Mogħdija tan-navigazzjoni

Iċ-Ċentri Nazzjonali ta’ Informazzjoni għar-Rikonoxximent Akkademiku

X'inhuma?

In-netwerk NARIC jappoġġja r-rikonoxximent tad-diplomi u l-perjodi ta’ studju f’pajjiżi oħrajn. Jikkonsisti f'ċentri nazzjonali fil-pajjiżi koperti mill-programm Erasmus+ u jaħdem mill-qrib man-Netwerk Ewropew ta' Ċentri ta' Informazzjoni usa' li jkopri ż-Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja kollha.

Kif jaħdmu ċ-Ċentri?

L-istatus u l-ambitu tal-ħidma ta’ ċentri individwali jvarjaw minn pajjiż għal ieħor. Fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi, l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja huma awtonomi, jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom dwar l-ammissjoni ta’ studenti barranin, kif ukoll kwalunkwe eżenzjoni għall-istudenti abbażi tal-edukazzjoni li dawn ikunu għamlu barra mill-pajjiż. Filwaqt li xi ċentri NARIC jieħu deċiżjonijiet vinkolanti dwar każijiet ta’ rikonoxximent, ħafna minnhom joffru parir dwar sistemi ta’ edukazzjoni u kwalifiki internazzjonali.

X'inhuma l-benefiċċji?

Il-Kummissjoni Ewropea tappoġġja l-attivitajiet tan-netwerk NARIC permezz tal-iskambju ta' informazzjoni u esperjenzi bejn il-pajjiżi, l-identifikazzjoni ta' prattiki tajbin, l-analiżi komparattiva ta' sistemi u politiki f'dan il-qasam, u billi tappoġġja proġetti ta' kooperazzjoni bħall-iżvilupp tal-Manwal dwar iż-Żona Ewropea ta' Rikonoxximent.

 

How can we help?