Teemavuoden lähettiläät

Raphael Scerri

Raphael Scerri

Malta

Jiena Raphael Scerri twelidt fil 21 ta’ Novembru 1973. Ili naħdem għal dawn id-19–il sena mal-Korporazzjoni għax-Xoghol u t-Taħrig. Matul dawn is-snin dejjem ħdimt fid- Divizjoni tas-Servizzi tal-Impiegi iżda fl-2002 ġejt mitlub sabiex imexxi d-Divizjoni kif għadni nagħmel sal-lum.

Fid-Divizjoni tas-Servizzi tal-Impjieg noffru diversi servizzi, skemi u għajnuna lil dawk li jkunu qed ifittxu x-xogħol fosthom zgħazagħ, persuni ta’ iktar minn 40 sena, persuni li jkunu sfaw bla xogħol fost l-oħrajn. Barra minn dawn għandna diversi servizzi elettronici oħra bħalma hija l-websajt tal-Korporazzjoni, servizzi ta’ email bix- xogħlijiet li tintbgħat kuljum, servizzi ta’ freephone, servizzi ta’ informazzjoni fuq il-postijiet ta’ xogħol vaganti li jkun hemm fil-gazzetti u kif ukoll job centres f’diversi lokalitajiet f’Malta u f’Għawdex.

Fl-2004 kont appuntat Eures Maniger f’Malta u nirrapreżenta lil Malta f’laqgħat u workshops u flimkien ma’ tim ta’ Eures Advisors norganizza diversi attivitajiet sabiex nippromwovu l- mobilita’ tal- impiegi fl-Unjoni Ewropea.

The National Ambassador representing all job seekers seeking employment. He is the Senior Manager of the Employment Services Division with the Public Employment Service of Malta – the Employment and Training Corporation (ETC).