Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea

Avviż legali

L-informazzjoni f'dan is-sit hija suġġetta għal caħda ta' responsabbiltà, avviż ta' copyright
u regoli li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni tad-data personali.

Ċaħda ta' reponsabbiltà

Il-Kummissjoni Ewropea żżomm dan is-sit biex isaħħaħ l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar l-inizjattivi u l-politika ta' l-Unjoni Ewropea b'mod ġenerali. Il-mira tagħna hija li nżommu din l-informazzjoni aġġornata u eżatta. Jekk jiġbdulna l-attenzjoni li hemm żbalji, aħna nippruvaw nikkoreġuhom. Madanakollu l-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabilità jew kwalunkwe danni fir-rigward ta' l-informazzjoni fuq dan is-sit.

Din l-informazzjoni hi:

  • ta' natura ġenerali biss u mhux intiża biex tindirizza ċ-ċirkustanzi speċifiċi ta' kwalunkwe individwu partikolari jew entità;
  • mhux neċessarjament komprensiva, kompluta, eżatta jew aġġornata;
  • xi kultant illinkjata ma' siti esterni li s-servizzi tal-Kummissjoni m' għandhom l-ebda kontroll fuqhom u li ghalihom il-Kummissjoni ma tassumi l-ebda responsabilità;
  • m'hix professjonali jew parir legali (jekk għandek bżonn parir speċifiku, int għandek dejjem tikkonsulta professjonist kwalifikat addattat).

Jekk jogħġbok innota li ma jistax jiġi garantit li dokument disponibbli on-line jirriproduċi b' mod eżatt test addottat uffiċjalment. Il-leġislazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea ppubblikata fl-edizzjonijiet tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea fil-forma kartaċeja biss hi meqjusa awtentika.

Hija l-mira tagħna li nnaqsu t-tfixkil ikkawżat minn żbalji tekniċi. Madanakollu xi data jew informazzjoni fuq is-sit tagħna tista' tkun maħluqa jew strutturata f'fajls jew f'formats li m'humiex mingħajr żbalji u aħna ma nistgħux niggarantixxu li s-servizz tagħna ma jkunx interrott jew b'mod ieħor affettwat minn problemi bħal dawn. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta' tali problema li tirriżulta bl-użu tas-sit jew kwalunkwe siti esterni llinkjati.

Din iċ-ċaħda ta' responsabbiltà m'hix intiża li tillimita r-responsabbiltà tal-Kummissjoni b'kontravenzjoni ta' kwalunkwe ħtieġa stabilitai fil-liġi nazzjonali applikabbli u lanqas teskludi r-responsabbiltà f'materji li ma jistgħux ikunu esklużi taħt dik il-liġi.

Avviż ta' copyright

© Unjoni Ewropea, 1995-2011
Ir-riproduzzjoni hi awtorizzata, dejjem jekk is-sors hu magħruf, salv jekk jingħad mod ieħor.
Fejn irid jinkiseb permess minn qabel għar-riproduzzjoni jew użu testwali ta' informazzjoni multimedjali (ħoss, stampi, software, eċċ.), tali permess għandu jħassar il-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b'mod ċar kwalunkwe restrizzjoni fuq l--użu.

Protezzjoni tad-Data Personali

L-Unjoni Ewropea hi kommessa għall-privatezza ta' l-utenti.

Il-politika dwar "protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta'l-ipproċessar tad-data personali mill-istituzzjonijiet tal-Komunità" hi bbażata fuq ir-Regolament (KE) Nru 45/2001Pdf [242 KB] Deutsch English Français tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000.

Din il-politika ġenerali tkopri l-familja tas-siti istituzzjonali ta' l-Unjoni Ewropea, fid-dominju eu.
Għalkemm, tista' żżur ħafna minn dawn is-siti mingħajr ma tagħti kwalunke informazzjoni dwarek, f'xi każijiet, informazzjoni personali hi meħtieġa biex tipprovdi e-servizzi li inti titlob.

Siti li jinħtieġu t-tali informazzjoni jittrattawha skond il-politika deskritta fir-Regolament msemmi fuq u jipprovdu informazzjoni dwar l-użu tad-data tiegħek fl-istqarrija tal-politika tal-privatezza speċifika tagħhom.

F'dan ir-rigward:

  • Għal kull e-servizz speċifiku, kontrollur jiddetermina l-iskopijiet u l-mezzi għall-ipproċessar tad-data personali u jassigura konformità ma' l-e-servizz speċifiku mal-politika tal-privatezza;
  • F'kull istituzzjoni, Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jassigura li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament huma applikati u jagħti pariri lill-kontrolluri li jaqdu l-obligazzjonijiet tagħhom (ara art. 24 tar-Regolament);
  • Għall-Istituzzjonijiet kollha, s-Superviżur tal-Protezzjoni tad-Data EwropewPdf [98 KB] Deutsch English Français għandu jaġixxi bħala awtorità indipendenti ta' superviżjoni (ara art. 41 sa 45 tar-Regolament).

