Kriterji ta’ valutazzjoni

Kriterji ta’ valutazzjoni

Parteċipazzjonijiet tal-istampa (inklużi onlajn) u awdjoviżivi se jiġu ġudikati f’kategoriji separati, imma se japplikaw l-istess kriterji.

Ġudizzju tal-parteċipazzjonijiet se jkollu kemm kompożizzjoni analitika u dik emozzjonali bbażat fuq it-trattament tas-suġġett inkwistjoni.

Il-qasam tas-suġġett ta' faqar u esklużjoni soċjali hu vast u temi se jvarjaw bil-kbir. Madanakollu, ċerti aspetti huma importanti biex jintlaħqu l-objettivi tal-kampanja u s-SE2010. Apprezzament u konsiderazzjoni partikolari se jingħata lil dawk l-artikli li jiffukaw mill-inqas fuq wieħed minn dawn:

  • analiżi tal-kawżi strutturali tal-faqar u esplorazzjoni ta’ soluzzjonijiet
  • riflessjoni fuq ir-realtà ta' kuljum ta’ dawk li jiffaċċjaw faqar u esklużjoni soċjali, b’enfasi fuq id-dimensjoni umana tal-istorja
  • turija ta’ każijiet ta’ persuni li ħarġu minn sitwazzjoni ta’ faqar
  • turija tar-riżultati ta’ azzjonijiet u attivitajiet attwali; kemm minn gvernijiet jew servizzi pubbliċi, soċjetajiet ċivili jew individwi
  • qawmien ta’ kuxjenza fost qarrejja u udjenzi, b’motivazzjoni għalihom u turija kif huma jistgħu jiġu nvoluti fit-tfittxija għal soluzzjonijiet

Membri tal-ġurija se jkunu wkoll provduti bi gwidi ta’ valutazzjoni bbażati fuq kriterji ewlenin. Ibbażati fuq dawn il-kriterji, il-ġurija se teżamina parteċipazzjonijiet li:

  • huma oriġinali; storja ġdida jew angolu mhux tas-soltu
  • huma interessanti għall-qarrej jew min jarahom – li jżomm l-interess tagħhom
  • jirrispettaw il-prinċipji etiċi tal-ġurnaliżmu
  • juru approċċ rigoruż f’termini ta’ riċerka u xogħol prattiku fuq il-post
  • jirriflettu kwistjonijiet f’wieħed jew ħafna mid-29 pajjiż parteċipant
  • jużaw lingwa ta’ kwalità għolja (professjonali) fil-kitba u fir-rappurtar (lingwa oriġinali biss)

It-taħlita tas-suġġett inkwistjoni u kemm il-parteċipazzjonijiet jilħqu tajjeb il-kriterji li għadhom kemm issemmew se jiddetermina l-għażla tar-rebbieħa għal kull kategorija (stampa/onlajn u awdjoviżiva).