Embajadores del Año Europeo

Rose Sammut nee Tanti

Rose Sammut nee Tanti

Malta

English text

Rose Sammut twieldet Malta. Wara li rabbiet familja, bdiet taħdem mal-Azzjoni Kattolika, billi kienet impjegata bħala Skrivana Amministrattiva mal-Leħen is-Sewwa, il-gazzetta tal-Azzjoni Kattolika. Fl-istess waqt kienet attiva fi ħdan din l-organizzazzjoni bħala Membru fil-Kunsill tat-Taqsima tan-Nisa, u bejn l-1986 u l-2000, kienet rappreżentanta tal-Azzjoni Kattolika fil-konferenzi internazzjonali tal-Forum Ekumenikali tan-Nisa Kristjani Ewropej (EFECW). Sa mill-1980, Sammut serviet bħala Membru fil-Kunsill tas-Segretarjat tal-Assistenza Soċjali (SAS) tal-Azzjoni Kattolika ta’ Malta, u ħadmet bħala Konsulenta Soċjali mal-istess organizzazzjoni. Attendiet b’mod regolari seminars ta’ taħriġ u korsijiet, li jwasslu għal ċertifikat, relatati mal-ħidma soċjali, mal-konsulenza soċjali u mat-tagħlim reliġjuż, kif ukoll korsijiet relatati mal-ħiliet fit-teknoloġija tal-informazzjoni u fit-taħdit pubbliku.

Rose Sammut kellha wkoll ħatriet pubbliċi bħala Assistenta tal-Qorti taż-Żgħar (1989-1999, Ministeru tal-Intern u l-Ġustizzja), bħala Membru tal-Bord tas-Sigurtà Soċjali (1993-1996, Ministeru tas-Sigurtà Soċjali), u bħala Membru tal-Kumitat għall-Ħarsien mid-Drogi, SEDQA (1994, Ministeru tal-Affarijiet tad-Djar u l-Iżvilupp Soċjali). Mill-1992 serviet bħala Membru fil-Kunsill Nazzjonali tal-Anzjani u ħadmet ukoll bħala Segretarja Internazzjonali (1929 – 2009) u bħala Segretarja tal-Kunsill mill-2009. Mill-2000 kienet Membru f’Kumitat maċ-Ċentru għat-Talbiet Kattoliċi tal-Kummissjoni Emigranti ta’ Malta. Mill-2000 serviet ukoll bħala Membru ta’ Kunsill mal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Girl Guides. Mill-2004 serviet bħala Membru tal-Kunsill Pastorali Parrokjali ta’ Santa Venera, li tiegħu hi l-Kap tad-DJAKONIJA tat-Taqsima Maltija.

 

Rose Sammut held public appointments as a Court Assistant for Juveniles (1989-1999), Board Member of Social Security Board (1993-1996), Committee Member of SEDQA, Committee on Protection from Drugs (1994). She is currently Council Secretary of the National Council for the Elderly, and worked also as International Secretary (1929–2009) and also a Committee Member with the Catholic Enquiry Centre of the Malta Emigrants Commission.