Ambassadeurs de l’Année européenne

Helen D’Amato

Helen D’Amato

Malta

English

Is-Sinj. Helen D’Amato għallmet fi skejjel primarji u sekondarji għal 12-il sena.  Bejn l-1990 u l-1993 serviet bħala Assistent Ġudizzjarju fil-Qorti tal-Minuri u bejn l-1993 u l-1996 kienet Viċi Sindku taż-Żurrieq.  Bejn l-1996 u l-2008 kienet Membru Parlamentari.
 
Matul il-karriera parlamentari tagħha kienet Chairperson tal-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali bejn l-1998 u l-2004 u serviet fuq l-ewwel Kunsill għat-Tfal. Hi rrappreżentat lill-Gvern Malti fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti li fl-2002 iddiskutiet it-tema “Dinja Adattata għat-Tfal”. Bejn l-1991-1996 kienet ukoll membru fuq il-Bord ta’ Pariri dwar it-Tfal u ż-Żgħażagħ li hu nkarigat li jsegwi tfal li jkunu taħt Care Order. 
 
Irrappreżentat lill-Gvern Malti u kienet Kap tad-Delegazzjoni Maltija fl-Interparliamentary Union u fil-Konferenza għas-Sigurta’ u l-Kooperazzjoni fil-Mediterran u mexxiet ukoll id-delegazzjoni Maltija fit-taħditiet għat-twaqqif tal-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran li l-lum għandha s-sede tagħha f’Malta.
 
Hi rrappreżentat ukoll lill-Gvern fil-EuroMed, il-Kunsill tal-Ewropa, il-Fondazzjoni Richmond, il-Bord tal-Assistenza Soċjali, il-Kummissjoni Nazzjonali għas-Saħħa Mentali u l-MEPA.
 
Bejn l-2004 u l-2008 Helen D’Amato kienet Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunita’.
 
Mill-2008 sal-2010 hi serviet bħala Konsulent Anzjan dwar il-Politika ta’ Inklużjoni fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u kienet membru tal-Kunsill għat-Tfal.  Kienet tippresiedi Working Group li jaħdem biex jassigura aċċess għall-edukazzjoni lill-minuri mhux mal-ġenituri u lit-tfal tal-immigranti li qed ifittxu ażil u kienet membru fuq diversi gruppi u boards li jassiguraw l-aċċess u inklużjoni fl-edukazzjoni u  fit-taħriġ vokazzjonali għal studenti b’diżabilita’ li twaqqfu  mill-Kummissjoni Nazzjonali għal Persuni b’Diżabilita’ u l-MCAST.  Kienet membru wkoll tal-Core Group tal-MEUSEC.

Bħala Kummissarju għat-Tfal, Is-Sinj D’Amato tħares lejn l-aħjar interessi tat-tfal, u tmexxi ’l quddiem id-drittijiet tat-tfal. L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-tfal jaħdem bħala punt ċentrali li minnu tiġi mmonitorjata s-sitwazzjoni soċjali u kulturali attwali għal dak li għandu x’jaqsam mat-tfal fil-Gżejjer Maltin, b’tali mod li jkun jista’ jagħti sehem importanti fil-koordinazzjoni li tinħtieġ sabiex ikun hemm policies li jkunu indirizzati lejn il-familji u li jiffukaw fuq it-tfal.

Is-Sinj. Helen D’Amato ghandha 54-il sena, hi miżżewġa lil Carmel u għandhom tliet ulied Anton, Manuel u Francesca.

“L-ewwel u qabel kollox għalija jiġu t-tfal u l-interessi tagħhom.” – Is-Sinj Helen D’Amato matul il-ħatra tagħha bħala Kummissarju għat-Tfal (20 ta’ Mejju 2010).

 

The Commissioner for Children promotes the welfare of children in Malta in accordance with the UN Convention on the Rights of the Child and the Commissioner for Children Act 2003 (Malta). The Commissioner focuses on the protection of children, the promotion of children’s rights, the provision.

Associated links