Посланици на Европейската година

Dolores Gauci

Dolores Gauci

Malta

Dolores Gauci għandha M.Sc fil-Health Service Management, Diploma fil-Health Services Management, Ċertifikat fis-Social Work Management, BA fis-Soċjoloġija u Xjenzi Soċjali kif ukoll hi kkwalifikata bħala Social Worker (CQMW).

Dolores Gauci hi Kap Eżekuttiv tar-Richmond Foundation – l-unika NGO f’Malta li tipprovdi servizzi fil-qasam tas-Saħħa Mentali.  Għal disgħa snin okkupat il-kariga ta’ Segretarja Eżekuttiva tal-Kummissjoni Nazzjonali għas-Saħħa Mentali.  Hi wkoll waħda mill-Fundaturi u Segretarja Onorarja tan-National Mental Health Federation u kienet ukoll iċ-Chairperson ta’ Fond Għar-Ri Rehabilitation Needs Fund bejn 1993 u l-1997. Dolores Gauci kienet ukoll waħda mill-Fundaturi u Chairperson tal-Maltese Association of Social Workers.

Hi part-time lecturer fl-Universita’ ta’ Malta fid-Dipartiment tas-Social Policy u Social Work u ilha taħdem fuq livell Ewropew għal dawn l-aħħar ghaxar snin.  Hi qegħda fuq diversi bordijiet ta’ livell Ewropew fosthom l-EBC, EFPIA, Expert Platform on Depression.

Ms Dolores Gauci is the Chief Executive Officer of Richmond Foundation in Malta and President of the Global Alliance of Mental Health Advocacy Networks Europe.

 

Associated links