M&T dwar is-Sena Ewropea 2010

X’inhi s-Sena Ewropea?

Is-Sena Ewropea hi ddedikata biex tqajjem kuxjenza dwar tema partikolari li hi ta’ importanza għaċ-ċittadini Ewropej.Tkun xi tkun il-kwistjoni f’dan ir-rigward, is-Sena tipprovdi opportunità unika għal bdil tal-aqwa prattiċi, tqanqal ta’ dibattitu dwar politika u ħolqien ta’ kuntatti ta' għajnuna u dejjiema madwar l-Ewropa. Hi wkoll sejħa għal impenn politiku minn kull parti tas-soċjetà.

Dawn is-Snin speċjali jagħtu lill-partijiet interessati tas-soċjetà ċivili u atturi oħra ċ-ċans li jiżviluppaw l-attivitajiet tagħhom stess.

Bidu tal-paġna

Minn min hi mwaqqfa?

Is-Sena Ewropea hi inizjattiva tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Ministri. Il-Kummissjoni Ewropea għandha rwol ta’ tmexxija biex tiżgura li jintlaħqu l-prijoritajiet nazzjonali u l-oġġettivi tal-Komunità. Is-Sena Ewropea hi implimenta bi sħubija ma' sensiela wiesgħa ta’ atturi, mil-livell lokali sa dak tal-UE.

Bidu tal-paġna

X’wassal għad-deċiżjoni biex l-2010 issir is-Sena Ewropea għall-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali? Kienet il-kriżi finanzjarja?

Il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali hi ewlenija għal għanijiet tal-UE għat-titjib tal-koeżjoni soċjali, ksieb tat-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp ta’ impjiegi aktar u aħjar. Id-deċiżjoni li l-2010 issir is-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali ttieħdet qabel it-tnaqqis ekonomiku. Madankollu, biż-żjieda għolja fil-qgħad li ħafna pajjiżi ffaċċjaw fl-aħħar sena, hemm aktar persuni minn qatt qabel f’riskju li jaqgħu fil-faqar, allura s-Sena qed ssir f’perijodu sinifikattiv.

Bidu tal-paġna

X’tipi ta’ avvenimenti se naraw?

Fuq livell Ewropew qed nistennew li naraw konferenzi u inizjattivi ta’ kommunikazzjoni ta’ profil għoli, flimkien ma’ inizjattiva tal-arti u kompetizzjoni għall-ġurnalisti. Avvenimenti reġjonali u lokali se jsiru f’29 pajjiż parteċipant.

F’kull Stat Membru se jkun hemm ġimgħat li jiffukaw fuq livell tal-UE u nazzjonali, kif ukoll attivitajiet kulturali u ta' sports.

Bidu tal-paġna

Il-kampanja se jkollha effett reali fuq il-faqar u l-inklużjoni soċjali?

Iva, se jkollha! Bidla tista' sseħħ biss b'tqanqil ta' dibattitu. Is-Sena se tisfida l-isterjotipi u ġġib il-faqar u l-inklużjoni soċjali taħt l-attenzjoni tal-midja fost l-estensjoni u l-kobor tal-UE.

Dibattitu mill-ġdid dwar dawn il-kwistjonijiet ser jgħinu lill-UE u l-Istati Membri tagħha biex jiżviluppaw politiki ġodda ħalli itejbu l-għajxien tal-persuni li jsofru mill-faqar u l-inklużjoni soċjali u jiġi ġġenerat impetus ġdid għall-ġlieda kontra l-faqar – tinħoloq u tissaħħaħ sħubija ġdida lil hinn mill-udjenza klassika.

Bidu tal-paġna

X’inhu l-baġit u jirrappreżenta valur tajjeb?

Is-Sena Ewropea 2010 għandha baġit ta’ €17-il miljun. Esperjenzi preċedenti ta’ organizzazzjoni ta’ Snin Ewropej jgħidulna li nfieq ta’ flus ta’ din ix-xorti jirrappreżenta investiment tajjeb fuq żmien twil. L-għan hu li jinħoloq momentum biex il-gvernijiet u partijiet interessati oħra jiġu mħeġġa jitrattaw il-faqar u l-inklużjoni soċjali b’qawwa u entużjażmu mġedded. 
 

Bidu tal-paġna

Jiena nista’ nuża l-logow u l-islowgan?

Jekk inti se torganizza avveniment li jikkontribwixxu lejn l-oġġettivi tas-Sena Ewropea 2010, inti tista’ titlob permess biex tuża l-isem u l-logow tas-Sena Ewropea. Skont l-iskala u r-rilevanza tal-avveniment, jista’ jispiċċa nkluż fil-kalendarju tal-attivitajiet fil-websajt tas-Sena Ewropea.

Għal avveniment nazzjonali, jekk jogħġbok applika għand l- Entitajiet għall-Implimentazzjoni Nazzjonali tiegħek.

Għal avvenimenti fuq livell Ewropew, jekk jogħġbok itlob il-logow direttament minn fuq dan il-websajt, li għandu formola tat-talba għal-logow.

Bidu tal-paġna

X’inhuma l-Entitajiet għall-Implimentazzjoni Nazzjonali u x’inhu r-rwol tagħhom?

Kull Stat Membru ħatar Entità għall-Implimentazzjoni Nazzjonali (Entitajiet għall-Implimentazzjoni Nazzjonali ). L- Entitajiet għall-Implimentazzjoni Nazzjonali huma responsabbli għall-ħolqien tal-programmi nazzjonali għas-Sena Ewropea. Programm nazzjonali jinkludi prijoritajiet u enfasi ta’ x’qiegħed jiġri matul is-sena. L- Entitajiet għall-Implimentazzjoni Nazzjonali huma awtoritajiet amministrattivi, jew ekwivalenti, u se jagħżlu attivitajiet nazzjonali biex jipproponu finanzjament mill-UE. L- Entitajiet għall-Implimentazzjoni Nazzjonali se jaħdmu mill-qrib mal-organizzazzjonijiet mis-soċjetà ċivili, l-imsieħba soċjali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, u entitajiet li jirrappreżentaw l-interessi tal-persuni li qed jesperjenzaw il-faqar u l-esklużjoni soċjali.

Inti tista’ ssib id-dettalji ta’ kuntatt tal Entitajiet għall-Implimentazzjoni Nazzjonali f’pajjiżek hawnhekk.

Bidu tal-paġna

Nista’ napplika għall-finanzjament?

M’hemm l-ebda sejħa għall-proposti jew sejħa għat-tenders fuq livell tal-UE, hemm biss fuq livell nazzjonali.

Ikkuntattja l-awtorità nazzjonali tiegħek.

Bidu tal-paġna