Il-familja ta' siti istituzzjonali ta' l-Unjoni Ewropea, fid-dominju eu, tipprovdi links għas-siti ta' parti terzi. Minħabba li aħna ma nikkontrollawhomx, ninkoraġġuk tirrevedi l-politika tal-privatezza tagħhom.

X'inhu e-servizz?
E-servizz fuq EUROPA hu servizz jew riżors magħmul disponibbli fuq l-Internet biex itejjeb il-komunikazzjonijiet bejn iċ-ċittadini u n-negozji fuq naħa u l-Istituzzjonijiet Ewropej fuq in-naħa l-oħra.

Fuq l-EUROPA hemm diġà`, jew ħa jkun hemm tliet tipi ta' e-servizzi:

  1. Servizzi ta' informazzjoni li jipprovdi liċ-ċittadini, media, negozji, amministrazzjonijiet jew min jieħu d-deċiżjonijiet b'aċċess faċli u effettiv għal informazzjoni, u għalhekk iżid it-trasparenza u l-komprensjoni tal-politika u l-attivitajiet ta' l-UE;
  2. Servizzi ta' komunikazzjoni interattiva li jippermettu kuntatti aħjar maċ-ċittadini, negozji, soċjetà ċivili u nies pubbliċi li jiffaċilitaw il-politika ta' konsultazzjonijiet, mekkaniżmi ta' rispons, biex jikkontribwixxu fit-tfassil tal-politika, l-attivitajiet u s-servizzi ta' l-UE;
  3. Servizzi ta' transazzjoni li jippermettu aċċess għall-forom bażiċi ta' transazzjonijiet fl-UE, e.ż. xiri pubbliku, operazzjonijiet finanzjarji, reklutaġġ, ingaġġ ta' l-okkażjoni, akkwist jew xiri ta' dokumenti eċċ.

Informazzjoni li tinsab fi stqarrija ta' privatezza speċifika.
Stqarrija tal-privatezza speċifika għandu jkollha l-informazzjoni li ġejja dwar l-użu tad-data tiegħek:

  • Meta l-informazzjoni hi miġbura, għal-liema skop u b'liema mezzi l-UE ġabret l-informazzjoni personali esklussivament u sa kemm neċessarju biex tissodisfa l-iskop speċifiku. L-informazzjoni ma tkunx użata mill-ġdid għal skop inkompatibbli;
  • Lil min l-informazzjoni hija murija. L-UE għandha turi biss informazzjoni lil partijiet terzi jekk dan huwa neċessarju għas-sodisfazzjoni ta' l-iskop(ijiet) identifikati fuq lill-imsemmija (kategoriji ta') reċipjenti. L-UE ma tagħtix l-informazzjoni personali tiegħek għal skopijiet kummerċjali;
  • Kif taċċedi l-informazzjoni tiegħek, tivverifika l-eżattezza tagħha u, jekk neċessarju, tikkoreġġiha. Bħala suġġett tad-data inti jkollok ukoll id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek fuq raġunijiet leġittimi ħlief fejn hi miġbura biex tikkonforma ma' l-obligazzjoni legali, jew hu neċessarju biex jitwettaq il-kuntratt li ghalih inti parti, jew għandu jkun użat għal skop li għalih inti tajt kunsens ambigwu;
  • Għal kemm żmien tinżamm id-data tiegħek. L-UE iżżomm d-data tiegħek għaż-żmien neċessarju biex tissodisfa l-iskop tal-ġbir tad-data jew aktar ipproċessar;
  • Liema miżuri ta' sigurtà huma meħuda biex jissalvagwardjaw l-informazzjoni tiegħek kontra użu ħażin possibli jew aċċess mhux awtorizzat;
  • Lil min tikkuntatja jekk għandek mistoqsijiet jew ilmenti.

Kif nitrattaw e-mails li tibagħtilna?
Ħafna paġni fis-sit Ewropa għandhom buttuna "kuntatt" li tħaddem is-software ta' l-e-mail tiegħek u tistiedenek tibgħat il-kummenti tiegħek f'mailbox speċifika ta' l-apposta.

Meta inti tibgħat dan il-messaġġ, id-data personali tiegħek hi miġbura biss sa l-ammont neċessarju għar-risposta. Jekk it-tim ta' l-immaniġjar tal-mailbox ma jistax iwieġeb il-mistoqsija tiegħek, hu għandu jgħaddi l-e-mail tiegħek lil servizz ieħor. Inti tkun infurmat, b'e-mail, dwar liema servizz għandu l-mistoqsija tiegħek.

Jekk għandek kwalunkwe mistoqsija dwar l-ipproċessar ta' l-e-mail tiegħek u d-data personali relatata, toqgħodx lura milli tinkludiha fil-messaġġ tiegħek.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?