Euroopa aasta saadikud

Marceline Naudi

Marceline Naudi

Malta

Dr Marceline Naudi kisbet l-ewwel grad tagħha mill-Università ta’ Malta (1980), il-Grad ta’ Masters fl-Istudju tan-Nisa mill-Università ta’ Bradford (ir-Renju Unit) (1990) u d-Dottorat (fil-Ħidma Soċjali) mill-Università ta’ Manchester (ir-Renju Unit) (2004).

Dr Naudi hija ħaddiema bi professjoni. Is-snin ta’ prattika tagħha (fl-Ingilterra, fl-Irlanda u f’Malta) inkludew xogħol ta’ kura mat-tfal u ż-żgħażagħ u l-familji tagħhom, ma’ eks priġunieri, ma’ nies bla dar, ma’ persuni bi bżonnijiet ta’ appoġġ għas-saħħa mentali tagħhom u ma’ nies li esperjenzaw vjolenza domestika. Hi membru tal-istaff akkademiku tad-Dipartiment tal-Politika Soċjali u tal-Ħidma Soċjali tal-Università ta’ Malta. Hi responsabbli mit-tagħlim tal-prattika fil-ħidma soċjali kontra l-oppressjoni (kwistjonijiet ta’ ġeneru, razza, sesswalità, eċċ), kif ukoll mill-ippostjar tal-istudenti, u minn lekċers oħra għall-Programm tal-Masters.

Dr Naudi tat sehemha fit-tagħlim fi ħdan diversi dipartimenti fuq il-kwistjonijiet marbuta mal-ġeneru u fuq kwistjonijiet oħra kontra l-oppressjoni. Hi attiva wkoll fi kwistjonijiet marbuta mad-drittijiet tan-nisa, u mal-vjolenza domestika, kif ukoll fi kwistjonijiet maħsuba għal opportunitajiet indaqs usa’ għal kulħadd. Għal diversi snin, serviet ukoll bħala membru fil-Kumitat tal-Kwistjonijiet tal-Ġeneru, fl-Università ta’ Malta, u hi l-Kap tal-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika, fi ħdan il-Ministeru tal-Politika Soċjali.

Dr Marceline Naudi is the Chairperson of the National Domestic Violence Commission.

 

Associated link