Il-Premju għall-Ġurnalisti għas-Sena Ewropea 2010: Il-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali

Il-Premju għall-Ġurnalisti għas-Sena Ewropea 2010: Il-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali

Il-Premju għall-Ġurnalisti għas-Sena Ewropea (SE) 2010 ġie mwaqqaf mill-Kummissjoni Ewropea bl-għan li jappoġġja u jirrikonoxxi ġurnalisti li jikkontribwixxu lejn aktar kuxjenza u fehma aktar wiesgħa tal-faqar u l-esklużjoni soċjali permezz tax-xogħol tagħhom.

Il-kompetizzjoni hi miftuħa għall-ġurnalisti tal-istampa, onlajn u awdjoviżivi li għandhom artikli pubblikati jew rapporti tal-aħbarijiet imxandra li jkopru l-kwistjonijiet ta’ faqar u esklużjoni soċjali fl-Unjoni Ewropea. L-artikli jew rapporti tal-aħbarijiet tagħhom għandhom jiġu pubblikati jew imxandra bejn l-1 ta’ Ottubru, 2009 u l-24 ta' Settembru, 2010 f’midja ta’ wieħed mis-27 Stati Membri tal-UE, l-Iżlanda jew in-Norveġja.

L-objettivi tal-Premju għall-Ġurnalisti għas-SE huma:

  • Rikonoxximent għal eċċellenza fil-ġurnaliżmu f’kopertura ta’ kwistjonijiet ta’ faqar u esklużjoni soċjali
  • Ħolqien ta’ kuxjenza tal-kampanja tas-SE2010 fost rappreżentanti tal-midja tal-massa min-naħa għal oħra tas-27 Stati Membri tal-UE, l-Iżlanda u n-Norveġja
  • Promozzjoni ta’ fehma aħjar tal-faqar u l-esklużjoni soċjali; il-kawżi u soluzzjonijiet possibbli

Interessat?

Sempliċiment imla l-formola onlajn ta’ sottomissjoni u tella’ l-parteċipazzjoni tiegħek. Għandek sal-15 ta' Ottubru sabiex tniżżel id-dokumenti. Ma jista' jkun hemm ebda eċċezzjonijiet jew estensjonijiet.

Jekk jogħġbok aqra l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni b’attenzjoni qabel ma tissottometti l-parteċipazzjoni tiegħek. M’hemm l-ebda miżati ta’ parteċipazzjoni.