn tal-UE.

Iċċekja s-sezzjoni tagħna dwar l-Oqsma ta’ attività għal aktar informazzjoni dwar it-Transnazzjonalità

Fittex fid-database tal-proġetti sabiex issir taf aktar dwar proġetti transkonfinali appoġġjati mill-FSE.

X’inhu Kumitat għall-Monitoraġġ?

Il-Kumitati għall-monitoraġġ jieħdu ħsieb l-implimentazzjoni tal-progarammi tal-FSE. Huma magħmula minn rappreżentanti ta’ awtoritajiet pubbliċi, imsieħba soċjali, NGOs, is-sistema edukattiva u l-Kummissjoni.

Kif inġib il-fondi?

Il-FSE huwa amministrat fuq livell nazzjonali u/jew reġjonali: biex issir taf aktar dwar kif tibbenefika minn appoġġ mill-FSE, jekk jogħġbok, ikkuntattja lill-awtorita’ ta’ ġestjoni tal-FSE tal-pajjiż jew reġjun tiegħek.

Dettalji ta’ kuntatt issibhom fis-Sezzjoni tal-Istati Membri ta’ dan is-sit elettroniku.

Il-FSE jipprovdi appoġġ lill-istudenti?

Programm Operattiv tal-FSE li għandu l-edukazzjoni bħala prijorità jista’ jiffinanzja għotjiet għall-istudenti.

Fittex fid-dejtabejż tal-prijoritajiet għal aktar informazzjoni dwar il-Promozzjoni tal-edukazzjoni mal-FSE

Jekk jogħġbok ara wkoll is-sit elettroniku tal-programm Erasmus li kull sena jgħin lill-istudenti sabiex jistudjaw u jaħdmu barra minn pajjiżhom: http://ec.europa.eu/education

Wieħed mill-impjegati tagħna ser jipparteċipa f’taħriġ. Liema appoġġ nistgħu aħna - bħala min iħaddem – nirċievu mill-FSE u taħt liema kundizzjonijiet?

Bħala prinċipju, il-FSE jista’ jappoġġja t-taħriġ tal-impjegati. Iżda l-FSE huwa amministrat fuq livell nazzjonali u/jew reġjonali: biex issir taf jekk intix eliġibbli għal appoġġ tal-FSE fil-pajjiż tiegħek, jekk jogħġbok, ikkuntattja lill-awtorità ta’ ġestjoni tal-FSE responsabbli li tista’ ssib id-dettalji ta’ kuntatt tagħha fis-Sezzjoni tal-Istati Membri ta’ dan is-sit elettroniku.

Nixtiequ nistabbilixxu ċentru ta’ taħriġ. Il-FSE jista’ jgħinna?

Bħala prinċipju, il-FSE jista’ jappoġġja ċentri ta’ taħriġ.

Iżda, il-FSE huwa amministrat fuq livell nazzjonali u/jew reġjonali: biex issir taf jekk intix eliġibbli għal appoġġ tal-FSE fil-pajjiż tiegħek, jekk jogħġbok, ikkuntattja lill-awtorità ta’ ġestjoni tal-FSE responsabbli li tista’ ssib id-dettalji ta’ kuntatt tagħha fis-Sezzjoni tal-Istati Membri ta’ dan is-sit elettroniku.

Jista’ l-FSE jappoġġja proġett fl-Afrika?

Il-FSE jipprovdi appoġġ fi ħdan l-UE.

Għal assistenza esterna jekk jogħġbok iċċekkja s-sit elettroniku ta’ EuropeAid u għotjiet għal żvilupp oħrajn

L-organizzazzjoni tagħna hija kko-finanzjata mill-FSE, liema logo nistgħu nużaw għad-dokumenatzzjoni tagħna?

Il-FSE proprjament ma għandux logo. Madankollu tintuża spiss il-Bandiera Ewropea bil-kliem “Fond Soċjali Ewropew” taħtha.