Premjijiet

Premjijiet

Il-parteċipazzjonijiet l-ewwel se jiġu ġġudikati fuq livell nazzjonali. Rebbieħ wieħed tal-premju nazzjonali għal kull kategorija (stampa/onlajn u awdjoviżiva) wara se jidħol awtomatikament fil-kompetizzjoni Ewropea, fejn tliet rebbieħa se jintgħażlu għal kull kategorija u jingħataw l-ewwel, it-tieni jew it-tielet premju.

Premjijiet Nazzjonali

Ir-rebbieħa tal-kompetizzjonijiet nazzjonali se jirċievu premju ta’ €800 (jew l-ekwivalent ta’ dan).

Premjijiet Ewropej

Ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni Ewropea se jirċievu premjijiet ta’ €4,500, €3,000 u €2,000 (jew l-ekwivalenti ta’ dawn) rispettivament, għal premjijiet fl-ewwel, it-tieni u t-tielet post.