Mogħdija tan-navigazzjoni

U-Multirank

X'inhi?

U-Multirank hi klassifikazzjoni dinjija multidimensjonali ġdida mħaddma mill-utenti ta' universitajiet u ta' kulleġġi li tkopri bosta mill-aspetti ta' edukazzjoni għolja: ir-riċerka, it-tagħlim, l-orjentazzjoni internazzjonali, it-trasferiment tal-għarfien u l-impenn reġjonali. U-Multirank hi klassifikazzjoni indipendenti, b’appoġġ finanzjarju fis-snin inizjali tagħha mill-Unjoni Ewropea.

Din l-għodda l-ġdida għat-tqabbil tal-prestazzjoni tinkludi informazzjoni dwar aktar minn 1,200 istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja, 1,800 fakultà u 5,000 programm ta’ studju minn 80 pajjiż.

Għala qed issir?

Il-potenzjal tal-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja Ewropej li jwettqu r-rwol tagħhom fis-soċjetà u jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali mhux sfruttat biżżejjed. Meħtieġa aktar trasparenza sabiex partijiet interessati differenti – studenti, istituzzjonijiet, negozji, dawk li jfasslu l-politika – jistgħu japprofondixxu l-komprensjoni tagħhom ta' kif l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja qed joperaw. U-Multirank hi għodda b'dan l-għan: hi aktar komprensiva u mħaddma mill-utenti minn kwalunkwe klassifikazzjoni eżistenti, u turi b'mod aktar ċar il-prestazzjonijiet ta' firxa bil-wisq usa' ta' universitajiet u tal-potenzjal tal-kontribuzzjoni tagħhom għall-iżvilupp ekonomiku u l-impjiegi. Hi tinkludi informazzjoni meħtieġa ħafna għal dawk li jfasslu l-politika, għall-istudenti u għall-istituzzjonijiet infushom. 

X'sar sa issa?

U-Multirank tnediet fit-13 ta' Mejju 2014. It-tieni sett ta' riżultati kien ippubblikat fit-30 ta' Marzu 2015.

 

How can we help?