Kundizzjonijiet għal Parteċipazzjoni

Kundizzjonijiet għal Parteċipazzjoni

  1. Il-parteċipazzjonijiet kollha għandhom ikunu akkompanjati minn formula mimlija ta’ parteċipazzjoni onlajn.
  2. Il-parteċipazzjonijiet kollha jridu jkunu pubblikati jew murija fil-midja bejn l-1 ta’ Ottubru, 2009 u l-24 ta' Settembru, 2010.
  3. Għandek sal-15 ta' Ottubru sabiex tniżżel id-dokumenti.
  4. Il-parteċipazzjonijiet iridu jkunu ġew pubblikati jew imxandra oriġinarjament f'qasam ta' midja li għandu kwartieri ġenerali tal-uffiċċju editorjali bbażat f'wieħed mis-27 Stati Membri tal-UE, l-Iżlanda jew in-Norveġja.
  5. Kull parteċipant jista’ jissottometti sa massimu ta’ tliet artikli jew rapporti fuq vidjow.
  6. Parteċipazzjonijiet għandu jkollhom mill-inqas 700 kelma f’tul. Hu rakkomandat li l-artikli ma jaqbżux it-3,000 kelma.
  7. Parteċipazzjonijiet awdjoviżivi għandu jkollhom mill-inqas 1:30 minuti u mhux iktar minn 3:00 minuti. Verżjonijiet imqasra ta’ rapporti itwal huma aċċettabbli sakemm il-parteċipazzjoni sottomessa tibqa’ bejn 1:30 u 3:00 minuti. Huma jridu jiġu sottomessi fil-format MPEG4 (.mov PAL dv25).
  8. Parteċipazzjonijiet bil-miktub iridu jiġu sottomessi (jew tradotti) f’waħda mit-23 lingwa uffiċjali tal-UE, l-Iżlandiż jew in-Norveġiż.
  9. Parteċipazzjonijiet awdjoviżivi għandhom jiġu akkompanjati minn skript qasir (massimu paġna waħda) li jiġbor fil-qosor ir-rapport f’waħda mit-23 lingwi uffiċjali tal-UE, l-Iżlandiż jew in-Norveġiż.
  10. Parteċipazzjonijiet f’tim sa massimu ta’ ħames persuni se jiġu aċċettati bil-kondizzjoni li l-kontributuri ewlenin kollha (e.ż. riċerkaturi, ġurnalisti u edituri) jagħtu approvazzjoni espliċita tagħhom u kollha jiġu mniżżla fil-formola ta’ parteċipazzjoni.
  11. Artikli/rapporti tal-aħbarijiet jistgħu jiġu sottomessi minn terza persuna inklużi oqsma tal-midja. F’każijiet bħal dawn, il-parteċipazzjoni għandha tiġi magħmula b’approvazzjoni dokumentata (bil-miktub) tal-awtur.
  12. Il-Kummissjoni Ewropea tirriserva d-dritt li tuża l-parteċipazzjonijiet f’materjal ta’ preżentazzjoni, mal-midja u li tirriproduċihom f’kull forma għal għanijiet ta’ promozzjoni tal-Premju u għas-‘Sena Ewropea 2010 għall-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali’.
  13. Id-deċiżjoni tal-ġurija hi finali. Il-ġurija tirriserva wkoll id-dritt li tirrifjuta kull parteċipazzjoni li ma tkunx konformi mar-rekwiżiti tal-kompetizzjoni. Rikors legali hu eskluż.
  14. B'sottomissjoni ta' parteċipazzjoni, il-parteċipant jaċċetta li hu jew hi qara/qrat u fehem/fehmet ir-regoli tal-kompetizzjoni.
  15. Artikli minn midja tal-istampa u onlajn, kif ukoll parteċipazzjonijiet awdjoviżivi, għandhom jiġu sottomessi fit-taqsim oriġinali tagħhom.
  16. Parteċipanti għandhom jipprovdu prova (billi jipprovdu pdf, ‘screenshot’ tal-artiklu jew żmien ta’ xandir ta’ rapport tal-aħbarijiet) li l-parteċipazzjoni ġiet pubblikata jew imxandra.
  17. Parteċipanti taħt l-età ta’ 18-il sena jrid ikollhom l-approvazzjoni ffirmata mill-ġenitur jew persuna li tieħu ħsieb tagħhom.